Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 463/2013 tas-17 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġu adottati l-Annessi I, II u IV għall-progress tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/463@2013-05-17/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Emendi
- Artikolu 2 Dispożizzjonijiet tranżitorji
- Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
- ANNEX
- ANNESS I
- (3) G.
- ANNESS II
- (1)
- (2)
- ANNESS III
- (1)
- Metodu 6.1 Determinazzjoni tal-kloridi fl-assenza tal-materjal organiku
- (2)
- Metodu 8.6 Determinazzjoni manganimetrika tal-kalċju estratt b’segwiment tal-preċipitazzjoni fil-għamla ta’ ossalati
- Metodu 8.7 Determinazzjoni tal-manjesju bl-ispettrometrija ta’ –assorbazzjoni atomika
- Metodu 8.8 Determinazzjoni tal-manjesju bil-komplispekrometrija
- (3)
- Metodu 8.10 Determinazzjoni tas-sodju estratt bl-ispettrometrija tal-emissjoni ta’ fjamma
- (4)
- Metodu 14 Materjali tal-ġir
- Metodu 14.1 Id-determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs ta’ materjali tal-ġir permezz ta’ għarbiel xott jew niedi
- Metodu 14.2 Id-determinazzjoni tar-reattività tal-materjali tal-ġir tal-karbonat u s-silikat mal-aċidu idrokloriku
- Metodu 14.3 Id-determinazzjoni tar-reattività permezz ta’ metodu ta’ titrazzjoni awtomatika bl-aċidu ċitriku
- Metodu 14.4 Id-determinazzjoni tal-valur newtralizzanti tal-materjali tal-ġir
- Metodu 14.5 Id-determinazzjoni tal-kalċju f’materjali tal-ġir permezz tal-metodu tal-ossalat
- Metodu 14.6 Id-determinazzjoni tal-kalċju u l-manjesju f’materjali tal-gir permezz tal-komplessometrija.
- Metodu 14.7 Id-determinazzjoni tal-manjesju f’materjali tal-ġir permezz tal-metodu tal-ispettrometrija bl-assorbiment atomiku
- Metodu 14.8 Id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa
- Metodu 14.9 Id-determinazzjoni tat-tifrik tal-granuli
- Metodu 14.10 Id-determinazzjoni tal-effett tal-prodott permezz ta’ inkubazzjoni tal-ħamrija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li għandu x’jaqsam mal-fertilizzanti, u b’mod partikolari l-Artikoli 31(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) Il-kelma kainit intużat fit-tabella A.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 bħala l-indikazzjoni tat-tip ta’ fertilizzant għall-melħ mhux maħdum tal-potassju.Il-kelma kainit issa waslet biex tiġi assoċjata mal-melħ greġg tal-potassju wieħed speċifiku biss biex b’hekk twassal għal restrizzjoni potenzjali tal-kummerċ għall-manifatturi li jixtiequ jikkummerċjalizzaw sorsi oħra tal-melħ tal-potassju.Biex tiġi ribattuta dik ir-restrizzjoni u b’hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess għal firxa akbar ta’ melħ tal-potassju għall-bdiewa fl-Istati Membri kollha, għandha tintuża deżinjazzjoni tat-tip aktar ġenerika għal dawk l-entrati fil-każ ta’ dak it-tip ta’ fertilizzant, u referenzi għal kainit għandhom jiġu adattati skont dan.Għandu jingħata perjodu tranżitorju lill-produtturi tal-melħ greġg tal-potassju biex jadattaw it-tikkettar għar-regoli l-ġodda.
(2) L-aċidu linjosulfoniku huwa materjal kumpless miksub minn sorsi differenti tal-injam. Billi bosta gradi differenti ta’ kwalità huma disponibbli kummerċjalment, huwa importanti li jiġu adattati għall-progress tekniku l-ħtiġiet tal-kwalità li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex jitqiegħdu fis-suq bħala fertilizzant tal-KE.
(3) Sustanzi tal-ġir, magħrufa wkoll bħala ġir fertilizzanti, inaqqsu l-aċidità tal-ħamrija u, meta jagħmlu dan, jistgħu wkoll jipprovdi n-nutrijenti manjesju jew kalċju jew it-tnejn. Il-manifatturi ta’ sustanzi tal-gir jiffaċċjaw għadd divers ta’ regoli nazzjonali li jwasslu għal distorsjoni tas-suq intern. Il-materjali tal-ġir għandhom għalhekk jiżdiedu mat-tipi ta’ fertilizzant deskritti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 biex dawn ikunu jistgħu jiċċirkolaw b’mod ħieles fis-suq intern. Barra minn hekk, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) żviluppa standards EN għall-metodi ta’ analiżi ta’ materjali tal-ġir. Sabiex il-konformità ma’ dawk l-istandards tkun mandatorja, għandhom ikunu inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’analiżi.
(4) Għandu jingħata perjodu tranżitorju biex jiżgura li l-produtturi ta’ sustanzi tal-gir jingħataw iż-żmien biex jadattaw l-istandards EN il-ġodda.
(5) L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistabbilixxi tolleranzi fir-rigward tal-kontenut nutrittiv iddikjarat. L-Anness II għandu jkun emendat biex jinkludi t-tolleranzi għall-materjali tal-ġir.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jitlob il-kontroll tal-fertilizzanti tal-KE b’konformità mal-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi li huma stabbiliti fl-Anness IV tiegħu. Madankollu, xi wħud minn dawn il-metodi mhumiex rikonoxxuti internazzjonalment u għandhom jiġu sostitwiti minn standards EN żviluppati dan l-aħħar mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(8) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Emendi
1. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
3. L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dispożizzjonijiet tranżitorji
Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3, il-manifatturi jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet fl-Anness I, il-punt (1) qabel is-7 ta’ Diċembru 2014.
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mis-7 ta’ Diċembru 2014.
3. L-Anness I, il-punt (3), l-Anness II, il-punt (2) u l-Anness III, il-punt (4) għandhom japplikaw mis-7 ta’ Ġunju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) Fis-sezzjoni A.3, l-annotazzjonijiet 1 u 2 fit-tabella tbiddlu b’li ġej: 1 Il-melħ greġġ tal-potassju Prodott miksub minn melħ greġg tal-potassju 10 % K2O Potassju li jinħall fl-ilma, espress bħala K2O 5 % MgO, Manjesju fil-forma ta’ mluħ solubbli fl-ilma, espressi bħala ossidu tal-manjesju Jistgħu jiżdiedu l-ismijiet kummerċjali tas-soltu Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma Ossidu tal-manjesju li jinħall fl-ilma. 2 Melħ greġg tal-potassju arrikkit Prodott miksub minn melħ greġg tal-potassju arrikkit b’taħlit ma’ klorur tal-potassju 18 % K2O Potassju li jinħall fl-ilma, espress bħala K2O Jistgħu jiżdiedu l-ismijiet kummerċjali tas-soltu Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma Referenza mhux obbligatorja tal-kontenut ta’ ossidu tal-manjesju li jinħall fl-ilma meta ogħla minn 5 % MgO
(2) Fit-Taqsima E.3.2, it-tabella tinbidel b’dan li ġej: Nru Deżinjazzjoni Deżinjazzjoni alternattiva Formula kimika In-numru CAS tal-aċidu 1 Aċidu linjusulfoniku LS L-ebda formula kimika disponibbli 8062-15-5
(3) Tiddaħħal it-Taqsima G li ġejja:
(3) G.
Materjali tal-ġir Il-kliem MATERJAL TAL-ĠIR għandu jiġi miżjud wara t-terminu FERTILIZZANT TAL-KE. Il-karatteristiċi kollha msemmija fit-tabelli tat-taqsimiet minn G.1 sa G.5 jirreferu għall-prodott kif fornut sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Materjali tal-ġir granulari li huma prodotti permezz ta’ aggregazzjoni ta’ partiċelli primarji iżgħar għandhom jitfarrku meta titħawwad fl-ilma f’partiċelli ta’ distribuzzjonijiet ta’ finezza kif speċifikat fid-deskrizzjonijiet tat-tip, u kif imkejla bl-użu tal-metodu 14.9 Id-determinazzjoni tat-tifrik ta’granuli.
G.1. Il-Ġir Naturali Nru Deżinjazzjoni tat-tip Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż) Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti Rekwiżiti oħra Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti Kriterji oħra li għandhom jiġu ddikjarati 1 2 3 4 5 6 1(a) Ġebla tal-ġir – kwalità standard Prodott li fih bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju, miksub permezz tat-tħin ta’ depożiti naturali ta’ ġebel tal-ġir. Valur newtralizzanti minimu: 42 Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali (mhux obbligatorju) Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji) Ndewwa (mhux obbligatorja) Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 1(b) Ġebla tal-ġir – kwalità fina Valur newtralizzanti minimu: 50 Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. 2(a) Ġebla tal-ġir manjeżjana – kwalità standard Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju u l-karbonat tal-manjesju, miksub permezz tat-tħin ta’ depożiti naturali ta’ ġebla tal-ġir manjesjana. Valur newtralizzanti minimu: 45 Manjesju totali: 3 % MgO, Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali: Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji) Ndewwa (mhux obbligatorja) Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 2(b) Ġebla tal-ġir manjeżjana – kwalità fina Valur newtralizzanti minimu: 52 Manjesju totali: 3 % MgO, Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. 3(a) Ġebla tal-ġir dolomitika – kwalità standard Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju u l-karbonat tal-manjesju, miksub permezz tat-tħin ta’ depożiti naturali ta’ dolomit. Valur newtralizzanti minimu: 48 Manjesju totali: 12 % MgO, Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali: Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji) Ndewwa (mhux obbligatorja) Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 3(b) Ġebla tal-ġir dolomitika – kwalità fina Valur newtralizzanti minimu: 54 Manjesju totali: 12 % MgO, Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. 4(a) Ġebla tal-ġir marina – kwalità standard Prodott li fih bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju, miksub permezz tat-tħin ta’ depożiti naturali ta’ ġebel tal-ġir ta’ oriġini tal-baħar. Valur newtralizzanti minimu: 30 Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali (mhux obbligatorju) Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji) Ndewwa (mhux obbligatorja) Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 4(b) Ġebla tal-ġir tal-baħar – kwalità fina Valur newtralizzanti minimu: 40 Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda. 5(a) Ġibs – kwalità standard Prodott li fih bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju, miksub permezz tat-tħin ta’ depożiti naturali ta’ ġibs. Il-finezza determinata minn għarbiel fin-niedi wara disintegrazzjoni fl-ilma: Reattività ta’frazzjoni 1 – 2 mm (miksuba billi jiġi mgħoddi minn għarbiel xott) mill-inqas 40 % f’aċidu ċitriku Valur newtralizzanti minimu: 42 Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali (mhux obbligatorju) Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji) Ndewwa (mhux obbligatorja) Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 5(b) Ġibs – kwalità fina Il-finezza determinata minn għarbiel fin-niedi wara disintegrazzjoni fl-ilma: Reattività ta’frazzjoni 1 – 2 mm (miksuba permezz ta’ għarbiel xott) mill-inqas 65 % f’aċidu ċitriku Valur newtralizzanti minimu: 48 Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. 6 Sospensjoni tal-karbonat Prodott li fih bħala l-ingredjenti essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju u/jew il-karbonat tal-manjesju, miksub bit-tħin u li jissospendi fl-ilma ta’ depożiti naturali ta’ġebla tal-ġir, ġebla tal-ġir manjeżjana, dolomit jew ġibs. Valur newtralizzanti minimu: 35 Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali jekk MgO ≥ 3 % Ndewwa (mhux obbligatorja) Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji) Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm;
Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm; kif ukoll
Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,5 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;
Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;
Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm; kif ukoll
Mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,1 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm;
Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm; kif ukoll
Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,5 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;
Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;
Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm; kif ukoll
Mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,1 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm;
Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm; kif ukoll
Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,5 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;
Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;
Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm; kif ukoll
Mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,1 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm; kif ukoll
Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm; kif ukoll
Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;
Mill-inqas 90 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm;
Mill-inqas 70 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm; kif ukoll
Mill-inqas 40 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 25 mm; kif ukoll
Mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm;
Mill-inqas 70 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm; kif ukoll
Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 25 mm; kif ukoll
mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;
Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;
Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm; kif ukoll
Mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,1 mm;
G.2. Ġir Ossidu u Idrossidu ta’ oriġini naturali Nru Deżinjazzjoni tat-tip Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż) Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti Rekwiżiti oħra Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti Kriterji oħra li għandhom jiġu ddikjarati 1 2 3 4 5 6 1(a) Ġir imsajjar – kwalità bażika Prodott li fih bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ ġebel tal-ġir. Valur newtralizzanti minimu: 75 Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott: Fina: Skrinjata: L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip fina jew skrinjata. L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali (mhux obbligatorju) Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 1(b) Ġir imsajjar – kwalità primjum Prodott li fih bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ ġebel tal-ġir. Valur newtralizzanti minimu: 85 Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott: Fina: Skrinjata: L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip fina jew skrinjata. L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali (mhux obbligatorju) Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 2(a) Ġir manjeżjan imsajjar – kwalità bażika Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju u l-ossidu tal-manjesju, miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ ġebla tal-ġir manjeżjana. Valur newtralizzanti minimu: 80 Manjesju totali: 7 % MgO, Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott: Fina: Skrinjata: L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip fina jew skrinjata. L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali: Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 2(b) Ġir tal-manjesju msajjar – kwalità primjum Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju u l-ossidu tal-manjesju, miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ ġebla tal-ġir manjeżjana. Valur newtralizzanti minimu: 85 Manjesju totali: 7 % MgO, Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott: Fina: Skrinjata: L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip fina jew skrinjata. L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali: Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 3(a) Ġir dolomitiku msajjar – kwalità bażika Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju u l-ossidu tal-manjesju, miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ dolomit. Valur newtralizzanti minimu: 85 Manjesju totali: 17 % MgO Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott: Fina: Skrinjata: L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip fina jew skrinjata. L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali: Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 3(b) Dolomitiku msajjar – kwalità primjum Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju u l-ossidu tal-manjesju, miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ dolomit. Valur newtralizzanti minimu: 95 Manjesju totali: 17 % MgO, Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott: Fina: Skrinjata: L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip fina jew skrinjata. L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali: Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 4 Ġir idradat imsajjar (ġir mitfi) Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-idrossidu tal-kalċju, miksub permezz ta’ sajran u tifi ta’ depożiti naturali tal-ġebel tal-ġir. Valur newtralizzanti minimu: 65 Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali (mhux obbligatorju) Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja) Ndewwa (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 5 Ġir majeżjan imsajjar idratat (ġir manjeżjan mitfi) Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-idrossidu tal-kalċju u l-idrossidu tal-manjesju, miksuba permezz ta’ sajran u tifi ta’ depożiti naturali ta’ ġebel tal-ġir manjeżjan. Valur newtralizzanti minimu: 70 Manjesju totali: 5 % MgO, Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali: Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja) Ndewwa (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 6 Ġir dolomitiku msajjar idratat Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-idrossidu tal-kalċju u l-idrossidu tal-manjesju, miksuba permezz ta’ sajran u tifi ta’ depożiti naturali ta’ dolomit. Valur newtralizzanti minimu: 70 Manjesju totali: 12 % MgO Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali: Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja) Ndewwa (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 7 Sospensjoni tal-ġir idratat Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-idrossidu tal-kalċju u/jew l-idrossidu tal-manjesju, miksuba billi jissajru, jintfew u jiġu sospiżi fl-ilma depożiti naturali ta’ġebla tal-ġir manjeżjana, ġebla tal-ġir jew dolomit. Valur newtralizzanti minimu: 20 Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi: L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali jekk MgO ≥ 3 % Ndewwa (mhux obbligatorja) Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)
mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;
mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll
Mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.
mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;
mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll
mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.
mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll
mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.
mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll
mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.
mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll
mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.
mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;
Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll
mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.
mill-inqas 95 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,16 mm;
mill-inqas 95 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,16 mm;
mill-inqas 95 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,16 mm;
mill-inqas 95 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,16 mm;
G.3. Ġir mill-proċessi industrijali Nru Deżinjazzjoni tat-tip Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż) Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti Rekwiżiti oħra Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti Kriterji oħra li għandhom jiġu ddikjarati 1 2 3 4 5 6 1(a) Ġir tal-fabbrika taz-zokkor Prodott mill-produzzjoni taz-zokkor miksub permezz ta’ karbonazzjoni bl-użu esklussiv ta’ ġir imsajjar minn sorsi naturali u li fih bħala ingredjent essenzjali l-karbonat tal-kalċju maqsum b’mod fin. Valur newtralizzanti minimu: 20 L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda. Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali (mhux obbligatorju) Ndewwa (mhux obbligatorja) Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji) Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) 1(b) Sospensjoni tal-ġir tal-fabbrika taz-zokkor Valur newtralizzanti minimu: 15
G.4. Ġir imħallat Nru Deżinjazzjoni tat-tip Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż) Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti Rekwiżiti oħra Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti Kriterji oħra li għandhom jiġu ddikjarati 1 2 3 4 5 6 1 Ġir imħallat Prodott miksub bit-taħlita tat-tipi elenkati fit-taqsimiet G1 u G2. Il-kontenut tal-karbonat minimu: 15 % Il-kontenut tal-karbonat massimu: 90 % Il-kelma manjeżjan għandha tiżdied mad-deskrizzjoni tat-tip jekk MgO ≥ 5 %. L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda. Tipi kif speċifikat fit-Taqsimiet G.1 u G.2 Valur newtralizzanti Kalċju totali Manjesju totali jekk MgO ≥ 3 % Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji) Ndewwa (mhux obbligatorja)
G.5. Taħlitiet ta’sustanzi tal-gir ma’ tipi ta’ fertilizzanti tal-KE oħra Nru Deżinjazzjoni tat-tip Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż) Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti Rekwiżiti oħra Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti Kriterji oħra li għandhom jiġu ddikjarati 1 2 3 4 5 6 1 Taħlita ta’[l-indikazzjoni tat-tip fit-taqsimiet minn G.1 sa G.4] bi [l-indikazzjoni tat-tip fit-taqsima A, B, D]. Prodott miksub permezz ta’ taħlit, ikkumpattar jew granulazzjoni tal-materjali tal-gir elenkati fit-taqsimiet minn G.1 sa G.4 ma’ tipi ta’ fertilizzanti elenkati fit-taqsimiet A, B u D. It-taħlitiet li ġejjin huma projbiti: Valur newtralizzanti: 15 3 % N għal taħlitiet li fihom it-tipi ta’ fertilizzanti b’kontenut minimu ta’ N 3 % P2O5 għal taħlitiet li fihom it-tipi ta’ fertilizzanti b’kontenut minimu ta’ P2O5 3 % K2O għal taħlitiet li fihom it-tipi ta’ fertilizzanti b’kontenut minimu ta’ K2O Potassju li jinħall fl-ilma, espress bħala K2O Rekwiżiti oħrajn imsemmija fl-entrati individwali. Valur Newtralizzanti Nutrijenti skont dikjarazzjonijiet nutrittivi tat-tipi ta’ fertilizzanti individwali. Kalċju totali Manjesju totali jekk MgO ≥ 3 % Jekk li l-kontenut ta’ kloridu ma jaqbiżx 2 % Cl, il-kliem baxx fil-kloridu jista’ jinżied Ndewwa (mhux obbligatorja) Finezza (mhux obbligatorja)
sulfat tal-ammonju (Tip A.1.4) jew urea (Tip A.1.9) ma ossidu tal-ġir jew idrossidu tal-ġir kif elenkati fit-Taqsima G.2;
it-taħlit u mbagħad l-ikkumpattar jew il-granulazzjoni ta’ super fosfati tat-tipi A.2.2 (a), (b) jew (c) ma’ kwalunkwe tipi deskritti fit-Taqsimiet minn G.1 sa G.4.
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) It-Taqsima 1.3. hija emendata kif ġej:
(1)
(a) Fl-ewwel entrata, id-deskrizzjoni tat-tip kainit tinbidel għal melħ greġg tal-potassju.
(b) Fit-tieni entrata, id-deskrizzjoni tat-tip melħ arrikkiti bil-kainit tinbidel għal melħ greġg tal-potassju arrikkit.
(2) Is-Sezzjoni 5 li ġejja tiġi miżjuda:
(2)
5.——— Materjali tal-ġir It-tolleranzi permessi rigward il-kalċju u l-manjesju ddikjarati għandhom ikunu: Ossidu tal-manjesju: sa u inkluż 8 % MgO 1 bejn 8 % u 16 % MgO 2 aktar minn 16 % MgO 3 Ossidu tal-kalċju 3 It-tolleranza permessa fir-rigward il-valur newtralizzanti ddikjarat għandha tkun: Valur newtralizzanti 3 It-tolleranza applikabbli għall-perċentwal iddikjarat tal-materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku għandha tkun: Finezza 10.
ANNESS III
Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
(1) Il-Metodu 6.1 qed jinbidel b’dan li ġej:
(1)
Metodu 6.1 Determinazzjoni tal-kloridi fl-assenza tal-materjal organiku
EN 16195: Fertilizzanti – Determinazzjoni tal-kloridi fl-assenza ta’ materjal organiku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.
(2) Il-punti 8.6 sa 8.8 jinbidlu b’dan li ġej:
(2)
Metodu 8.6 Determinazzjoni manganimetrika tal-kalċju estratt b’segwiment tal-preċipitazzjoni fil-għamla ta’ ossalati
EN 16196: Fertilizzanti – Determinazzjoni manganimetrika tal-kalċju estratt b’segwiment tal-preċipitazzjoni fil-għamla ta’ ossalati Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 8.7 Determinazzjoni tal-manjesju bl-ispettrometrija ta’ –assorbazzjoni atomika
EN 16197: Fertilizzanti – Determinazzjoni tal-manjesju bl-ispettrometrija ta’ assorbazzjoni atomika Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 8.8 Determinazzjoni tal-manjesju bil-komplispekrometrija
EN 16198: Fertilizzanti – Determinazzjoni tal-manjesju bil-komplispekrometrija Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.
(3) Il-Metodu 8.10 qed jinbidel b’dan li ġej:
(3)
Metodu 8.10 Determinazzjoni tas-sodju estratt bl-ispettrometrija tal-emissjoni ta’ fjamma
EN 16199: Fertilizzanti – Determinazzjoni tas-sodju estratt bl-ispettrometrija tal-emissjoni ta’ fjamma Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.
(4) Il-metodi li ġejjin 14 huma miżjuda:
(4)
Metodu 14 Materjali tal-ġir
Metodu 14.1 Id-determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs ta’ materjali tal-ġir permezz ta’ għarbiel xott jew niedi
EN 12948: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs permezz ta’ għarbiel xott jew niedi Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 14.2 Id-determinazzjoni tar-reattività tal-materjali tal-ġir tal-karbonat u s-silikat mal-aċidu idrokloriku
EN 13971: Materjali tal-ġir tal-karbonat u s-silikat – Determinazzjoni tar-reattività – Metodu ta’ titrazzjoni Potenzjometrika bl-aċidu idrokloriku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 14.3 Id-determinazzjoni tar-reattività permezz ta’ metodu ta’ titrazzjoni awtomatika bl-aċidu ċitriku
EN 16357: Materjali tal-gir tal-karbonat – Determinazzjoni tar-reattività – Metodu ta’ titrazzjoni awtomatika bl-aċidu ċitriku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 14.4 Id-determinazzjoni tal-valur newtralizzanti tal-materjali tal-ġir
EN 12945: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-valur newtralizzanti – Metodi titrimetriku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 14.5 Id-determinazzjoni tal-kalċju f’materjali tal-ġir permezz tal-metodu tal-ossalat
EN 13475: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut tal-kalċju – Metodu bl-ossalat Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 14.6 Id-determinazzjoni tal-kalċju u l-manjesju f’materjali tal-gir permezz tal-komplessometrija.
EN 12946: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut tal-kalċju u tal-manjesju – Metodu Komplessometriku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 14.7 Id-determinazzjoni tal-manjesju f’materjali tal-ġir permezz tal-metodu tal-ispettrometrija bl-assorbiment atomiku
EN 12947: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut tal-manjesju – Metodu tal-ispettrometrija bl-assorbiment atomiku Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 14.8 Id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa
EN 12048 Fertilizzanti Solidi u materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa – Metodu gravimetriku bit-tnixxif f’105 °C +/– 2 °C Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 14.9 Id-determinazzjoni tat-tifrik tal-granuli
EN 15704: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tat-tifrik tal-kalċju u l-karbonati tal-kalċju/manjesju granulati taħt l-influwenza tal-ilma Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.
Metodu 14.10 Id-determinazzjoni tal-effett tal-prodott permezz ta’ inkubazzjoni tal-ħamrija
EN 14984: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-effett tal-prodott fuq il-pH tal-ħamrija – Metodu permezz tal-inkubazzjoni tal-ħamrija Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.