Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013 li taħtar żewġ membri supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni (2013/60/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/60@2013-01-22/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,
Billi:
(1) Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u t-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.
(2) Fil-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Achill RUMPOLD u s-Sinjura Bernadette MENNEL,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membri supplenti għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
Is-Sur Wolfgang WALDNER, Landesrat beim Amt der Kärntner Landesregierung.
Dr Gabriele NUSSΒAUMER, Landtagspräsidentin.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013. Għall-Kunsill Il-President M. Noonan