Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pasta di Gragnano (IĠP)]

In forceVersion 2013-10-02from 2013-10-31
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/969@2013-10-02/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Klassi 2.7. L-ITALJA

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba mill-Italja biex id-denominazzjoni Pasta di Gragnano tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2) Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni Pasta di Gragnano għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2013. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Dacian Cioloș Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.7. Għaġin

Klassi 2.7. L-ITALJA

Pasta di Gragnano (IĠP)

Versions

  1. 2013-10-02