Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 87/2013 tal-31 ta’ Jannar 2013 li jikkoreġi l-verżjoni Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

In forceVersion 2013-01-31from 2013-02-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/87@2013-01-31/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari l-Artikolu 113(1)(a) u l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 121, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Il-verżjoni Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 tat-13 ta’ Jannar 2012, dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa fih żball. It-test tal-ewwel żewġ tikketti stipulati fil-punt (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament jirreferi inkorrettament għal l-ilbieba miksuba wara l-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa minflok il-prodott miksub wara l-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. Konsegwentement, it-tifsiriet taż-żewġ tikketti fil-verżjoni Pollakka tar-Regolament jirkbu fuq xulxin.

(2) Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 għandu jigi emendat.

(3) Sabiex jiġi evitat kwalunkwe preġudizzju lejn l-interessi ta’ dawk l-operaturi ekonomiċi li jkunu żammu mal-obbligu inkorrett kif stipulat fil-verżjoni Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012, dawn għandhom jitħallew ikomplu jużaw tikketti inkorretti għal ċertu perjodu. Sabiex jitnaqqas it-tul ta’ dan il-perjodu, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(4) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Jikkonċerna biss il-verżjoni Pollakka.

Artikolu 2 Prodotti mmanifatturati u ttikkettati fl-Unjoni jew impurtati ġewwa l-Unjoni u mqiegħda f’ċirkolazzjoni ħielsa skont il-verżjoni Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 29/2012 qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jiġu kkumerċjalizzati sat-2 ta’ Frar 2014.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

Versions

  1. 2013-01-31