Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2013/634/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/634@2013-10-31/mt
Contents
- Preamble
- ANNEX
- ANNESS I Aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mit-tieni rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC
- ANNESS II Aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2020, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
(1) Sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 kif determinati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE għandhom jiġu aġġustati skont il-kwantità:
tal-kwoti li għandhom jinħarġu fir-rigward tal-installazzjonijiet li jwettqu attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma inklużi biss fl-iskema għan-negozjar ta’ emissjonijiet tal-Unjoni (UE ETS) mill-2013 ’il quddiem,
tal-kwoti li nħarġu skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw l-inklużjoni unilaterali minn ċerti Stati Membri ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali fl-Iskema għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2003/87/KE bejn l-2008 u l-2012 u,
tal-kwoti li jikkorrespondu għal installazzjonijiet esklużi mill-UE ETS skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE mill-2013 ’il quddiem għaż-żmien li fih huma esklużi.
(2) Id-dejta kif mibgħuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE u kif tinsab fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2011)3798, C(2008)7867, C(2009)3032, C(2009)9849 u C(2012)497 li jaċċettaw l-inklużjoni unilaterali ta’ gassijiet serra u attivitajiet addizzjonali mill-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Latvja u r-Renju Unit skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, u li jqisu wkoll l-esklużjoni ta’ installazzjonijiet b’emissjonijiet baxxi mill-UE ETS mill-Ġermanja, ir-Renju Unit, Franza, Spanja, il-Kroazja, is-Slovenja u l-Italja skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2003/87/KE u li ġiet aġġustata mill-Kummissjoni b’fattur lineari ta’ 1,74 %, intużat fil-kalkolu tal-aġġustament fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet ta’ kull Stat Membru, kif rilevanti.
(3) Il-kwantità rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għandha tiġi kkalkulata bħala d-differenza bejn l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2013/162/UE u l-aġġustamenti kif stipulati f’din id-Deċiżjoni. Jekk iċ-ċifra tal-aġġustament tkun negattiva, il-kwantità rilevanti għandha tiġi kkalkolata billi jiżdiedu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet kif stipulat fid-Deċiżjoni 2013/162/UE bl-aġġustamenti stipulati f’din id-Deċiżjoni.
(4) Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn kif jiġu determinati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, l-aġġustamenti tagħhom u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra rrappurtati għal kull sena, l-aġġustamenti tal-Istati Membri fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għandhom ukoll jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. L-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ikkalkulati b’dan il-mod għandhom japplikaw mill-ewwel sena li fiha r-rapportar tal-inventarji tal-gass serra li jsir bl-użu ta’ dawn il-valuri potenzjali ġodda tat-tisħin globali jsir obbligatorju skont l-Artikolu 7(6)b tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(5) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f’waqtha tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet aġġustati tal-Istati Membri u l-kwantità rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ tlett ijiem wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 2 Meta att adottat skont l-Artikolu 7(6)b tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jipprevedi li l-Istati Membri jridu jissottomettu inventarji tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra determinati bl-użu tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC kif adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stipulati fl-Anness II għandhom japplikaw mill-ewwel sena li fiha dan ir-rappurtar dwar l-inventarji tal-gass serra jsir obbligatorju. L-Artikolu 1 ma għandux japplika meta japplika dan l-Artikolu.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS I Aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mit-tieni rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC
Stat Membru Aġġustamenti fl-Allokazzjoni ta’ Emissjonijiet Annwali (ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju) 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 Il-Belġju 4048929 3974598 3900267 3825935 3751604 3677272 3602941 3528609 Il-Bulgarija 1750024 1717896 1685769 1653641 1621514 1589387 1557259 1525132 Ir-Repubblika Ċeka 3000270 2945190 2890110 2835031 2779951 2724871 2669791 2614711 Id-Danimarka 0 0 0 0 0 0 0 0 Il-Ġermanja 23249263 22822446 22395629 21968812 21541996 21115178 20688361 20261544 L-Estonja 0 0 0 0 0 0 0 0 L-Irlanda 334322 328184 322047 315909 309772 303634 297496 291359 Il-Greċja 2057904 2020124 1982344 1944565 1906785 1869006 1831226 1793446 Spanja 7980597 7834086 7687576 7541066 7394555 7248046 7101536 6955025 Franza 14867520 14594578 14321636 14048693 13775751 13502808 13229866 12956923 Il-Kroazja 1605875 1576394 1546913 1517431 1487951 1458469 1428988 1399507 L-Italja 9607019 9430650 9254282 9077913 8901544 8725175 8548807 8372440 Ċipru 0 0 0 0 0 0 0 0 Il-Latvja 19186 18834 18482 18130 17778 17426 17072 16720 Il-Litwanja 4297664 4218766 4139868 4060971 3982073 3903175 3824277 3745379 Il-Lussemburgu 275161 270110 265058 260007 254955 249904 244852 239801 L-Ungerija 413285 405698 398111 390524 382936 375349 367762 360175 Malta 0 0 0 0 0 0 0 0 Il-Pajjiżi l-Baxxi 2176364 2136410 2096456 2056502 2016548 1976592 1936638 1896684 L-Awstrija 2026990 1989778 1952566 1915354 1878142 1840930 1803718 1766505 Il-Polonja 11073941 10870642 10667343 10464045 10260746 10057447 9854148 9650850 Il-Portugall 563543 553197 542852 532506 522160 511815 501469 491123 Ir-Rumanija 7501529 7363813 7226098 7088383 6950667 6812952 6675237 6537521 Is-Slovenja –46842 –45983 –45122 –44262 –43403 –42543 –41683 –40822 Is-Slovakkja 2181413 2141366 2101319 2061272 2021225 1981178 1941131 1901084 Il-Finlandja 1769997 1737503 1705009 1672515 1640021 1607527 1575032 1542538 L-Isvezja 1703979 1672697 1641415 1610133 1578851 1547568 1516286 1485004 Ir-Renju Unit 238691 234309 229926 225545 221163 216781 212398 208017
ANNESS II Aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-valuri potenzjali tat-tisħin globali meħuda mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC
Stat Membru Aġġustamenti fl-Allokazzjoni ta’ Emissjonijiet Annwali (ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju) 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 Il-Belġju 3996502 3923133 3849764 3776395 3703026 3629657 3556288 3482919 Il-Bulgarija 1728601 1696867 1665133 1633398 1601664 1569930 1538196 1506462 Ir-Repubblika Ċeka 2978152 2923478 2868804 2814130 2759457 2704783 2650109 2595435 Id-Danimarka 0 0 0 0 0 0 0 0 Il-Ġermanja 23197461 22771595 22345729 21919863 21493997 21068131 20642265 20216399 L-Estonja 0 0 0 0 0 0 0 0 L-Irlanda 334322 328184 322047 315909 309772 303634 297496 291359 Il-Greċja 2048785 2011173 1973560 1935948 1898336 1860724 1823111 1785499 Spanja 7987731 7841090 7694448 7547807 7401166 7254525 7107884 6961243 Franza 14686466 14416848 14147230 13877611 13607993 13338373 13068755 12799136 Il-Kroazja 1582200 1553154 1524107 1495060 1466014 1436968 1407921 1378875 L-Italja 9607222 9430849 9254477 9078104 8901732 8725359 8548988 8372615 Ċipru 0 0 0 0 0 0 0 0 Il-Latvja 19186 18834 18482 18130 17778 17426 17072 16720 Il-Litwanja 4217333 4139910 4062487 3985064 3907641 3830218 3752795 3675371 Il-Lussemburgu 275161 270110 265058 260007 254955 249904 244852 239801 L-Ungerija 397287 389994 382700 375407 368113 360820 353526 346233 Malta 0 0 0 0 0 0 0 0 Il-Pajjiżi l-Baxxi 2138730 2099466 2060203 2020939 1981676 1942413 1903149 1863886 L-Awstrija 2018185 1981135 1944084 1907034 1869984 1832933 1795883 1758832 Il-Polonja 10936568 10735791 10535014 10334238 10133461 9932684 9731907 9531130 Il-Portugall 563543 553197 542852 532506 522160 511815 501469 491123 Ir-Rumanija 7450508 7313730 7176951 7040172 6903394 6766615 6629836 6493057 Is-Slovenja –45241 –44411 –43580 –42749 –41919 –41089 –40258 –39427 Is-Slovakkja 1854320 1820278 1786236 1752194 1718151 1684109 1650067 1616025 Il-Finlandja 1720524 1688938 1657352 1625766 1594180 1562594 1531009 1499423 L-Isvezja 1701355 1670121 1638887 1607653 1576419 1545185 1513951 1482717 Ir-Renju Unit 238830 234446 230061 225676 221292 216908 212523 208138