Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1229/2014 tas-17 ta' Novembru 2014 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2014-11-17from 2014-12-08
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/1229@2014-11-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 18(5) tiegħu,

Billi:

(1) Skont ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-istqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa huma pprojbiti sakemm dawn ma jkunux awtorizzati mill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament u ma jkunux inklużi f'lista ta' stqarrijiet permessi.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 jistipula wkoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tibgħat l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA), minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Awtorità, biex issir valutazzjoni xjentifika tagħhom, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-informazzjoni tagħhom.

(3) L-Awtorità għandha tagħti l-opinjoni tagħha rigward l-istqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa kkonċernata.

(4) Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Awtorità.

(5) Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija Italsur s.r.l., imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi ta' tliet kuluri mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi ta' żewġ kuluri u mill-kaboċċa blu savoy u l-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00574). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva.

(6) Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi ta' tliet kuluri mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi ta' żewġ kuluri u mill-kaboċċa blu savoy u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

(7) Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija Italsur s.r.l., imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, l-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u l-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00575). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva.

(8) Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

(9) Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija Italsur s.r.l., imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill--kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi ta' tliet kuluri mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi ta' żewġ kuluri u mill-kaboċċa blu savoyu ż-żamma ta' konċentrazzjoni normali tal-kolesterol LDL fid-demm (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00576). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: iżomm konċentrazzjoni normali tal-kolesterol fid-demm.

(10) Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi ta' tliet kuluri mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi ta' żewġ kuluri u mill-kaboċċa blu savoy u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

(11) Wara applikazzjoni mingħand il-kumpanija Italsur s.r.l., imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u ż-żamma ta' konċentrazzjoni normali tal-kolesterol LDL fid-demm (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00579). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: iżomm konċentrazzjoni normali tal-kolesterol fid-demm.

(12) Fit-30 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mill--ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

(13) Wara applikazzjoni mill-kumpanija Omikron Italia S.r.l., imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mid--diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin u ż-żamma tal-permeabbiltà normali tal-vini u tal-kapillari (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00353). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: it-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tal-permeabbiltà fiżjoloġika vaskulari u tal-kapillari.

(14) Fit-13 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

(15) Wara applikazzjoni mill-kumpanija Omikron Italia S.r.l., imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti ta' taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidinu ż-żamma ta' ton vaskulari normali (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00354). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: it-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tat-ton vaskulari fiżjoloġiku.

(16) Fit-13 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum ta' taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

(17) Wara applikazzjoni mill-kumpanija Italsur s.r.l., imressqa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet tagħti opinjoni rigward stqarrija dwar is-saħħa marbuta mal-effetti tas-soppa tax-xgħir Orzotto u l-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva (il-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00578). L-istqarrija li ppropona l-applikant kienet tgħid dan li ġej: jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva.

(18) Fl-10 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità, li kkonkludiet li, abbażi tad-dejta mressqa, ma ġietx stabbilita rabta ta' kawża u effett bejn il-konsum tas-soppa tax-xgħir Orzotto u l-effett mistqarr. Għaldaqstant, billi l-istqarrija ma tikkonformax mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, din m'għandhiex tiġi awtorizzata.

(19) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-istqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa mniżżlin fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni tal-istqarrijiet permessi kif previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS Stqarrijiet dwar l-effetti fuq is-saħħa miċħudin

Applikazzjoni — Dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel Stqarrija Referenza tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata Taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi ta' tliet kuluri mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi ta' żewġ kuluri u mill-kaboċċa blu savoy Jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva Q-2013-00574 L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata Taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera Jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva Q-2013-00575 L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata Taħlita magħmula mill-kaboċċa s-sewda tat-Toskana, mill-weraq tal-pitravi ta' tliet kuluri mill-Iżvizzera, mill-ispinaċi ta' żewġ kuluri u mill-kaboċċa blu savoy Iżomm konċentrazzjoni normali tal-kolesterol fid-demm Q-2013-00576 L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata Taħlita magħmula mill-ispinaċi l-ħamra, mill-ispinaċi l-ħadra, miċ-ċikwejra l-ħamra, miċ-ċikwejra l-ħadra, mill-weraq tal-pitravi l-aħdar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar, mill-weraq tal-pitravi l-aħmar mill-Iżvizzera, mill-weraq tal-pitravi dehbi mill-Iżvizzera u mill-weraq tal-pitravi l-abjad mill-Iżvizzera Iżomm konċentrazzjoni normali tal-kolesterol fid-demm Q-2013-00579 L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata Taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin It-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tal-permeabbiltà fiżjoloġika vaskulari u tal-kapillari Q-2013-00353 L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata Taħlita magħmula mid-diosmin, mit-trosserutin u mill-ħesperidin It-taħlita ta' flavonojd bi 300 mg ta' diosmin, 300 mg ta' trosserutin u 100 mg ta' ħesperidin hija koaġġuvant siewi għaż-żamma tat-ton vaskulari fiżjoloġiku Q-2013-00354 L-Artikolu 13(5) — stqarrija dwar l-effetti fuq is-saħħa bbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata dan l-aħħar u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata Is-soppa tax-xgħir Orzotto Jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-lipidi tad-demm mill-ħsara ossidattiva Q-2013-00578

Versions

  1. 2014-11-17