Gelex

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 124/2014 tal-10 ta’ Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

In forceVersion 2014-02-10from 2014-02-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/124@2014-02-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 jagħti effett lil bosta mill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2) Fl-10 ta’ Frar 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/74/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3) Għandha tingħata deroga oħra mill-iffriżar tal-assi fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 biex ikun jista’ jsir ir-rilaxx tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi tal-entitajiet proprjetà tal-Istat Sirjan jew tal-Bank Ċentrali tas-Sirja biex ikunu jistgħu jsiru ħlasijiet f’isem ir-Repubblika Għarbija Sirjana lill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) għal attivitajiet relatati mal-missjoni ta’ verifika tal-OPCW u l-qerda tal-armi kimiċi Sirjani.

(4) Dik il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk tinħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5) Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, jiżdied il-punt li ġej:

Artikolu 1

(i) maħsuba esklussivament għal ħlasijiet minn entitajiet proprjetà tal-Istat Sirjan jew tal-Bank Ċentrali tas-Sirja, kif elenkati fl-Annessi II u IIa, f’isem ir-Repubblika Għarbija Sirjana lill-OPCW għal attivitajiet relatati mal-missjoni ta’ verifika tal-OPCW u mal-qerda ta’ armi kimiċi Sirjani, inklużi b’mod partikolari ħlasijiet lill-Fond Fiduċjarju speċjali tal-OPCW għal attivitajiet relatati mal-qerda totali ta’ armi kimiċi Sirjani barra t-territorju tar-Repubblika Għarbija Sirjana..

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2014. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton

Versions

  1. 2014-02-10