Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/813@2013-08-02/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
- 2.
- Artikolu 2 Definizzjonijiet
- (2)
- (5)
- Artikolu 3 Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien
- 2.
- Artikolu 4 Valutazzjoni tal-konformità
- Artikolu 5 Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
- Artikolu 6 Valuri indikattivi ta’ referenza
- Artikolu 7 Reviżjoni
- Artikolu 8 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
- Artikolu 9 Tħassir
- Artikolu 10 Dħul fis-seħħ
- ANNEX
- ANNESS I Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V
- Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters (1)(2)(3)(4)(5)(6)
- Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters tal-post b’bojler, mal-ħiters ikkombinati b’bojler u mal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni (7)(8)(9)(10)(11)(12)(13)(14)(15)(16)(17)(18)
- Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u mal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana (19)(20)(21)(22)(23)(24)(25)(26)(27)(28)(29)(30)(31)(32)(33)(34)(35)(36)(37)(38)(39)(40)(41)(42)(43)(44)(45)(46)(47)(48)(49)(50)(51)(52)(53)(54)
- Definizzjonijiet marbutin mat-tisħin tal-ilma fil-ħiters ikkombinati (55)(56)(57)(58)(59)(60)(61)(62)(63)(64)(65)(66)
- ANNESS II Rekwiżiti tal-ekodisinn
- 1.
- 5. Tabella 1 Tabella 2 Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post b’bojler, għall-ħiters ikkombinati b’bojler u għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana
- 5.
- ANNESS III
- Kejl u kalkoli Tabella 3 Tabella 4 Tabella 5 Tabella 6 Tabella 7 Il-kundizzjonijiet nominali standard għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana Il-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, b’temperaturi tal-arja b’termometru niexef (it-temperaturi tal-arja b’termometru umdu huma mogħtija fil-parenteżi) L-istaġun tat-tisħin ta’ referenza għall-Ewropa fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni [f’metri kubi għal kull siegħa], f’umdità ta’ 5,5 grammi għal kull metru kubu Il-profili tat-tagħbija tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati
- 2.
- 4.
- 5.
- ANNESS IV Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
- 2.
- 4.
- ANNESS V Il-valuri indikattivi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 6
- 3.
- 4.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, u b’mod partikulari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,
Billi:
(1) Skont id-Direttiva 2009/125/KE, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib minħabba d-disinn tagħhom f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta’ effiċjenza għal kaldaruni [bojlers] tal-misħun ġodda li jaħdmu b’karburanti [bi fjuwils] likwidi jew gassużi stabbiliet dispożizzjonijiet dwar l-effiċjenza tal-bojlers.
(3) L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara li tkun ikkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tintroduċi, kif xieraq, miżuri ta’ implimentazzjoni għall-prodotti li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħal dawk għat-tagħmir tat-tisħin u t-tagħmir tat-tisħin tal-ilma.
(4) Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija dwar l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati (il-ħiters tal-ilma u tal-post) li jintużaw is-soltu fl-Unjoni Ewropea. L-istudju tfassal flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
(5) L-aspetti ambjentali tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-livelli ta’ qawwa tal-ħoss (għall-ħiters b’pompa tas-sħana). Barra minn hekk, għall-ħiters li jaħdmu bil-fjuwils fossili, l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu, tal-monossidu tal-karbonju, tal-materja partikulata u tal-idrokarburi wkoll ġew identifikati bħala aspetti ambjentali sinifikanti.
(6) Mhuwiex xieraq li wieħed jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, tal-materja partikulata u tal-idrokarburi minħabba li għad m’hemm l-ebda metodu tal-kejl fil-livell Ewropew li huwa adattat għal dan. Bil-ħsieb li jiġu żviluppati metodi tal-kejl ta’ dan it-tip, il-Kummissjoni qabbdet lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jqisu r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawk l-emissjonijiet matul ir-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali għar-rekwiżiti tal-ekodisinn marbutin mal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, tal-materja partikulata u tal-idrokarburi tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati jistgħu jinżammu jew jiddaħħlu sa ma jidħlu fis-seħħ ir-rekwiżiti tal-ekodisinn korrispondenti tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/142/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 rigward tagħmir li juża l-gass, li tillimita l-prodotti tal-kombustjoni tat-tagħmir li juża l-gass b’rabta mas-saħħa u s-sikurezza, mhumiex affettwati.
(7) L-istudju ta’ tħejjija juri li, għall-ħiters tal-post u l-ħiters ikkombinati, ir-rekwiżiti dwar il-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex meħtieġa. B’mod partikulari, l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra marbutin mar-refriġeranti użati fil-ħiters b’pompa tas-sħana biex isaħħnu l-bini fl-Ewropa llum il-ġurnata mhumiex identifikati bħala sinifikanti. Meta jkun qed jiġi rrivedut dan ir-Regolament se jiġi vvalutat mill-ġdid kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawn l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.
(8) L-ambitu ta’ dan ir-Regolament għandu jinkludi l-ħiters tal-post b’bojler, il-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni u l-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana li jipprovdu s-sħana lis-sistemi ta’ tisħin ċentrali bl-ilma għall-għanijiet tat-tisħin tal-post, u l-ħiters ikkombinati b’bojler u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jipprovdu s-sħana lis-sistemi ta’ tisħin ċentrali bl-ilma għall-għanijiet tat-tisħin tal-post u s-sħana biex jipprovdu ilma għax-xorb u sanitarju sħun. Dawn il-ħiters huma ddisinjati b’tali mod li jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi, inklużi dawk mill-bijomassa (sakemm ma jkunux jużawhom b’mod predominanti), l-elettriku u s-sħana ambjentali jew dik sekondarja.
(9) Il-ħiters li jkunu ddisinjati biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti (jiġifieri f’iktar minn 50 % tagħhom) mill-bijomassa għandhom karatteristiċi tekniċi speċifiċi li jeħtieġu iktar analiżi tekniċi, ekonomiċi u ambjentali. Skont dak li jirriżulta mill-analiżi, fi stadju aktar tard għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawk il-ħiters, jekk dan ikun xieraq.
(10) Il-konsum annwali tal-enerġija marbut mal-ħiters tal-post u mal-ħiters ikkombinati ġie stmat li kien ta’ 12089 PJ (li huma madwar 289 Mtoe) fl-Unjoni fl-2005, li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta’ 698 miljun tunnellata ta’ CO2. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-enerġija mistenni jilħaq l-10688 PJ sal-2020. Ġie stmat li l-emissjonijiet annwali tal-ossidi tan-nitroġenu marbutin mal-ħiters tal-post u mal-ħiters ikkombinati fl-Unjoni fl-2005 kienu ekwivalenti għal 821 kt ta’ ossidi tal-kubrit (SOx). Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, l-emissjonijiet annwali mistennija jilħqu ammont li jkun ekwivalenti għal 783 kt ta’ ossidi tal-kubrit (SOx) sal-2020. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati jistgħu jitnaqqsu b’mod sinifikanti.
(11) Il-konsum tal-enerġija tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati jista’ jitnaqqas billi jiġu applikati teknoloġiji nonproprjetarji kosteffettivi eżistenti li jwasslu għal tnaqqis fil-kostijiet ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta’ dawn il-prodotti.
(12) Fl-Unjoni Ewropea hemm kważi ħames miljun abitazzjoni li jużaw sistemi ta’ ċmieni aperti kondiviżi. Minħabba raġunijiet tekniċi, mhux possibbli li f’abitazzjonijiet li jużaw sistema ta’ ċumnija aperta kondiviża, il-ħiters tal-post b’bojler eżistenti u l-ħiters ikkombinati b’bojler eżistenti jinbidlu b’bojlers effiċjenti li jużaw il-kondensazzjoni. Ir-rekwiżiti mogħtija f’dan ir-Regolament jippermettu li jibqgħu fis-suq il-bojlers li ma jużawx il-kondensazzjoni li huma ddisinjati b’mod speċifiku għat-tali konfigurazzjoni. Dan huwa sabiex il-konsumaturi ma jkollhomx iħallsu spejjeż mhux dovuti, sabiex il-manifatturi jingħataw iż-żmien jiżviluppaw bojlers apposta li jużaw teknoloġiji tat-tisħin li jkunu iktar effiċjenti u sabiex l-Istati Membri jingħataw iż-żmien jadattaw il-kodiċijiet nazzjonali tal-bini tagħhom.
(13) L-effett ikkombinat tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti ta’ ħiter tal-post, apparat għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, apparat għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari huwa mistenni li sal-2020 iwassal għal iffrankar stmat tal-enerġija ta’ madwar 1900 PJ (jiġifieri ta’ madwar 45 Mtoe) fis-sena, li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta’ madwar 110 miljun tunnellata ta’ CO2, u għal tnaqqis fl-emissjonijiet annwali tal-ossidi tan-nitroġenu ta’ ammont li huwa ekwivalenti għal madwar 270 kt ta’ ossidi tal-kubrit, meta mqabbel ma’ dak li jiġri kieku ma tittieħed l-ebda miżura.
(14) Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija, tal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati fl-Unjoni Ewropea kollha, u b’hekk għandhom jgħinu biex is-suq intern jaħdem aħjar u biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali ta’ dawn il-prodotti.
(15) Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn m’għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità tal-ħiters tal-post jew tal-ħiters ikkombinati jew kemm prezzhom ikun għall-but ta’ kulħadd mill-perspettiva tal-utent aħħari u m’għandhomx jaffettwaw ħażin is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent.
(16) Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu bil-mod il-mod, sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom li huma suġġetti għal dan ir-Regolament. L-iskeda taż-żmien għandha tkun tali li jitqies l-impatt tal-kost għall-manifatturi, b’mod partikulari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f’waqtha tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.
(17) Il-parametri tal-prodott għandhom jitkejlu u jiġu kkalkulati permezz ta’ metodi li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea.
(18) Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità japplikaw.
(19) Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi għandhom jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
(20) Sabiex ikomplu jillimitaw l-impatt ambjentali tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati, il-manifatturi għandhom jipprovdu wkoll tagħrif dwar iż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tagħhom.
(21) Minbarra r-rekwiżiti li jorbtu legalment li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati valuri indikattivi ta’ referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li t-tagħrif dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati tul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom ikun disponibbli b’mod wiesa’ u jkun aċċessibbli faċilment.
(22) Id-Direttiva 92/42/KEE għandha titħassar, ħlief għall-Artikoli 7(2) u 8 tagħha u għall-Annessi III sa V tagħha, u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ġodda f’dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li l-kamp ta’ applikazzjoni jitwessa’ biex ikun jinkludi ħiters oħrajn, mhux biss il-bojlers, sabiex tkompli tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati u sabiex jittejbu aspetti ambjentali sinifikanti oħrajn tal-ħiters tal-post u tal-ħiters ikkombinati.
(23) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq u/jew għad-dħul fis-servizz ta’ ħiters tal-post u ta’ ħiters ikkombinati li jkollhom potenza termika nominali ta’ 400 kW jew inqas, inklużi dawk li jkunu integrati f’pakketti ta’ ħiter tal-post, apparat għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, apparat għall-kontroll tat-temperatura u apparat solari kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013.
2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika:
2.
(a) għall-ħiters iddisinjati b’mod speċifiku biex jaħdmu bil-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti mill-bijomassa;
(b) għall-ħiters li jużaw il-fjuwils solidi;
(c) għall-ħiters li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(d) għall-ħiters li jipproduċu s-sħana biss biex jipprovdu ilma għax-xorb u sanitarju sħun;
(e) għall-ħiters użati għat-tisħin u d-distribuzzjoni ta’ mezzi gassużi għat-trasferiment tas-sħana bħal pereżempju l-fwar jew l-arja;
(f) għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkollhom kapaċità elettrika massima ta’ 50 kW jew iktar;
(g) għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-ħiters u l-oqfsa għall-ħiters maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta’ Jannar 2018 sabiex jieħdu post ġeneraturi tas-sħana identiċi u oqfsa identiċi għall-ħiters. Il-prodott ta’ sostituzzjoni jew il-pakkett tiegħu għandhom jindikaw biċ-ċar għal liema ħiter huwa maħsub.
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin: Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa V.
(1) ħiter tfisser ħiter tal-post jew ħiter ikkombinat;
(2) ħiter tal-post tfisser apparat:
(2)
(a) li jipprovdi s-sħana lil sistema ta’ tisħin ċentrali bl-ilma sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura ta’ ġewwa fil-livell mixtieq f’post magħluq bħal bini, abitazzjoni jew kamra; u
(b) li jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana;
(3) ħiter ikkombinat tfisser ħiter tal-post li jkun iddisinjat b’mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;
(4) sistema ta’ tisħin ċentrali bl-ilma tfisser sistema li tuża l-ilma bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana sabiex is-sħana prodotta ċentralment tiġi ddistribwita lill-emitturi tas-sħana għat-tisħin tal-post tal-bini jew ta’ partijiet minnu;
(5) ġeneratur tas-sħana tfisser il-parti ta’ ħiter li tipproduċi s-sħana billi tuża proċess wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: fejn ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal ħiter u għal qafas għall-ħiter maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana wkoll għandu jitqies bħala ħiter;
(5)
(a) il-kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;
(b) l-użu tal-effett Joule fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;
(c) il-qbid tas-sħana ambjentali minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew tas-sħana sekondarja;
(6) qafas għall-ħiter tfisser il-parti ta’ ħiter li tkun iddisinjata b’tali mod biex ġo fiha jiġi mmuntat ġeneratur tas-sħana;
(7) potenza termika nominali (Prated) tfisser il-potenza termika ddikjarata ta’ ħiter meta dan ikun qed isaħħan post u, jekk ikun applikabbli, meta dan ikun qed isaħħan l-ilma bil-kundizzjonijiet nominali standard, mogħtija f’kW; għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-kundizzjonijiet nominali standard biex tiġi stabbilita l-potenza termika nominali huma l-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn kif inhuma stabbiliti fit-Tabella 4 tal-Anness III;
(8) kundizzjonijiet nominali standard tfisser il-kundizzjonijiet operattivi tal-ħiters f’kundizzjonijiet klimatiċi medji sabiex jiġu stabbiliti l-potenza termika nominali, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss u l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu;
(9) bijomassa tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;
(10) fjuwil tal-bijomassa tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu prodott mill-bijomassa;
(11) fjuwil fossili tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu ta’ oriġini fossili;
(12) ħiter tal-post b’bojler tfisser ħiter tal-post li jipproduċi s-sħana billi juża l-proċess ta’ kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa u/jew billi juża l-effett Joule fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;
(13) ħiter ikkombinat b’bojler tfisser ħiter tal-post b’bojler li jkun iddisinjat b’mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;
(14) ħiter tal-post b’bojler elettriku tfisser ħiter tal-post b’bojler li jipproduċi s-sħana biss billi juża l-effett Joule fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;
(15) ħiter ikkombinat b’bojler elettriku tfisser ħiter ikkombinat b’bojler li jipproduċi s-sħana biss billi juża l-effett Joule fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;
(16) ħiter tal-post b’koġenerazzjoni tfisser ħiter tal-post li jipproduċi s-sħana u l-elettriku fl-istess ħin permezz ta’ proċess wieħed;
(17) ħiter tal-post b’pompa tas-sħana tfisser ħiter tal-post li juża s-sħana ambjentali li tkun ġejja minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew is-sħana sekondarja biex jipproduċi s-sħana; ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jista’ jkun mgħammar b’ħiter supplimentari wieħed jew iktar li juża l-effett Joule fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika jew il-proċess ta’ kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;
(18) ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana tfisser ħiter tal-post b’pompa tas-sħana li jkun iddisinjat b’mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;
(19) ħiter supplimentari tfisser ħiter mhux preferenzjali li jipproduċi s-sħana f’każijiet fejn id-domanda għat-tisħin tkun ikbar mill-potenza termika nominali tal-ħiter preferenzjali;
(20) l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post (ηs) tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post għal staġun tat-tisħin speċifikat, li għaliha jintuża ħiter partikulari, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala perċentwali;
(21) l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma (ηwh) tfisser il-proporzjon tal-enerġija utli fl-ilma għax-xorb jew sanitarju li l-ħiter ikkombinat jipprovdi meta mqabbla mal-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dik l-enerġija, mogħti bħala perċentwali;
(22) il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA) tfisser il-livell ta’ qawwa tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza A, fuq ġewwa u/jew fuq barra, mogħti f’dB;
(23) il-koeffiċjent ta’ konverżjoni (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; il-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni huwa ta’: CC = 2,5.
Artikolu 3 Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien
1. L-Anness II jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters.
2. Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu jibda japplika skont l-iskeda taż-żmien li ġejja:
2.
(a) mis-26 ta’ Settembru 2015:
(a)
(i) il-ħiters għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(a), 3 u 5 tal-Anness II;
(ii) il-ħiters ikkombinati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(a) tal-Anness II;
(b) mis-26 ta’ Settembru 2017:
(b)
(i) il-ħiters tal-post elettriċi, il-ħiters ikkombinati elettriċi, il-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, il-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness II;
(ii) il-ħiters ikkombinati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(b) tal-Anness II;
(c) mis-26 ta’ Settembru 2018, il-ħiters għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4(a) tal-Anness II.
3. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 4 Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema ta’ kontroll intern tad-disinn stabbilita fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, mingħajr ħsara għall-Artikoli 7(2) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u tal-Annessi III sa V tagħha.
2. Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha t-tagħrif dwar il-prodotti stabbilit fil-punt 5(b) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5 Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6 Valuri indikattivi ta’ referenza
L-Anness V jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta’ referenza għall-ħiters li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament li jkollhom l-aqwa prestazzjoni.
Artikolu 7 Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar b’rabta mal-ħiters u għandha tippreżenta r-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi, b’mod partikulari, valutazzjoni tal-aspetti li ġejjin:
(a) kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra marbutin mar-refriġeranti;
(b) abbażi tal-metodi tal-kejl li qed jiġu żviluppati, il-livell tar-rekwiżiti tal-ekodisinn li jistgħu jiddaħħlu għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju, tal-idrokarburi u tal-materja partikulata;
(c) kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti iktar stretti tal-ekodisinn għall-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post b’bojler u tal-ħiters ikkombinati b’bojler, għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu;
(d) kemm hu adegwat li wieħed jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters iddisinjati b’mod speċifiku biex jużaw il-fjuwils likwidi jew gassużi prodotti b’mod predominanti mill-bijomassa;
(e) il-validità tal-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni;
(f) kemm hi adegwata ċ-ċertifikazzjoni magħmula minn partijiet terzi.
Artikolu 8 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Sas-26 ta’ Settembru 2015, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ ħiters li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma u l-livell ta’ qawwa tal-ħoss li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.
2. Sas-26 ta’ Settembru 2018, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ ħiters li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu li jkunu fis-seħħ meta dan ir-Regolament jiġi adottat.
Artikolu 9 Tħassir
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE qed titħassar, ħlief għall-Artikoli 7(2) u 8 tagħha u għall-Annessi III sa V tagħha, mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-applikazzjoni tagħha sa ma jibdew japplikaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn mogħtija fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Awwissu 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS I Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa V
Għall-għanijiet tal-Annessi II sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters (1)(2)(3)(4)(5)(6)
modalità Stennija tfisser kundizzjoni li fiha l-ħiter ikun imqabbad mal-mejnijiet, ikun jiddependi fuq l-enerġija li tkun ġejja mill-mejnijiet biex jaħdem kif suppost u jkun jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal tul taż-żmien mhux definit: funzjoni ta’ riattivazzjoni jew funzjoni ta’ riattivazzjoni u indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata biss u/jew turija tat-tagħrif jew tal-istat; konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija (PSB) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter li jkun fil-modalità Stennija, mogħti f’kW; kundizzjonijiet klimatiċi medji tfisser il-kundizzjonijiet tat-temperatura li huma tipiċi għall-belt ta’ Strasburgu; apparat għall-kontroll tat-temperatura tfisser l-apparat li jservi ta’ interfaċċja mal-utent aħħari b’rabta mal-valuri u l-iskeda taż-żmien tat-temperatura mixtieqa ta’ ġewwa u li jikkomunika d-dejta rilevanti lil interfaċċja tal-ħiter bħall-proċessur ċentrali, biex b’hekk tkun tista’ tiġi rregolata t-temperatura ta’ ġewwa; valur kalorifiku gross (GCV) tfisser l-ammont totali ta’ sħana rrilaxxat minn unità ta’ fjuwil meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni ta’ kwalunkwe fwar tal-ilma li jkun hemm fil-fjuwil u tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-ħruq ta’ kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil; mudell ekwivalenti tfisser mudell imqiegħed fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fit-Tabella 1 jew 2 tal-punt 5 tal-Anness II (skont liema minnhom tkun tapplika), bħal dawk ta’ mudell ieħor imqiegħed fis-suq mill-istess manifattur;
Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters tal-post b’bojler, mal-ħiters ikkombinati b’bojler u mal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni (7)(8)(9)(10)(11)(12)(13)(14)(15)(16)(17)(18)
ħiter tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil tfisser ħiter tal-post b’bojler li jipproduċi s-sħana billi jaħraq il-fjuwils fossili u/jew il-fjuwils tal-bijomassa u li jista’ jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew iktar addizzjonali tas-sħana li juża l-effett Joule fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika; ħiter ikkombinat b’bojler li jaħdem bil-fjuwil tfisser ħiter ikkombinat b’bojler li jipproduċi s-sħana billi jaħraq il-fjuwils fossili u/jew il-fjuwils tal-bijomassa u li jista’ jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew iktar addizzjonali tas-sħana li juża l-effett Joule fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika; bojler tat-tip B1 tfisser ħiter tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkun fih apparat għad-devjazzjoni tal-kurrent tal-arja li jkun maħsub biex jitqabbad ma’ ċumnija b’kurrent tal-arja naturali li minnha joħorġu r-residwi tal-kombustjoni għan-naħa ta’ barra tal-kamra li fiha jkun jinsab il-ħiter tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u li jkun jiġbed l-arja tal-kombustjoni direttament mill-kamra; bojler tat-tip B1 jiġi kkummerċjalizzat bħala bojler tat-tip B1 biss; bojler ikkombinat tat-tip B1 tfisser ħiter ikkombinat b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkun fih apparat għad-devjazzjoni tal-kurrent tal-arja li jkun maħsub biex jitqabbad ma’ ċumnija b’kurrent tal-arja naturali li minnha joħorġu r-residwi tal-kombustjoni għan-naħa ta’ barra tal-kamra li fiha jkun jinsab il-ħiter ikkombinat b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u li jkun jiġbed l-arja tal-kombustjoni direttament mill-kamra; bojler ikkombinat tat-tip B1 jiġi kkummerċjalizzat bħala bojler ikkombinat tat-tip B1 biss; l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva (ηson) tfisser: l-effiċjenza utli (η) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli meta mqabbel mal-kontribut totali tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’bojler, ta’ ħiter ikkombinat b’bojler jew ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni, mogħti bħala perċentwali, fejn il-kontribut totali tal-enerġija jingħata f’termini tal-GCV u/jew f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC; il-produzzjoni tas-sħana utli (P) tfisser il-potenza termika ta’ ħiter tal-post b’bojler, ta’ ħiter ikkombinat b’bojler jew ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni trażmessa lill-fluwidu trasportatur tas-sħana, mogħtija f’kW; l-effiċjenza elettrika (ηel) tfisser il-proporzjon tal-elettriku li jkun qed jiġi prodott meta mqabbel mal-kontribut totali tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni, mogħti bħala perċentwali, fejn il-kontribut totali tal-enerġija jingħata f’termini tal-GCV u/jew f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC; konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid (Pign) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ berner li jkun maħsub biex iqabbad il-berner prinċipali, mogħti f’W f’termini tal-GCV; bojler li juża l-kondensazzjoni tfisser ħiter tal-post b’bojler jew ħiter ikkombinat b’bojler li fih, fil-kundizzjonijiet operattivi normali u f’temperaturi tal-ilma partikulari tal-operat, parti mill-fwar tal-ilma fil-prodotti tal-kombustjoni jispiċċa kkondensat, sabiex is-sħana latenti ta’ dan il-fwar tal-ilma tintuża għall-għanijiet tat-tisħin; konsum tal-elettriku awżiljarju tfisser l-ammont annwali ta’ elettriku meħtieġ għat-tħaddim ippjanat ta’ ħiter tal-post b’bojler, ħiter ikkombinat b’bojler jew ħiter tal-post b’koġenerazzjoni, ikkalkulat mill-konsum tal-elettriku meta jkun hemm tagħbija sħiħa (elmax) u tagħbija parzjali (elmin), fil-modalità Stennija u waqt il-ħinijiet normali tal-operat f’kull modalità, u mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali; telf ta’ sħana fil-modalità Stennija (Pstby) tfisser it-telf tas-sħana ta’ ħiter tal-post b’bojler, ta’ ħiter ikkombinat b’bojler jew ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni f’modalitajiet ta’ operazzjoni mingħajr domanda għat-tisħin, mogħti f’kW;
għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil, il-medja ppeżata tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali u tal-effiċjenza utli fi 30 % tal-potenza termika nominali, mogħtija bħala perċentwali;
għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku, l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali, mogħtija bħala perċentwali;
għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li ma jkunux mgħammra b’ħiters supplimentari, l-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali, mogħtija bħala perċentwali;
għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’ħiters supplimentari, il-medja ppeżata tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat u tal-effiċjenza utli fil-potenza termika nominali meta l-ħiter supplimentari jkun attivat, mogħtija bħala perċentwali;
Definizzjonijiet marbutin mal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u mal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana (19)(20)(21)(22)(23)(24)(25)(26)(27)(28)(29)(30)(31)(32)(33)(34)(35)(36)(37)(38)(39)(40)(41)(42)(43)(44)(45)(46)(47)(48)(49)(50)(51)(52)(53)(54)
temperatura ta’ barra (Tj) tfisser it-temperatura tal-arja ta’ barra b’termometru niexef, mogħtija fi gradi Celsius; l-umdità relattiva tista’ tintwera billi tingħata t-temperatura korrispondenti b’termometru umdu; koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPrated) jew proporzjon nominali tal-enerġija primarja (PERrated) tfisser il-kapaċità tat-tisħin iddikjarata, mogħtija f’kW, diviża bil-kontribut tal-enerġija, mogħti f’kW f’termini tal-GCV u/jew f’kW f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC, għat-tisħin ipprovdut f’kundizzjonijiet nominali standard; kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn tfisser il-kombinazzjoni tat-temperatura ta’ referenza tad-disinn, tat-temperatura bivalenti massima u tat-temperatura massima tal-limitu tat-tħaddim, kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III; temperatura ta’ referenza tad-disinn (Tdesignh) tfisser it-temperatura ta’ barra, mogħtija fi gradi Celsius, kif stabbilita fit-Tabella 4 tal-Anness III, li fiha l-proporzjon tat-tagħbija parzjali jkun ta’ 1; il-proporzjon tat-tagħbija parzjali (pl(Tj)) tfisser it-temperatura ta’ barra mnaqqsa b’16 °C u diviża bit-temperatura ta’ referenza tad-disinn imnaqqsa b’16 °C; staġun tat-tisħin tfisser sett ta’ kundizzjonijiet operattivi li jiddeskrivu, għal kull intervall ta’ temperaturi, il-kombinazzjoni ta’ temperaturi ta’ barra mal-għadd ta’ sigħat li matulhom ikun hemm dawk it-temperaturi waqt kull staġun; intervall ta’ temperaturi (binj) tfisser kombinazzjoni ta’ temperatura ta’ barra mas-sigħat tal-intervall ta’ temperaturi, kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III; sigħat tal-intervall ta’ temperaturi (Hj) tfisser is-sigħat għal kull staġun tat-tisħin, mogħtija f’sigħat fis-sena, li matulhom ikun hemm temperatura ta’ barra partikulari għal kull intervall ta’ temperaturi, kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III; tagħbija parzjali għat-tisħin (Ph(Tj)) tfisser it-tagħbija tat-tisħin f’temperatura speċifika ta’ barra, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn immultiplikata bil-proporzjon tat-tagħbija parzjali u mogħtija f’kW; koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP) jew proporzjon staġonali tal-enerġija primarja (SPER) jirreferu għall-koeffiċjent kumplessiv tal-prestazzjoni ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bl-elettriku jew għall-proporzjon kumplessiv tal-enerġija primarja ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bil-fjuwil, li jkun rappreżentattiv għall-istaġun tat-tisħin speċifikat u jkun ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin diviża bil-konsum annwali tal-enerġija; domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin (QH) tfisser id-domanda ta’ referenza għat-tisħin għal staġun tat-tisħin speċifikat li għandha tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valuri ta’ SCOP jew SPER u li tiġi kkalkulata billi t-tagħbija tad-disinn għat-tisħin tiġi mmultiplikata bis-sigħat annwali ekwivalenti fil-modalità attiva, mogħtija f’kWh; konsum annwali tal-enerġija (QHE) tfisser il-konsum tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata d-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin għal staġun tat-tisħin speċifikat, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV u/jew f’kWh f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC; sigħat annwali ekwivalenti fil-modalità attiva (HHE) tfisser l-għadd annwali presuppost ta’ sigħat li ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew li ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jrid jipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tisħin biex jissodisfa d-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, mogħti f’sigħat; koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva (SCOPon) jew proporzjon tal-enerġija primarja fil-modalità attiva (SPERon) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bl-elettriku fil-modalità attiva, jew il-proporzjon medju tal-enerġija primarja ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bil-fjuwil fil-modalità attiva għall-istaġun tat-tisħin speċifikat; kapaċità supplimentari tat-tisħin (sup(Tj)) tfisser il-potenza termika nominali (Psup), mogħtija f’kW, ta’ ħiter supplimentari li jissupplimenta l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin, f’każ li l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun inqas mit-tagħbija parzjali għat-tisħin; koeffiċjent tal-prestazzjoni għal intervall ta’ temperaturi partikulari (COPbin(Tj)) jew proporzjon tal-enerġija primarja għal intervall ta’ temperaturi partikulari (PERbin(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bl-elettriku, jew il-proporzjon tal-enerġija primarja ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jaħdem bil-fjuwil għal kull intervall ta’ temperaturi fi staġun, li jiġi mit-tagħbija parzjali għat-tisħin, mill-kapaċità tat-tisħin iddikjarata u mill-koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni għal intervalli ta’ temperaturi partikulari u jiġi kkalkulat permezz tal-interpolazzjoni jew tal-estrapolazzjoni għal intervalli ta’ temperaturi oħrajn, u kkoreġut, f’każ li jkun hemm bżonn, permezz tal-koeffiċjent ta’ degradazzjoni; kapaċità tat-tisħin iddikjarata (Pdh(Tj)) tfisser il-kapaċità tat-tisħin, mogħtija f’kW, li ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jista’ jipprovdi f’temperatura partikulari ta’ barra; kontroll tal-kapaċità tfisser il-ħila ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jibdel il-kapaċità tiegħu billi jbiddel ir-rata tal-fluss volumetriku ta’ mill-inqas wieħed mil-likwidi meħtieġa biex jitħaddem iċ-ċiklu ta’ refriġerazzjoni. Dan għandu jiġi mmarkat bħala fiss jekk ir-rata tal-fluss volumetriku ma tistax tinbidel jew bħala varjabbli jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f’sensiela ta’ żewġ stadji jew iktar; tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesignh) tfisser il-potenza termika nominali (Prated), mogħtija f’kW, ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana fit-temperatura ta’ referenza tad-disinn, fejn it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin hija daqs it-tagħbija parzjali għat-tisħin u t-temperatura ta’ barra tkun daqs it-temperatura ta’ referenza tad-disinn; koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni (COPd(Tj)) jew proporzjon iddikjarat tal-enerġija primarja (PERd(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni jew il-proporzjon tal-enerġija primarja f’għadd limitat ta’ intervalli ta’ temperaturi partikulari; temperatura bivalenti (Tbiv) tfisser it-temperatura ta’ barra ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun daqs it-tagħbija parzjali għat-tisħin u li f’temperaturi inqas minnha l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun teħtieġ kapaċità supplimentari tat-tisħin sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin; temperatura tal-limitu tat-tħaddim (TOL) tfisser it-temperatura ta’ barra ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, mogħtija fi gradi Celsius, li f’temperaturi inqas minnha ħiter tal-post b’pompa tas-sħana arja-ilma jew ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana arja-ilma ma jkun jista’ jwassal l-ebda kapaċità tat-tisħin u l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun ta’ żero; temperatura limitu tat-tħaddim għall-ilma tat-tisħin (WTOL) tfisser it-temperatura tal-ħruġ tal-ilma ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, mogħtija fi gradi Celsius, li f’temperaturi ogħla minnha ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana ma jkun jista’ jwassal l-ebda kapaċità tat-tisħin u l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tkun ta’ żero; kapaċità tal-intervall ċikliku għat-tisħin (Pcych) tfisser il-kapaċità tat-tisħin integrata tul l-intervall ċikliku tat-test għat-tisħin, mogħtija f’kW; l-effiċjenza tal-intervall ċikliku (COPcyc jew PERcyc) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni jew il-proporzjon medju tal-enerġija primarja tul l-intervall ċikliku tat-test, ikkalkulat billi l-kapaċità tat-tisħin integrata tul l-intervall, mogħtija f’kWh, tiġi diviża bil-kontribut tal-enerġija integrat tul dak l-istess intervall, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV u/jew f’kWh f’termini tal-enerġija finali mmultiplikata bil-valur ta’ CC; koeffiċjent ta’ degradazzjoni (Cdh) tfisser il-kejl tal-effiċjenza mitlufa minħabba ċ-ċikli tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana jew tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana; jekk dan il-koeffiċjent ma jiġix stabbilit bil-kejl, b’mod awtomatiku jitqies li huwa ta’ Cdh = 0,9; modalità attiva tfisser il-kundizzjoni li tikkorrispondi għas-sigħat b’tagħbija tat-tisħin għall-post magħluq u b’funzjoni attivata tat-tisħin; din il-kundizzjoni tista’ tinvolvi ċikli tal-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew tal-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana sabiex tintlaħaq jew tinżamm it-temperatura tal-arja ta’ ġewwa meħtieġa; modalità Mitfi tfisser kundizzjoni li fiha l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew il-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jkun imqabbad mal-mejnijiet imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni, inklużi kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ modalità Mitfi, kif ukoll kundizzjonijiet li jipprovdu biss funzjonijiet maħsuba biex jiżguraw il-kompatibbiltà elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; modalità bit-termostat mitfi tfisser il-kundizzjoni li tikkorrispondi għas-sigħat mingħajr tagħbija tat-tisħin u b’funzjoni attivata tat-tisħin, fejn il-funzjoni tat-tisħin tkun mixgħula imma l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew il-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana ma jkunx qed jaħdem; iċ-ċikli fil-modalità attiva mhumiex meqjusa bħala modalità bit-termostat mitfi; modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank tfisser kundizzjoni li fiha jiġi attivat apparat għat-tisħin sabiex jiġi evitat li r-refriġerant jgħaddi għal ġol-kompressur biex tiġi llimitata l-konċentrazzjoni tar-refriġerant fiż-żejt malli jitqabbad il-kompressur; konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi (POFF) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana li jkun fil-modalità Mitfi, mogħti f’kW; konsum tal-enerġija fil-modalità bit-termostat mitfi (PTO) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana waqt li jkun fil-modalità bit-termostat mitfi, mogħti f’kW; konsum tal-enerġija fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank (PCK) tfisser il-konsum tal-enerġija ta’ ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew ta’ ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana waqt li jkun fil-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank, mogħti f’kW; pompa tas-sħana b’temperatura baxxa tfisser ħiter tal-post b’pompa tas-sħana li jkun iddisinjat b’mod speċifiku għal applikazzjoni b’temperatura baxxa, u li ma jistax jipprovdi ilma għat-tisħin b’temperatura tal-ħruġ ta’ 52 °C f’temperatura tad-dħul b’termometru niexef ta’ – 7 °C (jew ta’ – 8 °C b’termometru umdu) fil-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn għal klima medja; applikazzjoni b’temperatura baxxa tfisser applikazzjoni li fiha l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jipprovdi l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tiegħu f’temperatura tal-ħruġ ta’ skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa ta’ 35 °C; applikazzjoni b’temperatura medja tfisser applikazzjoni li fiha l-ħiter tal-post b’pompa tas-sħana jew il-ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana jipprovdi l-kapaċità tat-tisħin iddikjarata tiegħu f’temperatura tal-ħruġ ta’ skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa ta’ 55 °C;
Definizzjonijiet marbutin mat-tisħin tal-ilma fil-ħiters ikkombinati (55)(56)(57)(58)(59)(60)(61)(62)(63)(64)(65)(66)
profil tat-tagħbija tfisser sekwenza partikulari ta’ estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III; kull ħiter ikkombinat jissodisfa tal-inqas profil wieħed tat-tagħbija; estrazzjoni mill-ilma tfisser kombinazzjoni partikulari ta’ rata tal-fluss tal-ilma utli, ta’ temperatura utli tal-ilma, ta’ kontenut ta’ enerġija utli u tal-ogħla temperatura, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III; rata tal-fluss tal-ilma utli (f) tfisser ir-rata minima ta’ fluss, mogħtija f’litri għal kull minuta, li għaliha l-misħun ikun qed jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III; temperatura utli tal-ilma (Tm) tfisser it-temperatura tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-misħun jibda jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III; kontenut ta’ enerġija utli (Qtap) tfisser il-kontenut tal-enerġija tal-misħun, mogħti f’kWh, ipprovdut f’temperatura li tkun daqs it-temperatura utli tal-ilma jew ogħla minnha, u f’rati ta’ fluss tal-ilma li jkunu daqs ir-rata tal-fluss tal-ilma utli jew ogħla minnha, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III; kontenut tal-enerġija tal-misħun tfisser il-prodott tal-kapaċità termika speċifika tal-ilma, id-differenza medja fit-temperatura bejn dik tal-misħun li jkun qed jiġi prodott u dik tal-ilma kiesaħ li jkun dieħel, u l-massa totali tal-misħun prodott; l-ogħla temperatura (Tp) tfisser it-temperatura minima tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li għandha tinkiseb waqt l-estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III; enerġija ta’ referenza (Qref) tfisser is-somma tal-kontenut ta’ enerġija utli tal-estrazzjonijiet mill-ilma, mogħti f’kWh, fi profil tat-tagħbija partikulari, kif speċifikat fit-Tabella 7 mogħtija fl-Anness III; il-profil massimu tat-tagħbija tfisser il-profil tat-tagħbija li jkollu l-enerġija massima ta’ referenza li ħiter ikkombinat ikun jista’ jipprovdi filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet tat-temperatura u tar-rata ta’ fluss ta’ dan il-profil tat-tagħbija; il-profil tat-tagħbija ddikjarat tfisser il-profil tat-tagħbija li jiġi applikat meta tkun qed tiġi vvalutata l-konformità; konsum ta’ kuljum tal-elettriku (Qelec) tfisser il-konsum tal-elettriku għat-tisħin tal-ilma matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat; konsum ta’ kuljum tal-fjuwil (Qfuel) tfisser il-konsum tal-fjuwil għat-tisħin tal-ilma matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat.
ANNESS II Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. IR-REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA STAĠONALI TAT-TISĦIN TAL-POST
1.
(a) Mis-26 ta’ Settembru 2015, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post u l-effiċjenzi utli tal-ħiters m’għandhomx ikunu inqas mill-valuri li ġejjin:
Għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ 70 kW jew inqas u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ 70 kW jew inqas, minbarra l-bojlers tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 10 kW jew inqas u l-bojlers ikkombinati tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 30 kW jew inqas: l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 86 %.
Għall-bojlers tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 10 kW jew inqas u għall-bojlers ikkombinati tat-tip B1 li jkollhom potenza termika nominali ta’ 30 kW jew inqas: l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 75 %.
Għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ iktar minn 70 kW iżda ta’ mhux iktar minn 400 kW u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jkollhom potenza termika nominali ta’ iktar minn 70 kW iżda ta’ mhux iktar minn 400 kW: l-effiċjenza utli f’100 % tal-potenza termika nominali m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 86 % u l-effiċjenza utli fi 30 % tal-potenza termika nominali m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 94 %.
Għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku: l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 30 %.
Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 86 %.
Għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, minbarra l-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa: l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 100 %.
Għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa: l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 115 %.
(b) Mis-26 ta’ Settembru 2017, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’bojler elettriku, tal-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku, tal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin:
Għall-ħiters tal-post b’bojler elettriku u għall-ħiters ikkombinati b’bojler elettriku: l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 36 %.
Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 100 %.
Għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, minbarra l-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa: l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 110 %.
Għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa: l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 125 %.
2.(a)(b) IR-REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA TAT-TISĦIN TAL-ILMA Mis-26 ta’ Settembru 2015, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin: Profil tat-tagħbija ddikjarat 3XS XXS XS S M L XL XXL 3XL 4XL Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma 22 % 23 % 26 % 26 % 30 % 30 % 30 % 32 % 32 % 32 % Mis-26 ta’ Settembru 2017, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati m’għandhiex tkun inqas mill-valuri li ġejjin: Profil tat-tagħbija ddikjarat 3XS XXS XS S M L XL XXL 3XL 4XL Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma 32 % 32 % 32 % 32 % 36 % 37 % 38 % 60 % 64 % 64 %
3. IR-REKWIŻITI GĦAL-LIVELL TA’ QAWWA TAL-ĦOSS Mis-26 ta’ Settembru 2015, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana m’għandux ikun ogħla mill-valuri li ġejjin: Potenza termika nominali 6 kW jew inqas Potenza termika nominali iktar minn 6 kW u ta’ 12-il kW jew inqas Potenza termika nominali iktar minn 12-il kW u ta’ 30 kW jew inqas Potenza termika nominali iktar minn 30 kW u ta’ 70 kW jew inqas Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA), fuq ġewwa Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA), fuq barra Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA), fuq ġewwa Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA), fuq barra Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA), fuq ġewwa Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA), fuq barra Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA), fuq ġewwa Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA), fuq barra 60 dB 65 dB 65 dB 70 dB 70 dB 78 dB 80 dB 88 dB
4.(a) IR-REKWIŻITI GĦALL-EMISSJONIJIET TAL-OSSIDI TAN-NITROĠENU Mis-26 ta’ Settembru 2018, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tal-ħiters, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, m’għandhomx ikunu ogħla mill-valuri li ġejjin:
għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jużaw il-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 56 mg/kWh f’termini tal-GCV;
għall-ħiters tal-post b’bojler li jaħdem bil-fjuwil u għall-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdem bil-fjuwil li jużaw il-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;
għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 70 mg/kWh f’termini tal-GCV;
għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;
għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 240 mg/kWh f’termini tal-GCV;
għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 420 mg/kWh f’termini tal-GCV;
għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 70 mg/kWh f’termini tal-GCV;
għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni esterna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 120 mg/kWh f’termini tal-GCV;
għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 240 mg/kWh f’termini tal-GCV;
għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna u li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 420 mg/kWh f’termini tal-GCV.
5. Tabella 1 Tabella 2 Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post b’bojler, għall-ħiters ikkombinati b’bojler u għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni Ir-rekwiżiti tat-tagħrif għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana
IR-REKWIŻITI GĦAT-TAGĦRIF DWAR IL-PRODOTTI Mis-26 ta’ Settembru 2015, għandu jingħata t-tagħrif dwar il-prodotti li ġej b’rabta mal-ħiters: Mudell(i): [tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli li magħhom huwa relatat dan it-tagħrif] Bojler li juża l-kondensazzjoni: [iva/le] Bojler b’temperatura baxxa: [iva/le] Bojler tat-tip B1: [iva/le] Ħiter tal-post b’koġenerazzjoni: [iva/le] Jekk iva, mgħammar b’ħiter supplimentari: [iva/le] Ħiter ikkombinat: [iva/le] Fattur Simbolu Valur Unità Fattur Simbolu Valur Unità Potenza termika nominali Prated x kW Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ηs x % Għall-ħiters tal-post b’bojler u għall-ħiters ikkombinati b’bojler: il-produzzjoni tas-sħana utli Għall-ħiters tal-post b’bojler u għall-ħiters ikkombinati b’bojler: l-effiċjenza utli Fil-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi għoljin P4 x,x kW Fil-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi għoljin η4 x,x % Fi 30 % tal-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi baxxi P1 x,x kW Fi 30 % tal-potenza termika nominali u reġim ta’ temperaturi baxxi η1 x,x % Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: il-produzzjoni tas-sħana utli Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: l-effiċjenza utli Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat PCHP100 + Sup0 x,x kW Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat ηCHP100 + Sup0 x,x % Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun attivat PCHP100 + Sup100 x,x kW Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun attivat ηCHP100 + Sup100 x,x % Għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni: l-effiċjenza elettrika Ħiter supplimentari Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat ηel,CHP100 + Sup0 x,x % Potenza termika nominali Psup x,x kW Fil-potenza termika nominali ta’ ħiter tal-post b’koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun attivat ηel,CHP100 + Sup100 x,x % Tip ta’ kontribut tal-enerġija Il-konsum tal-elettriku awżiljarju Fatturi oħrajn Meta jkun hemm tagħbija sħiħa elmax x,xxx kW Telf ta’ sħana fil-modalità Stennija Pstby x,xxx kW Meta jkun hemm tagħbija parzjali elmin x,xxx kW Konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid Pign x,xxx kW Fil-modalità Stennija PSB x,xxx kW Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu NOx x mg/kWh Għall-ħiters ikkombinati: Profil tat-tagħbija ddikjarat Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ηwh x % Konsum ta’ kuljum tal-elettriku Qelec x,xxx kWh Konsum ta’ kuljum tal-fjuwil Qfuel x,xxx kWh Dettalji ta’ kuntatt L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Mudell(i): [tagħrif li bih jiġi identifikat il-mudell/jiġu identifikati l-mudelli li magħhom huwa relatat dan it-tagħrif] Pompa tas-sħana arja-ilma: [iva/le] Pompa tas-sħana ilma-ilma: [iva/le] Pompa tas-sħana salmura-ilma: [iva/le] Pompa tas-sħana b’temperatura baxxa: [iva/le] Mgħammar b’ħiter supplimentari: [iva/le] Ħiter ikkombinat b’pompa tas-sħana: [iva/le] Il-parametri għandhom jingħataw għal applikazzjoni b’temperatura medja, ħlief għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa. Għall-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa, il-parametri għandhom jingħataw għal applikazzjoni b’temperatura baxxa. Il-parametri għandhom jingħataw għall-kundizzjonijiet klimatiċi medji. Fattur Simbolu Valur Unità Fattur Simbolu Valur Unità Potenza termika nominali Prated x kW Effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post ηs x % Kapaċità tat-tisħin iddikjarata għal tagħbija parzjali b’temperatura ta’ ġewwa ta’ 20 °C u temperatura ta’ barra ta’ Tj Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni jew proporzjon iddikjarat tal-enerġija primarja għal tagħbija parzjali b’temperatura ta’ ġewwa ta’ 20 °C u temperatura ta’ barra ta’ Tj Tj = – 7 °C Pdh x,x kW Tj = – 7 °C COPd jew PERd x,xx jew x,x – jew % Tj = + 2 °C Pdh x,x kW Tj = + 2 °C COPd jew PERd x,xx jew x,x – jew % Tj = + 7 °C Pdh x,x kW Tj = + 7 °C COPd jew PERd x,xx jew x,x – jew % Tj = + 12 °C Pdh x,x kW Tj = + 12 °C COPd jew PERd x,xx jew x,x – jew % Tj = temperatura bivalenti Pdh x,x kW Tj = temperatura bivalenti COPd jew PERd x,xx jew x,x – jew % Tj = temperatura tal-limitu tat-tħaddim Pdh x,x kW Tj = temperatura tal-limitu tat-tħaddim COPd jew PERd x,xx jew x,x – jew % Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Tj = – 15 °C (jekk TOL < – 20 °C) Pdh x,x kW Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Tj = – 15 °C (jekk TOL < – 20 °C) COPd jew PERd x,xx jew x,x – jew % Temperatura bivalenti Tbiv x °C Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Temperatura tal-limitu tat-tħaddim TOL x °C Kapaċità tal-intervall ċikliku għat-tisħin Pcych x,x kW Effiċjenza tal-intervall ċikliku COPcyc jew PERcyc x,xx jew x,x – jew % Koeffiċjent ta’ degradazzjoni Cdh x,x — Temperatura limitu tat-tħaddim għall-ilma tat-tisħin WTOL x °C Konsum tal-enerġija fil-modalitajiet minbarra dik attiva Ħiter supplimentari Modalità Mitfi POFF x,xxx kW Potenza termika nominali Psup x,x kW Modalità bit-termostat mitfi PTO x,xxx kW Modalità Stennija PSB x,xxx kW Tip ta’ kontribut tal-enerġija Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank PCK x,xxx kW Fatturi oħrajn Kontroll tal-kapaċità fiss/varjabbli Għall-pompi tas-sħana arja-ilma: Rata nominali ta’ fluss tal-arja fuq barra — x m3/h Livell ta’ qawwa tal-ħoss, fuq barra/fuq ġewwa LWA x/x dB Għall-pompi tas-sħana ilma-/salmura-ilma: Rata nominali ta’ fluss tal-ilma jew tas-salmura, skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra — x m3/h Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu NOx x mg/kWh Għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana: Profil tat-tagħbija ddikjarat x Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ηwh x % Konsum ta’ kuljum tal-elettriku Qelec x,xxx kWh Konsum ta’ kuljum tal-fjuwil Qfuel x,xxx kWh Dettalji ta’ kuntatt L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
5.
(a) il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin u s-siti tal-Internet tal-manifatturi u tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom, kif ukoll tal-importaturi li jkunu aċċessibbli mingħajr ħlas għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:
għall-ħiters tal-post b’bojler, il-ħiters ikkombinati b’bojler u l-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, il-parametri tekniċi mogħtija fit-Tabella 1, imkejlin u kkalkulati skont l-Anness III;
għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-parametri tekniċi mogħtija fit-Tabella 2, imkejlin u kkalkulati skont l-Anness III;
kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter jew meta ssirlu xi manutenzjoni;
għall-bojlers tat-tip B1 u għall-bojlers ikkombinati tat-tip B1, il-karatteristiċi tagħhom u t-test standard li ġej: Dan il-bojler b’kurrent tal-arja naturali huwa maħsub biex jitqabbad biss ma’ ċumnija li tkun komuni għal diversi abitazzjonijiet f’bini eżistenti li minnha joħorġu r-residwi tal-kombustjoni għan-naħa ta’ barra tal-kamra li fiha jkun jinsab il-bojler. Huwa jiġbed l-arja tal-kombustjoni direttament mill-kamra u fih apparat għad-devjazzjoni tal-kurrent tal-arja. Minħabba l-effiċjenza mnaqqsa, kwalunkwe użu ieħor ta’ dan il-bojler għandu jiġi evitat u dan it-tip ta’ użu jwassal għal iktar konsum tal-enerġija u għal iktar spejjez tat-tħaddim.;
għall-ġeneraturi tas-sħana ddisinjati għall-ħiters u l-oqfsa għall-ħiters maħsubin biex ikunu mgħammra bit-tali ġeneraturi tas-sħana, il-karatteristiċi tagħhom, ir-rekwiżiti għall-immuntar tagħhom, sabiex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters, u, fejn ikun xieraq, il-lista ta’ kombinazzjonijiet irrakkomandati mill-manifattur;
tagħrif li huwa rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u/jew ir-rimi tal-prodotti fi tmiem iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom;
(b) id-dokumentazzjoni teknika għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
l-elementi speċifikati fil-punt (a);
għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, meta t-tagħrif dwar mudell speċifiku li jkun magħmul minn unitajiet għal użu fuq ġewwa u fuq barra jkun inkiseb permezz ta’ kalkolu abbażi tad-disinn u/jew permezz ta’ estrapolazzjoni minn kumbinazzjonijiet oħrajn, id-dettalji ta’ dawn il-kalkoli u/jew l-estrapolazzjonijiet u ta’ kwalunkwe test li jitwettaq biex tiġi vverifikata l-eżattezza tal-kalkoli, inklużi d-dettalji tal-mudell matematiku użat għall-kalkolu tal-prestazzjoni ta’ dawn il-kumbinazzjonijiet u d-dettalji tal-kejl meħud sabiex jiġi vverifikat dan il-mudell;
(c) it-tagħrif li ġej għandu jkun immarkat fuq il-ħiter b’mod li ma jistax jitħassar:
il-kliem bojler tat-tip B1 jew bojler ikkombinat tat-tip B1, jekk dan ikun applikabbli;
għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, il-kapaċità elettrika.
ANNESS III
Kejl u kalkoli Tabella 3 Tabella 4 Tabella 5 Tabella 6 Tabella 7 Il-kundizzjonijiet nominali standard għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana Il-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, b’temperaturi tal-arja b’termometru niexef (it-temperaturi tal-arja b’termometru umdu huma mogħtija fil-parenteżi) L-istaġun tat-tisħin ta’ referenza għall-Ewropa fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni [f’metri kubi għal kull siegħa], f’umdità ta’ 5,5 grammi għal kull metru kubu Il-profili tat-tagħbija tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati
Sors tas-sħana Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq barra Skambjatur tas-sħana li jkun jinsab fuq ġewwa Temperatura tad-dħul b’termometru niexef (jew b’termometru umdu) Ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, minbarra l-pompi tas-sħana b’temperatura baxxa Pompi tas-sħana b’temperatura baxxa Temperatura tad-dħul Temperatura tal-ħruġ Temperatura tad-dħul Temperatura tal-ħruġ L-arja ta’ barra + 7 °C (+ 6 °C) + 47 °C + 55 °C + 30 °C + 35 °C L-arja tal-egżost + 20 °C (+ 12 °C) Temperatura tad-dħul/tal-ħruġ Ilma + 10 °C/+ 7 °C Salmura 0 °C/– 3 °C Temperatura ta’ referenza tad-disinn Temperatura bivalenti Temperatura tal-limitu tat-tħaddim Tdesignh Tbiv TOL – 10 (– 11) °C massimu ta’ + 2 °C massimu ta’ – 7 °C binj Tj [fi °C] Hj [f’sigħat fis-sena] 1 sa 20 – 30 sa – 11 0 21 –10 1 22 –9 25 23 –8 23 24 –7 24 25 –6 27 26 –5 68 27 –4 91 28 –3 89 29 –2 165 30 –1 173 31 0 240 32 1 280 33 2 320 34 3 357 35 4 356 36 5 303 37 6 330 38 7 326 39 8 348 40 9 335 41 10 315 42 11 215 43 12 169 44 13 151 45 14 105 46 15 74 Sigħat totali: 4910 Profil tat-tagħbija ddikjarat XXS XS S M L XL XXL 3XL 4XL L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni 109 128 128 159 190 870 1021 2943 8830 ħin 3XS XXS XS S Qtap f Tm Qtap f Tm Qtap f Tm Qtap f Tm Tp kWh l/min °C kWh l/min °C kWh l/min °C kWh l/min °C °C 07:00 0,015 2 25 0,105 2 25 0,105 3 25 07:05 0,015 2 25 07:15 0,015 2 25 07:26 0,015 2 25 07:30 0,015 2 25 0,105 2 25 0,525 3 35 0,105 3 25 07:45 08:01 08:05 08:15 08:25 08:30 0,105 2 25 0,105 3 25 08:45 09:00 0,015 2 25 09:30 0,015 2 25 0,105 2 25 0,105 3 25 10:00 10:30 11:00 11:30 0,015 2 25 0,105 2 25 0,105 3 25 11:45 0,015 2 25 0,105 2 25 0,105 3 25 12:00 0,015 2 25 0,105 2 25 12:30 0,015 2 25 0,105 2 25 12:45 0,015 2 25 0,105 2 25 0,525 3 35 0,315 4 10 55 14:30 0,015 2 25 15:00 0,015 2 25 15:30 0,015 2 25 16:00 0,015 2 25 16:30 17:00 18:00 0,105 2 25 0,105 3 25 18:15 0,105 2 25 0,105 3 40 18:30 0,015 2 25 0,105 2 25 19:00 0,015 2 25 0,105 2 25 19:30 0,015 2 25 0,105 2 25 20:00 0,105 2 25 20:30 1,05 3 35 0,42 4 10 55 20:45 0,105 2 25 20:46 21:00 0,105 2 25 21:15 0,015 2 25 0,105 2 25 21:30 0,015 2 25 0,525 5 45 21:35 0,015 2 25 0,105 2 25 21:45 0,015 2 25 0,105 2 25 Qref 0,345 2,100 2,100 2,100 ħin M L XL Qtap f Tm Tp Qtap f Tm Tp Qtap f Tm Tp kWh l/mn °C °C kWh l/min °C °C kWh l/min °C °C 07:00 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 07:05 1,4 6 40 1,4 6 40 07:15 1,82 6 40 07:26 0,105 3 25 07:30 0,105 3 25 0,105 3 25 07:45 0,105 3 25 4,42 10 10 40 08:01 0,105 3 25 0,105 3 25 08:05 3,605 10 10 40 08:15 0,105 3 25 0,105 3 25 08:25 0,105 3 25 08:30 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 08:45 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 09:00 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 09:30 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 10:00 0,105 3 25 10:30 0,105 3 10 40 0,105 3 10 40 0,105 3 10 40 11:00 0,105 3 25 11:30 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 11:45 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 12:00 12:30 12:45 0,315 4 10 55 0,315 4 10 55 0,735 4 10 55 14:30 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 15:00 0,105 3 25 15:30 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 16:00 0,105 3 25 16:30 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 17:00 0,105 3 25 18:00 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 18:15 0,105 3 40 0,105 3 40 0,105 3 40 18:30 0,105 3 40 0,105 3 40 0,105 3 40 19:00 0,105 3 25 0,105 3 25 0,105 3 25 19:30 20:00 20:30 0,735 4 10 55 0,735 4 10 55 0,735 4 10 55 20:45 20:46 4,42 10 10 40 21:00 3,605 10 10 40 21:15 0,105 3 25 0,105 3 25 21:30 1,4 6 40 0,105 3 25 4,42 10 10 40 21:35 21:45 Qref 5,845 11,655 19,07 ħin XXL 3XL 4XL Qtap f Tm Tp Qtap f Tm Tp Qtap f Tm Tp kWh l/min °C °C kWh l/min °C °C kWh l/min °C °C 07:00 0,105 3 25 11,2 48 40 22,4 96 40 07:05 07:15 1,82 6 40 07:26 0,105 3 25 07:30 07:45 6,24 16 10 40 08:01 0,105 3 25 5,04 24 25 10,08 48 25 08:05 08:15 0,105 3 25 08:25 08:30 0,105 3 25 08:45 0,105 3 25 09:00 0,105 3 25 1,68 24 25 3,36 48 25 09:30 0,105 3 25 10:00 0,105 3 25 10:30 0,105 3 10 40 0,84 24 10 40 1,68 48 10 40 11:00 0,105 3 25 11:30 0,105 3 25 11:45 0,105 3 25 1,68 24 25 3,36 48 25 12:00 12:30 12:45 0,735 4 10 55 2,52 32 10 55 5,04 64 10 55 14:30 0,105 3 25 15:00 0,105 3 25 15:30 0,105 3 25 2,52 24 25 5,04 48 25 16:00 0,105 3 25 16:30 0,105 3 25 17:00 0,105 3 25 18:00 0,105 3 25 18:15 0,105 3 40 18:30 0,105 3 40 3,36 24 25 6,72 48 25 19:00 0,105 3 25 19:30 20:00 20:30 0,735 4 10 55 5,88 32 10 55 11,76 64 10 55 20:45 20:46 6,24 16 10 40 21:00 21:15 0,105 3 25 21:30 6,24 16 10 40 12,04 48 40 24,08 96 40 21:35 21:45 Qref 24,53 46,76 93,52
kalkoli
1. Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 5.
2. Kundizzjonijiet ġenerali għall-kejl u l-kalkoli
2.
(a) Għall-għanijiet tal-kejl mogħti fil-punti 2 sa 5, it-temperatura ambjentali ta’ ġewwa għandha tkun ta’ 20 °C ± 1 °C.
(b) Għall-għanijiet tal-kalkoli mogħtija fil-punti 3 sa 5, il-konsum tal-elettriku għandu jiġi mmultiplikat b’koeffiċjent ta’ konverżjoni, CC, ta’ 2,5.
(c) L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jitkejlu bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-dijossidu tan-nitroġenu, u għandhom jingħataw bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu.
(d) Għall-ħiters li jkunu mgħammra b’ħiters supplimentari, il-kejl u l-kalkolu tal-potenza termika nominali, tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, tal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom iqisu l-ħiter supplimentari.
(e) Il-valuri ddikjarati għall-potenza termika nominali, għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu għandhom jitqarrbu għall-eqreb numru sħiħ.
(f) Kwalunkwe ġeneratur tas-sħana li jkun iddisinjat għal ħiter u kwalunkwe qafas għall-ħiter maħsub biex ikun mgħammar bit-tali ġeneratur tas-sħana għandu jiġi ttestjat b’qafas għall-ħiter u ġeneratur tas-sħana adattat rispettivament.
3. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’bojler, tal-ħiters ikkombinati b’bojler u tal-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs, għandha tiġi kkalkulata bħala l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post fil-modalità attiva, ηson, ikkoreġuta b’fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, il-konsum tal-elettriku awżiljarju, it-telf ta’ sħana fil-modalità Stennija, il-konsum tal-enerġija tal-berner tat-tqabbid (jekk dan ikun japplika) u, għall-ħiters tal-post b’koġenerazzjoni, ikkoreġuta billi tiżdied l-effiċjenza elettrika mmultiplikata b’koeffiċjent ta’ konverżjoni, CC, ta’ 2.5.
4. L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana
4.
(a) Sabiex jiġu stabbiliti l-koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni, COPrated, jew il-proporzjon nominali tal-enerġija primarja, PERrated, il-livell ta’ qawwa tal-ħoss jew l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, il-kundizzjonijiet operattivi għandhom ikunu l-kundizzjonijiet nominali standard mogħtija fit-Tabella 3 u għandha tintuża l-istess kapaċità tat-tisħin iddikjarata.
(b) Il-koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva, SCOPon, jew il-proporzjon tal-enerġija primarja fil-modalità attiva, SPERon, għandhom jiġu kkalkulati abbażi tat-tagħbija parzjali għat-tisħin, Ph(Tj), tal-kapaċità supplimentari tat-tisħin, sup(Tj) (jekk din tkun tapplika), u tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni għal intervall ta’ temperaturi partikulari, COPbin(Tj), jew tal-proporzjon tal-enerġija primarja għal intervall ta’ temperaturi partikulari, PERbin(Tj), ippeżati bis-sigħat tal-intervall ta’ temperaturi li għalihom japplikaw il-kundizzjonijiet tal-intervall ta’ temperaturi, billi jintużaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn mogħtija fit-Tabella 4;
l-istaġun tat-tisħin ta’ referenza għall-Ewropa fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji mogħti fit-Tabella 5;
jekk ikun applikabbli, l-effetti ta’ kwalunkwe degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżata miċ-ċikli, skont it-tip ta’ kontroll tal-kapaċità tat-tisħin.
(c) Id-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, QH, għandha tkun it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin, Pdesignh, immultiplikata bis-sigħat annwali ekwivalenti fil-modalità attiva, HHE, jiġifieri b’2066 siegħa.
(d) Il-konsum annwali tal-enerġija, QHE, għandu jiġi kkalkulat billi jingħaddu flimkien:
il-proporzjon tad-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, QH, meta mqabbla mal-koeffiċjent tal-prestazzjoni fil-modalità attiva, SCOPon, jew mal-proporzjon tal-enerġija primarja fil-modalità attiva, SPERon, u
il-konsum tal-enerġija fil-modalità Mitfi, il-modalità bit-termostat mitfi, il-modalità Stennija u l-modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank matul l-istaġun tat-tisħin.
(e) Il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni, SCOP, jew il-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja, SPER, għandhom jiġu kkalkulati bħala l-proporzjon tad-domanda annwali ta’ referenza għat-tisħin, QH, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija, QHE.
(f) L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs, għandha tiġi kkalkulata bħala l-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni, SCOP, diviż bil-koeffiċjent ta’ konverżjoni, CC, jew bħala l-proporzjon staġonali tal-enerġija primarja, SPER, ikkoreġut b’fatturi li jqisu l-apparat għall-kontroll tat-temperatura, u, għall-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana ilma-/salmura-ilma u għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, il-konsum tal-elettriku ta’ pompa waħda tal-ilma ta’ taħt l-art jew iktar.
5. L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh, ta’ ħiter ikkombinat għandha tiġi kkalkulata bħala l-proporzjon tal-enerġija ta’ referenza, Qref, tal-profil tat-tagħbija ddikjarat meta mqabbla mal-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dak il-profil, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:
5.
(a) il-kejl għandu jsir billi jintużaw il-profili tat-tagħbija mogħtija fit-Tabella 7;
(b) il-kejl għandu jittieħed billi jintuża ċiklu tal-kejl ta’ 24 siegħa, imqassam kif ġej:
min-00:00 sas-06:59: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;
mis-07:00: estrazzjoni mill-ilma skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat;
minn tmiem l-aħħar estrazzjoni mill-ilma sa 24:00: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;
(c) il-profil tat-tagħbija ddikjarat għandu jkun il-profil massimu tat-tagħbija jew il-profil tat-tagħbija li jkun jinsab eżatt wara dak massimu;
(d) għall-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana, japplikaw ukoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 3;
il-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jużaw l-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni bħala s-sors tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 6.
ANNESS IV Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II meta jkunu qed iwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE: L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.
1. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw apparat wieħed għal kull mudell.
2. Il-mudell tal-ħiter għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jekk:
2.
(a) il-valuri ddikjarati jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II;
(b) l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs, ma tkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat fil-potenza termika nominali tal-apparat;
(c) l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh, ma tkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat fil-potenza termika nominali tal-apparat;
(d) il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA, ma jkunx ogħla mill-valur iddikjarat tal-apparat b’iktar minn 2 dB; u
(e) l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, ma jkunux ogħla mill-valur iddikjarat tal-apparat b’iktar minn 20 %.
3. Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(a), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(b) sa (e), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet apparati oħra tal-istess mudell b’mod aleatorju biex dawn jiġu ttestjati.
4. Il-mudell tal-ħiter għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jekk:
4.
(a) il-valuri ddikjarati ta’ kull wieħed mit-tliet apparati jkunu konformi mar-rekwiżiti mogħtija fl-Anness II;
(b) il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, ηs, tat-tliet apparati ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat fil-potenza termika nominali tal-apparat;
(c) il-valur medju tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh, tat-tliet apparati ma jkunx iktar minn 8 % inqas mill-valur iddikjarat fil-potenza termika nominali tal-apparat;
(d) il-valur medju tal-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA, tat-tliet apparati ma jkunx ogħla mill-valur iddikjarat tal-apparat b’iktar minn 2 dB; u
(e) il-valur medju tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tat-tliet apparati, mogħti bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu, ma jkunx ogħla mill-valur iddikjarat tal-apparat b’iktar minn 20 %.
5. Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet u t-tagħrif rilevanti l-ieħor lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni dwar il-fatt li l-mudell ma jkunx konformi.
ANNESS V Il-valuri indikattivi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 6
Fil-perjodu li fih daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq għall-ħiters f’dak li għandu x’jaqsam mal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, mal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, mal-livell ta’ qawwa tal-ħoss u mal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu ġiet identifikata kif ġej: Il-valuri ta’ referenza speċifikati fil-punti 1 sa 4 mhux bil-fors ifissru li ħiter partikulari kapaċi jilħaq kombinazzjoni ta’ dawn il-valuri.
1. Valur ta’ referenza għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post f’applikazzjoni b’temperatura medja: 145 %;
2. Valuri ta’ referenza għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters ikkombinati: Profil tat-tagħbija ddikjarat 3XS XXS XS S M L XL XXL 3XL 4XL Effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma 35 % 35 % 38 % 38 % 75 % 110 % 115 % 120 % 130 % 130 %
3. Valuri ta’ referenza għal-livell ta’ qawwa tal-ħoss (LWA), fuq barra, tal-ħiters tal-post b’pompa tas-sħana u tal-ħiters ikkombinati b’pompa tas-sħana li jkollhom potenza termika nominali:
3.
(a) ta’ 6 kW jew inqas: 39 dB;
(b) ta’ iktar minn 6 kW u ta’ 12-il kW jew inqas: 40 dB;
(c) ta’ iktar minn 12-il kW u ta’ 30 kW jew inqas: 41 dB;
(d) ta’ iktar minn 30 kW u ta’ 70 kW jew inqas: 67 dB.
4. Valuri ta’ referenza għall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu, mogħtija bħala ammont ta’ dijossidu tan-nitroġenu:
4.
(a) tal-ħiters tal-post b’bojler u tal-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdmu bil-fjuwils gassużi: kontribut tal-fjuwil ta’ 14-il mg/kWh f’termini tal-GCV;
(b) tal-ħiters tal-post b’bojler u tal-ħiters ikkombinati b’bojler li jaħdmu bil-fjuwils likwidi: kontribut tal-fjuwil ta’ 50 mg/kWh f’termini tal-GCV.