Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 599/2013 tal-24 ta’ Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 578/2010 f’dak li għandu x’jaqsam mal-ammonti ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni, li mhumiex koperti miċ-ċertifikati, ta’ ċerti prodotti agrikoli fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat u n-notifikazzjoni, mill-Istati Membri, ta’ ċerta dejta relatata

In forceVersion 2013-06-24from 2013-07-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/599@2013-06-24/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. (2)
  5. (3)
  6. Artikolu 53a

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2010 tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li mhumiex fl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet jipprevedi esportaturi żgħar jiġu eżentati milli jippreżentaw ċertifikat ta’ rifużjoni sa ammonti totali stabbiliti fil-livell individwali u globali. Huwa jipprevedi wkoll li ċertifikati ta’ rifużjoni li tkun saret applikazzjoni għalihom u, f’ċerti każijiet, iċ-ċertifikati ta’ rifużjoni maħruġa, għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni.

(2) Tnaqqis riċenti fir-rati ta’ rifużjoni tal-esportazzjoni, minħabba l-effetti konġunti tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni u l-movimenti fil-prezzijiet tal-komodità agrikola fis-suq dinji, wasslu għal sitwazzjoni fejn saru anqas applikazzjonijiet jew ma saret l-ebda applikazzjoni għaċ-ċertifikati ta’ rifużjoni u għaldaqstant naqset il-pressjoni fuq il-baġit tal-Unjoni għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fuq oġġetti li mhumiex koperti mill-Anness I tat-Trattat. Fiċ-ċirkostanzi fejn l-Unjoni ma tinsabx fil-periklu li tikser l-impenji internazzjonali tagħha, huwa xieraq li tiġi ssimplifikata s-sistema tal-għoti ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli fis-sura ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I tat-Trattat, u b’hekk jitnaqqas il-piż amministrattiv.

(3) Għalhekk huwa xieraq li jiżdied il-limitu tal-ħlas li taħtu l-esportaturi ż-żgħar huma eżentati milli jissottomettu ċertifikat ta’ rifużjoni fil-livell individwali u globali. Huwa wkoll xieraq li jiġu sospiżi l-obbligi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-ammonti ta’ ċertifikati ta’ rifużjoni li ġew applikati sabiex meta r-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti bażiċi kollha jiġu sospiżi, mhux stabbiliti jew ugwali għal żero, li jinnotifikaw ċerti ċertifikati ta’ rifużjoni maħruġa meta l-ebda ċertifikat ta’ rifużjoni ma jkun maħruġ u, meta jkun involut l-ebda ammont, l-obbligu li jinnotifikaw ċertu tagħrif biex ikunu ggarantiti l-funzjonament u l-ġestjoni tas-sistema taċ-ċertifikati ta’ rifużjoni u li javżaw lill-Kummissjoni li ma ngħataw l-ebda ammonti.

(4) Ir-Regolament (UE) Nru 578/2010 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 578/2010 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) L-Artikolu 42(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

1. Ma hemmx bżonn ta’ ċertifikati għal esportazzjonijiet li għalihom tressqu applikazzjonijiet mill-operatur matul is-sena tal-baġit u li ma jwasslux għal ħlas ta’ iktar minn EUR 200000.;

(2) L-Artikolu 43(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(2)

1. Għal kull perjodu tal-baġit, l-esportazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 42(1) għandhom ikunu eliġibbli għall-ħlas ta’ rifużjoni fi ħdan il-limitu ta’ riserva totali ta’ EUR 80 miljun għal kull sena tal-baġit.;

(3) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 53a li ġej:

(3)

Artikolu 53a

1. Meta r-rifużjoni applikabbli għal kull prodott bażiku elenkat fl-Anness I tkun ġiet sospiża, ma tkunx ġiet stabbilita jew tkun ugwali għal żero, matul wieħed mill-perjodi msemmija fl-Artikolu 29(1)(a) sa (f), l-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw b’rabta ma’ dan il-perjodu u previst fl-Artikolu 30 u l-Artikolu 34(2) għandu jiġi sospiż.

2. Meta l-ebda ċertifikat ta’ rifużjoni ma jkun inħareġ matul il-perjodi msemmija fl-Artikolu 51(1)(c) u (d), l-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw kif previst mill-Artikolu 51(1)(c) u (d) għandu jiġi sospiż.

3. Meta l-ebda ammont ma jkun involut, l-obbligi għall-Istati Membri li jinnotifikaw kif previst mill-Artikolu 51(1)(a) u (b), l-Artikolu 51(2), l-Artikolu 52 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 53 u biex jinformaw li ma ngħataw l-ebda ammonti kif previst mit-tieni sentenza tal-Artikolu 53, għandhom jiġu sospiżi..

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

Versions

  1. 2013-06-24