Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, mad-definizzjoni ta’ reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija (2013/745/UE)

In forceVersion 2013-12-09from 2013-12-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/745@2013-12-09/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33, 113, 114 u 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u 218(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fit-22 ta’ Ottubru 1999, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), Konvenzjoni Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC) u protokolli relatati. Din l-awtorizzazzjoni kienet emendata mill-Kunsill fil-21 ta’ April 2001 u, fl-20 ta’ Diċembru 2007, fir-rigward tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk (‘il-Protokoll’). In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni fit-termini d-direttivi dwar in-negozjar adottati mill-Kunsill u ġew iffinalizzati b’suċċess bl-adozzjoni tal-Protokoll waqt il-ħames Konferenza tal-Partijiet għall-FCTC tad-WHO fit-12 ta’ Novembru 2012, f’Seoul, ir-Repubblika tal-Korea.

(2) Il-konklużjoni tal-FCTC ġiet approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/513/KE, li hija kondizzjoni biex l-Unjoni Ewropea ssir Parti għall-Protokoll.

(3) Il-Protokoll jirrappreżenta kontribut sinifikanti għall-isforzi internazzjonali biex jiġu eliminati l-forom kollha tal-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk, li tikkostitwixxi komponent essenzjali tal-kontroll tat-tabakk.

(4) L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva għal numru ta’ dispożizzjonijiet tal-Protokoll li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika kommerċjali komuni tal-Unjoni jew fejn tkun ġiet adottata l-leġislazzjoni korrispondenti tal-Unjoni. Għalhekk, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(5) Meta tiffirma t-Trattat, l-Unjoni mhux ser tkun qed teżerċita kompetenza kondiviża, għalhekk l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom fl-oqsma koperti mit-Trattat li ma jaffettwawx regoli komuni u ma jibdlux il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali regoli.

(6) Il-Protokoll jistabbilixxi obbligi għall-partijiet kontraenti relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, mad-definizzjoni ta’ reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija. Bħala konsegwenza, din id-dispożizzjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Protokolli (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, it-tnejn li huma mehmużin mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, japplikaw.

(7) Deċiżjoni separata relatata mal-iffirmar tal-Protokoll, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, mad-definizzjoni ta’ reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija għandha tiġi adottata b’mod parallel għal din id-Deċiżjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-iffirmar tal-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk għall-Konvenzjoni Qafas tad-WTO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, mad-definizzjoni ta’ reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija, hu b’dan awtorizzat soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.

Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirma(w) il-Protokoll f’isem l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-obbligi relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, mad-definizzjoni ta’ reati kriminali, u mal-kooperazzjoni tal-pulizija.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013. Għall-Kunsill Il-President A. Pabedinskienė

Versions

  1. 2013-12-09