Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni skont il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolamentazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, li tikkonċerna d-Deċiżjoni Nru 0004 li temenda l-Anness 1 għall-Ftehim (2013/475/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/475@2013-09-23/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/719/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2011.
(2) Skont l-Artikolu 3.C.2 tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolamentazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (il-Ftehim), il-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni stabbilit permezz tal-Artikolu 3.A tal-Ftehim jista’ jemenda l-Annessi għall-Ftehim skont l-Artikolu 19.B tiegħu.
(3) Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni skont l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni 2011/719/UE fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 0004 tal-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni li temenda l-Anness 1 għall-Ftehim,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3.A tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolamentazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Anness 1 għall-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru 0004 tal-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni, mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2013. Għall-Kunsill Il-President V. Jukna
ABBOZZ IL-BORD BILATERALI TA’ SUPERVIŻJONI GĦALL-FTEHIM Bejn l-istati uniti tal-amerika u l-komunità ewropea dwar kooperazzjoni fir-regolamentazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili Reġistrar tad-deċiżjoni Deċiżjoni Nru 0004
F’konformità mal-Artikolu 19.B tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u dwar Kooperazzjoni fir-Regolamentazzjoni tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili (il-Ftehim), li jipprevedi emendi fl-Annessi għall-Ftehim li għandhom isiru permezz ta’ deċiżjoni tal-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 3 tal-Ftehim, il-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni b’dan jiddeċiedi kif ġej:
1.3.2.11 Li jiġi emendat l-Anness 1 tal-Ftehim billi jiżdied paragrafu ġdid 3.2.11 bit-test li ġej:
1.3.2.11
(a) Mill-1 ta’ Jannar 2014, id-drittijiet imposti matul kwalunkwe sena kalendarja minn xi Aġent Tekniku fuq applikant jew entità regolata għal validazzjoni mwettqa minn dak l-Aġent Tekniku skont 3.2.4 biex japprova ma għandhomx jaqbżu l-95 % tad-drittijiet li l-Aġent Tekniku kieku kien jimponi fuq l-applikant jew l-entità regolata matul dik l-istess sena kalendarja fil-ħruġ ta’ approvazzjoni ekwivalenti ta’ disinn, ċertifikat tat-tip supplimentali, bidla kbira, jew bidla akustika jew fl-emissjonijiet bl-użu ta’ proċess ta’ ċertifikazzjoni.
(a)
(i) id-disinn ta’ inġenju tal-ajru, il-magna ta’ inġenju tal-ajru, skrun, jew tagħmir;
(ii) ċertifikat tat-tip supplimentali;
(iii) ċerti bidliet kbar fid-disinn tat-tip, kif definit fil-proċeduri ta’ implimentazzjoni teknika; jew
(iv) bidliet akustiċi u fl-emissjonijiet
(b) Id-drittijiet imposti matul kwalunkwe sena kalendarja minn xi Aġent Tekniku fuq applikant jew entità regolata għal validazzjoni mwettqa minn dak l-Aġent Tekniku skont 3.2.4 għandhom jirriflettu l-effiċjenzi miksuba bl-użu ta’ proċess ta’ validazzjoni minflok proċess ta’ ċertifikazzjoni. Tali effiċjenzi u tnaqqis ta’ drittijiet relatati għandhom jiġu ssostanzjati permezz ta’ dejta rilevanti. Għaldaqstant, il-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni għandu jirrevedi perjodikament, u permezz ta’ deċiżjoni jaġġusta kif xieraq, il-perċentwali f’(a) hawn fuq.
2. Ir-reviżjoni perjodika indikata fil-paragrafu l-ġdid 3.2.11 (b) għandha ssir fuq it-talba ta’ xi waħda mill-Partijiet iżda mhux aktar minn darba kull sentejn. Kif previst fil-paragrafu 2.2.1 tal-Anness 1 tal-Ftehim, il-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni għandu jiġi assistit mill-Bord ta’ Superviżjoni taċ-Ċertifikazzjoni fit-twettiq ta’ tali reviżjonijiet u fl-iżvilupp ta’ kwalunkwe deċiżjoni neċessarja. Ir-reviżjoni u d-deċiżjoni għandhom ikunu bbażati fuq dejta pprovduta mill-Aġenti Tekniċi.
L-emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar firma hawn taħt. Għall-Bord Bilaterali ta’ Superviżjoni: AMMINISTRAZZJONI FEDERALI TAL-AVJAZZJONI IL-KUMMISSJONI EWROPEA DIPARTIMENT TAT-TRASPORT L-UNJONI EWROPEA L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA PERMEZZ TA’ _ PERMEZZ TA’ _ TITLU Amministratur Assoċjat għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni TITLU Direttur, Affarijiet tal-Avjazzjoni u tat-Trasport Internazzjonali, id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport DATA: DATA: POST Washington, DC POST Brussell, il-Belġju