Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1090/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li japprova l-permetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 8 u 18 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/1090@2014-10-16/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dik il-lista tinkludi l-permetrina.
(2) Il-permetrina ġiet evalwata f'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 8, preservattivi tal-injam, u t-tip ta' prodott 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti biex jikkontrollaw artropodi oħrajn, kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
(3) L-Irlanda ġiet magħżula bħala l-Awtorità Kompetenti tal-evalwazzjoni u ssottomettiet ir-rapporti ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Kummissjoni fis-7 ta' Diċembru 2010 f'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007.
(4) L-opinjoni tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fit-8 ta' April 2014 mill-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Awtorità Kompetenti tal-evalwazzjoni.
(5) Skont dawk l-opinjonijiet, prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 8 u 18 u li fihom il-permetrina huma mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet marbuta mal-użu tagħhom.
(6) Għalhekk jixraq li l-użu tal-permetrina fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 u 18 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.
(7) Billi l-evalwazzjonijiet ma indirizzawx in-nanomaterjali, l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikopru tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
(8) Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw.
(9) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-permetrina għandha tiġi approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 u 18, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ottubru 2014. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
Isem Komuni Isem tal-IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva Data tal-approvazzjoni Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni Tip ta' prodott Kundizzjonijiet speċifiċi Permetrina Isem tal-IUPAC: 3-fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat Nru tal-KE: 258-067-9 Nru tal-CAS: 52645-53-1 Il-proporzjon cis:trans huwa 25:75. 930 g/kg L-1 ta' Mejju 2016 It-30 ta' April 2026 8 Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. Għall-prodotti bijoċidali l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin: Għall-oġġetti ttrattati, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: Fejn oġġett ittrattat ikun ġie ttrattat bil-permetrina jew ikun jinkorporaha intenzjonalment, u fejn ikun meħtieġ minħabba l-possibbiltà ta' kuntatt mal-ġilda kif ukoll tar-rilaxx tal-permetrina f'kundizzjonijiet normali tal-użu, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-oġġett fis-suq għandha tiżgura li t-tikketta tagħti tagħrif dwar ir-riskju ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda, kif ukoll it-tagħrif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. 18 Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. Għall-prodotti bijoċidali l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin: Għall-oġġetti ttrattati, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: Fejn oġġett ittrattat ikun ġie ttrattat bil-permetrina jew ikun jinkorporaha intenzjonalment, u fejn ikun meħtieġ minħabba l-possibbiltà ta' kuntatt mal-ġilda kif ukoll tar-rilaxx tal-permetrina f'kundizzjonijiet normali tal-użu, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-oġġett fis-suq għandha tiżgura li t-tikketta tagħti tagħrif dwar ir-riskju ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda, kif ukoll it-tagħrif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
(1) Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Fejn l-esponiment ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra, il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq.
(2) Għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa għat-tnaqqis tar-riskju sabiex il-kompartimenti tal-ħamrija u dawk akwatiċi jkunu protetti. B'mod partikolari, it-tikketti, u fejn ikunu pprovduti, l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw li l-applikazzjoni industrijali għandha titwettaq f'żona iżolata jew fuq bażi iebsa impermeabbli b'sistemi ta' iżolament, li hekk kif l-injam jiġi ttrattat jinħażen taħt għata jew fuq bażi iebsa impermeabbli, jew it-tnejn, biex jiġu evitati rilaxxi diretti fil-ħamrija jew fl-ilma, u li kull rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodott għandu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.
(3) Il-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għal injam li jkun spiss fl-apert sakemm ma tiġix sottomessa dejta li turi li l-prodott se jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 19 u tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta' miżuri xierqa għat-tnaqqis tar-riskji.
(4) Il-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għal trattament ta' kostruzzjonijiet fuq barra ħdejn jew fuq l-ilma, jew għat-trattament tal-injam li jkun se jintuża għal kostruzzjonijiet fuq barra ħdejn jew fuq l-ilma, sakemm ma tiġix sottomessa dejta li turi li l-prodott mhux se jippreżenta riskji inaċċettabbli, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta' miżuri xierqa għat-tnaqqis tar-riskji.
(1) Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Fejn l-esponiment ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra, il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq.
(2) Għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa għat-tnaqqis tar-riskju sabiex il-kompartimenti tal-ħamrija u dawk akkwatiċi jkunu protetti. It-tikketti u, fejn provdut, l-iskedi tad-dejta tas-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw it-tali miżuri meħtieġa. B'mod partikolari, il-prodotti awtorizzati għall-applikazzjoni tal-fibri tessili jew materjali oħrajn biex jikkontrollaw il-ħsara mill-insetti għandhom jindikaw li l-fibri trattati friski u materjali oħrajn adattati għandhom jinħażnu bħala prevenzjoni minn rilaxxi diretti fil-ħamrija jew fl-ilma, u li kwalunkwe rilaxx mill-applikazzjoni tal-prodott għandu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew rimi.