Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1040/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman li tadatta l-Anness I tagħha għall-progress tekniku
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/1040@2014-07-25/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha.
Billi:
(1) Id-Direttiva 2001/112/KE tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati biex temenda l-Annessi ta' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Parti I tal-Anness I u tal-Anness II, sabiex jinġiebu f'konformità mal-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti u biex jitqies il-progress tekniku.
(2) L-Anness I tad-Direttiva 2001/112/KE huwa relatat ma' ismijiet ta' prodotti, definizzjonijiet ta' prodotti u karatteristiċi. Il-punt 3 tal-Parti II ta' dak l-Anness jirregola t-trattamenti u s-sustanzi awtorizzati. Sustanzi ġodda għall-kjarifika tal-meraq issa huma disponibbli grazzi għal żviluppi tekniċi. Dawn is-sustanzi huma proteini tal-pjanti dderivati mill-qamħ, mill-piżelli jew mill-patata, li jistgħu jkunu alternattiva għas-sustanza ġelatina attwalment awtorizzata, derivata minn prodotti tal-annimali.
(3) Sabiex jitqies dan il-progress tekniku, il-punt 3 tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2001/112/KE għandu jiġi emendat billi jinkorpora dawk is-sustanzi l-ġodda,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Fil-punt 3 tal-Parti II tal-Anness I tad-Direttiva 2001/112/KE, jiżdied l-inċiż li ġej: .
Artikolu 1 —
Proteini tal-pjanti mill-qamħ, mill-piżelli jew mill-patata għal kjarifika
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso