Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2013 li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi (notifikata bid-dokument C(2013) 6719) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/518/UE)

In forceVersion 2013-10-21from 2013-10-22
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/518@2013-10-21/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22 tagħha,

Billi:

(1) L-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/65/KEE jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jrid ikun hemm konformità magħhom sabiex il-klieb, il-qtates u l-inmsa jkunu oġġett ta’ kummerċ fl-Unjoni. Dan jistipula, inter alia, li dawn l-annimali għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(2) L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula inter alia li dawn l-annimali jridu jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ identifikazzjoni fil-format ta’ passaport skont il-mudell li se jiġi adottat mill-Kummissjoni. Il-mudell għal dak il-passaport huwa stabbilit fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 ta’ 28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti ta’ identifikazzjoni mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, it-twaqqif ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u r-rekwiżiti ta’ format, ta’ tqassim tal-paġna u ta’ lingwa tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(3) L-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula li l-Istati Membri jistgħu taħt ċerti kondizzjonijiet jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali fit-territorju tagħhom minn Stati Membri oħra ta’ klieb, qtates u inmsa ta’ età żgħira li ma jkunux ġew vaċċinati kontra l-idrofobija, jew li huma vaċċinati iżda jkunu għadhom ma kisbux immunità protettiva kontra din il-marda. Meta jawtorizzaw moviment bħal dan, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-pubbliku permezz ta’ paġni tal-Internet li magħhom tkun marbuta l-paġna tal-Internet tal-Kummissjoni li tista’ tintuża għal finijiet ta’ kummerċ.

(4) Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/65/KEE jistipula li l-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għall-mudell fil-Parti 1 tal-Anness E tagħha.

(5) Wara r-revoka tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE bir-Regolament (UE) Nru 576/2013, jeħtieġ li jiġi emendat il-mudell ta’ dak iċ-ċertifikat ta’ saħħa sabiex ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jinbidlu bir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

(6) Iċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE jqis ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas-6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġetti ta’ moviment mhux kummerċjali li jistipula li r-rekwiżiti u l-verifiki stipulati fid-Direttiva 92/65/KEE japplikaw għal meta iktar minn ħames annimali domestiċi jinġarru minn Stat Membru għall-ieħor jew minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(7) Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 388/2010 ġew riveduti u inklużi fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Ir-referenzi għar-Regolament (UE) Nru 388/2010 fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE għandhom għalhekk jitħassru.

(8) Id-Direttiva 92/65/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(9) Sabiex jiġi evitat kull tip ta’ taqlib fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikati tas-saħħa maħruġa skont il-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jiġi awtorizzat matul perjodu tranżitorju suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(10) Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

(11) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-Parti 1 tal-Anness E tad-Deċiżjoni 92/65/KEE tinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Għal perjodu tranżitorju sad-29 ta’ April 2015, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-kummerċ fil-klieb, il-qtates u l-inmsa minn aġenziji akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2014 skont il-mudell stipulat fil-Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE fil-verżjoni tagħha ta’ qabel l-emendi introdotti b’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-29 ta’ Diċembru 2014.

Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2013. Għall-Kummissjoni Tonio Borg Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Parti 1 — Ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ fl-annimali minn azjendi (ungulati, tjur vaċċinati kontra l-influwenza tat-tjur, lagomorfi, klieb, qtates u inmsa) 92/65 EI Parti I: Dettalji tal-kunsinna ppreżentata L-UNJONI EWROPEA Ċertifikat għall-kummerċ Intra Komunitarju I.1. Kunsinnatur Isem Indirizz Kodiċi Postali I.2. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat I.2.a. Nru ta’ referenza lokali I.3. Awtorità kompetenti ċentrali I.4. Awtorità kompetenti lokali I.5. Destinatarju Isem Indirizz Kodiċi Postali I.6. Nru/i ta’ ċertifikati oriġinali relatati Nru/i ta’ dokumenti li jakkumpanjawhom I.7. I.8. Pajjiż ta’ oriġini Kodiċi ISO I.9. Reġjun ta’ oriġini Kodiċi I.10. Pajjiż ta’ destinazzjoni Kodiċi ISO I.11. Reġjun ta’ destinazzjoni Kodiċi I.12. Pajjiż ta’ oriġini Azjenda Isem In-numru ta’ reġistrazzjoni/approvazzjoni Indirizz Kodiċi Postali I.13. Post ta’ destinazzjoni Azjenda Stabbiliment Entità approvata Isem Numru ta’ approvazzjoni Indirizz Kodiċi Postali I.14. Post ta’ tagħbija Kodiċi Postali I.15. Data u ħin ta’ tluq I.16. Mezz ta’ trasport Ajruplan Bil-baħar Vagun tal-ferrovija Vettura tat-triq Oħrajn Identifikazzjoni I.17. Trasportatur Isem Numru ta’ approvazzjoni Indirizz Kodiċi Postali I.18. Deskrizzjoni tal-prodott I.19. Kodiċi tal-prodott (Kodiċi NM) I.20. Kwantità I.21. I.22. Numru ta’ pakketti I.23. Nru tas-Siġill/Kontenitur I.24. I.25. Prodotti ċċertifikati għal: Trobbija Produzzjoni Riproduzzjoni artifiċjali Qtil Pets Entità approvata I.26. Tranżitu minn ġo pajjiz terz Pajjiż terz Kodiċi ISO Post ta’ ħruġ Kodiċi Post ta’ dħul Nru tal-BIP I.27. Tranżitu minn ġo Stati Membri Stat Membru Kodiċi ISO Stat Membru Kodiċi ISO Stat Membru Kodiċi ISO I.28. Esportazzjoni Pajjiż terz Kodiċi ISO Post ta’ ħruġ Kodiċi I.29. Stima tal-ħin tal-vjaġġ I.30. Pjan tar-rotta Iva Le I.31. Identifikazzjoni tal-prodotti Speċi (Isem xjentifiku) Sistema ta’ identifikazzjoni Numru ta’ identifikazzjoni Numru tal-passaport Sess Età Kwantità Parti II: Ċertifikazzjoni L-UNJONI EWROPEA 92/65 EI Annimali minn azjendi (ungulati, tjur (2), lagomorfi, klieb, qtates u inmsa) II. Tagħrif dwar is-saħħa II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat II.b. Jiena, hawn taħt iffirmat, veterinarju uffiċjali (1)/veterinarju responsabbli mill-azjenda tal-oriġini u approvat mill-awtorità kompetenti (1) niċċertifika li: II.1. l-annimali deskritti fil-Kaxxa I.31 jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u fil-mument tal-ispezzjoni kienu b’saħħithom biżżejjed biex jiġu trasportati fuq il-vjaġġ intenzjonat, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005. (1) jew [II.2. l-annimal(i) li jixtarr(u) (1)/Suidae (1) għajr dak/dawk kopert/i bid-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (1) jew bid-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (1) (a) jappartjeni(jappartjenu) lill-ispeċi …; (b) fil-waqt tal-eżami, ma jurux(ma jurix) xi sinjal kliniku ta’ xi mard li għalih huwa/huma suxxettibbli; (c) ġej(ġejjin) minn merħla (1)/azjenda (1) li hija uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi (1)/uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (1) jew minn merħla/azjenda ħielsa mill-bruċellożi (1) li mhix suġġetta għar-restrizzjonijiet tal-marda tal-ħnieżer jew minn azjenda fejn kien(u) suġġett(i) b’riżultati negattivi għat-test(ijiet) stipulati fl-Artikolu 6(2)(b) (1)/it-test stipulat fl-Artikolu 6(3)(d) (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE.] (1) (2) jew [II.2. it-tjur għajr dawk imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (a) fil-waqt tal-eżami ma jurux xi sinjal kliniku ta’ xi mard li għalih huma suxxettibbli; (b) jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE; (c) jikkonformaw mad-Deċiżjoni 2007/598/KE u ġew vaċċinati kontra l-influwenza tat-tjur nhar … (data) bil-vaċċin … (isem) u ġejjin minn azjenda li fiha twettqet il-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza tat-tjur matul l-aħħar 12-il xahar.] (1) jew [II.2. il-lagomorfi (a) fil-waqt tal-eżami ma jurux xi sinjal kliniku ta’ xi mard li għalih huma suxxettibbli; (b) jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE.] (1) jew [II.2. il-klieb (a) fil-waqt tal-eżami minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti fi żmien 48 siegħa qabel il-ħin tad-dispaċċ, ma wrew l-ebda sinjali ta’ mard; (b) huma mmarkati skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (1) jew [(c) kellhom tal-inqas 12-il ġimgħa meta ġew vaċċinati kontra l-idrofobija u jkunu għaddew tal-inqas 21 jum wara li tkun tlestiet il-vaċċinazzjoni primarja kontra l-idrofobija mwettqa skont ir-rekwiżiti ta’ validità stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u kull rivaċċinazzjoni sussegwenti tkun saret fi żmien il-perjodu ta’ validità tal-vaċċinazzjoni preċedenti]; (1) jew [(c) għandhom anqas minn 12-il ġimgħa u ma ġewx vaċċinati kontra l-idrofobija, jew għandhom bejn 12 u 16-il ġimgħa u ġew vaċċinati kontra l-idrofobija, iżda ma għaddewx mill-anqas 21 jum mit-tlestija tal-vaċċinazzjoni primarja kontra l-idrofobija mwettqa bi qbil mar-rekwiżiti ta’ validità stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u (i) l-Istat Membru ta’ destinazzjoni infurma l-pubbliku skont il-punt (b) tal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huwa jawtorizza l-moviment ta’ dawn l-annimali fit-territorju tiegħu; u huma akkumpanjati minn (1) jew [(ii) dikjarazzjoni tas-sid (3), mehmuża ma’ dan iċ-ċertifikat, li tistqarr li mit-twelid sal-ħin tat-tluq l-annimali ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ annimali salvaġġi ta’ speċijiet suxxettibbli għall-idrofobija]; (1) jew [(ii) ommhom, li għadhom jiddependu fuqha, u mill-passaport ta’ ommhom, jista’ jiġi stabbilit li l-omm ġiet vaċċinati kontra l-idrofobija qabel twelidhom liema vaċċinazzjoni kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ validità stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]; L-UNJONI EWROPEA 92/65 EI Annimali minn azjendi (ungulati, tjur (2), lagomorfi, klieb, qtates u inmsa) II. Tagħrif dwar is-saħħa II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat II.b. (d) huma akkumpanjati minn passaport imħejji skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013]; (1) u [(e) minħabba d-destinazzjoni skedata tagħhom indikata fil-Kaxxa I.10, jew fil-Kaxxa I.11 fejn jiġi applikat il-konfinament, ġew ittrattati kontra l-Echinococcus multilocularis skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011.]]; (1) jew [II.2. il-qtates (1)/inmsa (1) (a) fil-waqt tal-eżami minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti fi żmien 48 siegħa qabel il-ħin tad-dispaċċ, ma wrew l-ebda sinjali ta’ mard; (b) huma mmarkati skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (1) jew [(c) kellhom tal-inqas 12-il ġimgħa meta ġew vaċċinati kontra l-idrofobija u jkunu għaddew tal-inqas 21 jum wara li tkun tlestiet il-vaċċinazzjoni primarja kontra l-idrofobija mwettqa skont ir-rekwiżiti ta’ validità stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u kull rivaċċinazzjoni sussegwenti tkun saret fi żmien il-perjodu ta’ validità tal-vaċċinazzjoni preċedenti]; (1) jew [(c) għandhom anqas minn 12-il ġimgħa u ma ġewx vaċċinati kontra l-idrofobija, jew għandhom bejn 12 u 16-il ġimgħa u ġew vaċċinati kontra l-idrofobija, iżda ma għaddewx mill-anqas 21 jum mit-tlestija tal-vaċċinazzjoni primarja kontra l-idrofobja mwettqa bi qbil mar-rekwiżiti ta’ validità stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u (i) l-Istat Membru ta’ destinazzjoni infurma lill-pubbliku skont il-punt (b) tal-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huwa jawtorizza l-moviment ta’ dawn l-annimali fit-territorju tiegħu; kif ukoll u huma akkumpanjati minn (1) jew [(ii) dikjarazzjoni tas-sid (3), mehmuża ma’ dan iċ-ċertifikat, li tistqarr li mit-twelid sal-ħin tat-tluq l-annimali ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ annimali salvaġġi ta’ speċijiet suxxettibbli għall-idrofobija]; (1) jew [(ii) ommhom, li għadhom jiddependu fuqha, u mill-passaport ta’ ommhom, jista’ jiġi stabbilit li l-omm ġiet vaċċinata kontra l-idrofobija qabel twelidhom liema vaċċinazzjoni kienet konformi mar-rekwiżiti ta’ validità stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]; (d) huma akkumpanjati minn passaport imħejji skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013.] (1) jew [II.2. il-klieb (1)/qtates (1)/inmsa (1) huma ddestinati għal korp, istitut jew ċentru kif deskrit fil-Kaxxa I.13 approvat skont l-Anness C tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, u (a) fil-waqt tal-eżami minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti fi żmien 48 siegħa qabel il-ħin tad-dispaċċ, ma wrew l-ebda sinjali ta’ mard; (b) huma mmarkati skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (c) huma akkumpanjati minn passaport imħejji skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013.] II.3. Il-garanziji addizzjonali fir-rigward tal-mard elenkat fl-Anness B(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE huma kif ġej: (1) Marda Deċiżjoni Marda Deċiżjoni Marda Deċiżjoni Noti Parti I: Kaxxa I.6. Nru/Nri ta’ dokumenti ta’ akkumpanjament: CITES, jekk applikabbli. Kaxxa I.19. Uża l-kodiċi rilevanti NM: 01.06.19, 01.06.31, 01.06.32, 01.06.39. Kaxxa I.31. Sistema ta’ identifikazzjoni: l-identifikazzjoni individwali għandha tiġi użata kulfejn hu possibbli iżda fil-każ ta’ annimali żgħar, tista’ tintuża l-identifikazzjoni tal-grupp. Fil-każ ta’ klieb, qtates u inmsa, agħżel il-passaport. Numru ta’ identifikazzjoni: fil-każ ta’ klieb, qtates u inmsa, indika l-kodiċi alfanumerika tat-tatwaġġ jew it-transponder. Numru tal-passaport: fil-każ ta’ klieb, qtates u inmsa, indika l-kodiċi alfanumerika tal-passaport. L-UNJONI EWROPEA 92/65 EI Annimali minn azjendi (ungulati, tjur (2), lagomorfi, klieb, qtates u inmsa) II. Tagħrif dwar is-saħħa II.a. Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat II.b. Parti II: (1) Ħassar fejn hemm bżonn. (2) Ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni japplikaw biss għal tjur li jkunu ġew vaċċinati kontra l-influwenza tat-tjur skont pjan ta’ vaċċinazzjoni preventiva approvat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/598/KE. (3) Id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt II.2 li trid tinthemeż maċ-ċertifikat għandha titfassal skont l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013. (4) Kif mitlub minn Stat Membru li jibbenefika minn garanziji addizzjonali taħt il-leġislazzjoni tal-Unjoni. Il-kulur tat-timbru u l-firma għandu jkun differenti minn dak tad-dettalji l-oħra fiċ-ċertifikat. Dan iċ-ċertifikat huwa validu għal 10 ijiem mid-data tal-firma tal-veterinarju uffiċjali jew tal-veterinarju responsabbli għall-ażjenda ta’ oriġini u huwa approvat mill-awtorità kompetenti. Veterinarju uffiċjali Isem (b’ittri kapitali): Kwalifika u titlu: Unità veterinarja lokali: Nru tal-LVU: Data: Firma: Timbru:

Versions

  1. 2013-10-21