Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 979/2013 tal-11 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, rigward il-livelli li jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il- mandolin u s-satsumas, il-klementini, il-qaqoċċ, il-larinġ, il-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini

In forceVersion 2013-10-11from 2013-10-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2013/979@2013-10-11/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS XVIII DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: IT-TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat jistipula s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anesss XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju.

(2) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2010, l-2011 u l-2012, għandhom jiġu adattati l-livelli li jiskattaw id-dazji addizzjonali għall- mandolin u s-satsumas, il-klementini, u l-qaqoċċ mill-1 ta’ Novembru 2013, għal-larinġ mill-1 ta’ Diċembru 2013, u għal-lanġas, il-lumi, it-tuffieħ u z-zukkini mill-1 ta’ Jannar 2014.

(3) Għaldaqstant jixraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan.

(4) Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(5) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2013. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS

ANNESS XVIII DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: IT-TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2

Mingħajr ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa ddeterminat abbażi tal-kodiċijiet tan- NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Numru tas-serje Kodiċi tan-NM Deskrizzjoni tal-prodotti Perjodu tal-applikazzjoni Volumi tal-iskattar (f’tunnellati) 78.0015 07020000 Tadam Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju 462389 78.0020 Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 30766 78.0065 07070005 Ħjar Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru 13080 78.0075 Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April 15100 78.0085 07099100 Qaqoċċ Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju 12663 78.0100 07099310 Zukkini Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 112241 78.0110 08051020 Larinġ Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju 252542 78 0120 08052010 Klementini Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar 82192 78 0130 08052030 08052050 08052070 08052090 Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerine u satsuma); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar 81570 78.0155 08055010 Lumi Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 310090 78.0160 Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju 51670 78.0170 08061010 Għeneb tal-mejda Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru 124303 78.0175 08081080 Tuffieħ Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu 553379 78.0180 Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 72914 78.0220 08083090 Lanġas Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April 183233 78.0235 Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 25489 78.0250 08091000 Berquq Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju 4930 78.0265 08092900 Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu 33967 78.0270 080930 Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2712 78.0280 08094005 Pruni Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 10441

Versions

  1. 2013-10-11