Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (notifikata bid-dokument C(2013) 7154) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2013/633/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/633@2013-10-30/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE, u b’mod partikulari l-punt (c) tal-Artikolu 8(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013.
(2) Twettqet valutazzjoni biex tevalwa r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati, stabbiliti minn din id-Deċiżjoni. Minħabba l-istadju tal-proċess tar-reviżjoni għal din id-Deċiżjoni, huwa xieraq li jittawal il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u ta’ verifika li huwa jistabbilixxi. Il-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jittawwal sal-31 ta’ Ottubru 2014.
(3) Id-Deċiżjoni 2007/742/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.
(4) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/742/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:
Artikolu 1
Artikolu 4 Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass, kif ukoll ir-rekwiżiti relatati ta’ valutazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Ottubru 2014.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2013. Għall-Kummissjoni Janez Potočnik Membru tal-Kummissjoni