Gelex

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1027/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew Stati li kkonkludew in-negozjati

In forceVersion 2014-07-25from 2014-10-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/1027@2014-07-25/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Ir-reintegrazzjoni ta' pajjiżi fl-Anness I

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew Stati li kkonkludew in-negozjati, u b'mod partikolari l-Artikoli 2a u 2b tiegħu,

Billi:

(1) Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tar-reġim ta' importazzjoni bla dazju u bla kwoti tal-UE hija stabbilita mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 (Ir-Regolament għall-Aċċess għas-Suq).

(2) In-negozjati dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (il-Ftehim) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fis-17 ta' Diċembru 2007.

(3) Il-Botswana, il-Kamerun, il-Côte d'Ivoire, il-Fiġi, il-Gana, il-Kenja, in-Namibja u s-Sważiland ma kinux ħadu l-passi neċessarji għar-ratifika tal-ftehimiet rispettivi tagħhom. Konsegwentement, f'konformitá mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, u partikolarment il-punt (b) tiegħu, l-Anness I ta' dak ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013. Dawk il-pajjiżi ma baqgħux koperti minn arranġament ta' aċċess għas-suq kif permess skont ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007, mill-1 ta' Ottubru 2014.

(4) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikoli 2a u 2b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 sabiex temenda l-Anness I ta' dak ir-Regolament billi terġa' ddaħħal dawk il-pajjiżi li tneħħew skont ir-Regolament (UE) Nru 527/2013, hekk kif dawk il-pajjiżi jkunu ħadu l-passi meħtieġa biex jirratifikaw il-Ftehimiet rispettivi tagħhom.

(5) Il-Kamerun ħa l-passi neċessarji biex jirratifika l-Ftehim tiegħu u informa d-depożitorju tal-Ftehim b'dan il-fatt fit-22 ta' Lulju 2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-reintegrazzjoni ta' pajjiżi fl-Anness I

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, jiddaħħal il-pajjiż li ġej:

Ir-Repubblika tal-Kamerun.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

Versions

  1. 2014-07-25