Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-modulu LED bir-raġġ baxx E-Light bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2014/128/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/128@2014-03-10/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief, u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Billi:
(1) Il-fornitur Automotive Lighting Reutlingen GmbH (l-Applikant) ressaq applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ modulu tad-dijodi li jemettu d-dawl (LEDs) bir-raġġ baxx, E-Light, bħala teknoloġija innovattiva fid-9 ta’ Lulju 2013. Il-kompletezza tal-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011. Instab li l-applikazzjoni kienet sħiħa u l-perjodu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni beda l-għada tad-data tal-wasla uffiċjali, jiġifieri l-10 ta’ Lulju 2013.
(2) L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-Linji Gwida Tekniċi).
(3) L-applikazzjoni tirreferi għal Modulu LED bir-raġġ baxx E-Light, li huwa teknoloġija tal-illuminazzjoni bbażata fuq l-hekk imsejħa sistema ta’ refrazzjoni-riflessjoni. Il-modulu E-Light juża r-riflessjoni u r-rifrazzjoni tad-dawl mil-lentijiet biex jikkonċentra d-dawl li jiġi prodott minn għadd żgħir ta’ bozoz LED. Din it-teknoloġija hija differenti ferm mis-sistema ta’ illuminazzjoni b’LEDs approvata bħala ekoinnovazzjoni fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/128/UE. Ta’ min wieħed jinnota wkoll li l-applikazzjoni minn Automotive Lighting hija bbażata fuq il-metodu ssimplifikat deskritt fil-Linji Gwida Tekniċi, filwaqt li l-applikazzjoni li diġà ġiet approvata kienet ibbażata fuq metodu komprensiv.
(4) Il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni li l-applikant ta fl-applikazzjoni turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati.
(5) L-Applikant wera li l-użu tal-modulu E-Light fil-karozzi tal-passiġġieri ma kienx iktar minn 3 % tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena ta’ referenza 2009. B’appoġġ ta’ dan, l-Applikant irrefera għal-Linji Gwida Tekniċi, li jagħtu taqsira tar-rapport CLEPA LIGHT Sight Safety. L-Applikant uża funzjonijiet predefiniti u dejta medja f’konformità mal-metodu ssimplifikat speċifikat fil-Linji Gwida Tekniċi.
(6) Skont il-metodu ssimplifikat deskritt fil-Linji Gwida Tekniċi, l-Applikant uża dawl tal-aloġenu bħala t-teknoloġija bażi biex juri kemm il-modulu E-Light għandu l-kapaċità li jnaqqas id-CO2.
(7) L-Applikant ipprovda metodoloġija għall-ittestjar tat-tnaqqis tad-CO2 li tinkludi formoli li huma konsistenti mal-formoli deskritti fil-Linji Gwida Tekniċi għall-metodu ssimplifikat fir-rigward tal-funzjonijiet tal-illuminazzjoni. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-metodoloġija għall-ittestjar se tagħti riżultati li huma verifikabbli, ripetibbli u komparabbli u li l-metodoloġija kapaċi turi b’mod realistiku l-benefiċċji f’termini tal-emissjonijiet tad-CO2 tat-teknoloġija innovattiva b’sinifikat statistiku qawwi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
(8) Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni ssib li l-Applikant wera b’mod sodisfaċenti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet miksub mit-teknoloġija innovattiva huwa tal-anqas 1 g CO2/km.
(9) Billi l-attivazzjoni tad-dawl fir-raġġ baxx mhijiex meħtieġa għat-test tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tad-CO2 imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008, il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-funzjonijiet tal-illuminazzjoni kkonċernati mhumiex koperti miċ-ċiklu tat-test standard.
(10) L-attivazzjoni tal-funzjonijiet tal-illuminazzjoni kkonċernati hija obbligatorja sabiex ikun żgurat li l-karozza titħaddem b’mod sikur u, minħabba f’hekk, ma tiddependix mill-għażla tas-sewwieq. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-manifattur għandu jitqies responsabbli għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 minħabba l-użu tal-LEDs.
(11) Il-Kummissjoni ssib li r-rapport ta’ verifika tħejja minn FAKT S.r.l. li huwa korp indipendenti u ċċertifikat u li r-rapport jappoġġja s-sejbiet stipulati fl-applikazzjoni.
(12) F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ma ssib l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni.
(13) Kwalunkwe manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji speċifiċi tad-CO2 tiegħu sabiex jilħaq il-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi tiegħu permezz tal-iffrankar tad-CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu, skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, jirreferi għal din id-Deċiżjoni fl-applikazzjoni tiegħu għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għall-vetturi kkonċernati,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-modulu LED bir-raġġ baxx E-Light, maħsub għall-użu fil-vetturi M1, huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
2. It-tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 li jiġi mill-użu tal-modulu LED bir-raġġ baxx E-Light imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-metodoloġija mogħtija fl-Anness.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2014. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
METODOLOĠIJA BIEX JIĠI STABBILIT IT-TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET TAD-CO2 MILL-UŻU TAL-MODULU LED BIR-RAĠĠ BAXX E-LIGHT, F’VETTURA TAT-TIP M1
1. Introduzzjoni Sabiex jiġi stabbilit it-tnaqqis tas-CO2 li jista’ jiġi attribwit għall-użu tal-modulu LED bir-raġġ baxx E-Light, f’vettura tat-tip M1, jeħtieġ li jiġu stabbiliti dawn l-affarijiet li ġejjin:
1.
(a) il-kundizzjonijiet tat-testijiet;
(b) il-proċedura tat-test;
(c) il-formoli għall-kalkolu tal-iffrankar tad-CO2;
(d) il-formoli għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard;
(e) l-iffrankar tad-CO2 għaċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip.
2. Kundizzjonijiet tal-ittestjar Ir-rekwiżiti tar-Regolament UN/ECE Nru 112/00 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw l-approvazzjoni ta’ fanali ta’ quddiem ta’ vetturi bil-mutur li jitfgħu raġġ baxx assimetriku jew raġġ tas-sewqan jew it-tnejn u mgħammrin b’bozoz tal-filament u/jew moduli tad-dijodi li jemettu d-dawl (LED) għandhom japplikaw. Għad-determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija, għandha ssir referenza għall-punt 6.1.4 tar-Regolament Nru 112/00, u punti 3.2.1 u 3.2.2 tal-Anness 10 tar-Regolament Nru 112. Barra minn hekk, it-tagħmir li qed jiġi ttestjat għandu jissaħħan għal 30 minuta billi jingħaddielu kurrent ta’ 0,78 A, b’vultaġġ ta’ 13,4 V. It-tagħmir li jkun qed jiġi ttestjat jikkonsisti fl-unità tal-kontroll elettroniku (ECU) tal-bozza LED u l-modulu tar-raġġ baxx.
3. Il-proċedura tat-testijiet Il-kejl għandu jsir kif muri fil-Figura. Għandu jintuża t-tagħmir li ġej: Figura 1 L-assemblaġġ tat-test (A huwa amperemeter, LED ECU huwa unità tal-kontroll elettroniku għall-bozza LED) Unità tal- Provvistatal- Enerġija A LED ECU Modulu b’raġġ baxx Miter tal-vultaġġ B’kollox, għandu jsir kejl għal għaxar darbiet bil-vultaġġi li ġejjin: 9,0 V; 10,0 V; 11,0 V; 12,0 V; 13,0 V; 13,2 V; 13,4 V; 14,0 V; 15,0 V; 16,0 V (fejn il-valuri ta’ 13,2 V u 13,4 V huma l-valuri tipiċi għall-vultaġġi fil-vetturi tal-passiġġieri). Għal kull vultaġġ, il-kurrent għandu jitkejjel rispettivament. Il-vultaġġi installati eżatti u l-kurrent imkejjel għandhom jitniżżlu b’erba’ ċifri deċimali.
Żewġ Multi Miters Diġitali, wieħed għall-kejl tal-kurrent dirett, u l-ieħor għall-kejl tal-vultaġġ tal-kurrent dirett.
Unità tal-provvista tal-elettriku.
4. Il-formoli Għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin biex jinħadem l-iffrankar tad-CO2 u biex jiġi ddeterminat jekk hemmx konformità mal-valur ta’ limitu ta’ 1 gCO2/km: Pass Nru 1 Ikkalkula l-iffrankar tal-elettriku; Pass Nru 2 Ikkalkula l-iffrankar tad-CO2; Pass Nru 3 Ikkalkula l-iżball fl-iffrankar tad-CO2; Pass Nru 4 Ivverifika l-valur ta’ limitu.
4.
4.1. Ikkalkula l-iffrankar tal-elettriku Għal kull wieħed mill-10 kejlijiet li jsiru, għandha tiġi kkalkulata l-enerġija li tintuża billi jiġi mmultiplikat il-vultaġġ installat bil-kurrent imkejjel. Dan il-proċess għandu jirriżulta f’10 valuri. Kull valur għandu jitniżżel f’erba’ ċifri deċimali. Imbagħad għandu jiġi kkalkulat il-valur medju tal-enerġija użata, li huwa s-somma tal-10 valuri għall-enerġija diviża b’10. L-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta għandu jiġi kkalkulat bil-formola li ġejja: Formola (1) ΔPPbaseline: Peco-innovation Fejn: ΔP Iffrankar tal-enerġija f’W; Pbaseline: L-enerġija tax-xenarju bażi, li hija 137 W; Peco-innovation Il-valur medju tal-enerġija użata tal-ekoinnovazzjoni f’W.
4.2. Ikkalkula l-iffrankar tad-CO2; Il-formoli biex jiġi kkalkulat l-iffrankar tad-CO2 miksub permezz tal-ekoinnovazzjoni huma dawn li ġejjin: F’dawn il-formoli CO2 tirrappreżenta l-iffrankar tad-CO2 fi gCO2/km. Id-dejta ta’ input għall-formoli (2) u (3) huma: ΔP L-enerġija elettrika ffrankata f’W, li hija r-riżultat tal-pass nru 1 UF Il-fattur tal-użu li huwa 0,33 għal bozza bir-raġġ baxx v il-veloċità medja tas-sewqan tal-NEDC, li hija 33,58 km/h VPe-P il-konsum tal-enerġija effettiva għal vetturi petrol, li huwa 0,264 l/kWh VPe-D il-konsum tal-enerġija effettiva għal vetturi diżil, li huwa 0,22 l/kWh ηA l-effiċjenza tal-alternatur, li hija 0,67 CFP il-fattur tal-konverżjoni għall-petrol, li huwa 2330 gCO2/l CFD il-fattur tal-konverżjoni għad-diżil, li huwa 2640 gCO2/l
Għal vettura petrol: Formola (2) CCO2ΔP UF VPe-PηΑ CFPv
Għal vettura diżil: Formola (3) CCO2ΔP UF VPe-DηΑ CFDv
4.3. Ikkalkula l-iżball statistiku fl-iffrankar tad-CO2 L-iżball statistiku fl-iffrankar tad-CO2 għandu jinħadem f’żewġ passi. Fl-ewwel pass, il-valur tal-iżball tal-enerġija għandu jinħadem bħala devjazzjoni standard ekwivalenti għal intervall tal-kunfidenza ta’ 68 %. Dan għandu jsir bil-formola (4). Formola (4) Sxni 1xix2nn 1 Fejn: Sx id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika [W]; xi il-valur tal-kejl [W]; x il-medja aritmetika [W]; n drabi li sar il-kejl, jiġifieri 10. Imbagħad għandu jinħadem l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 bl-użu tal-liġi tal-propagazzjoni, li hija espressa fil-formola (5). Formola (5) ΔCCO2ni 1∂CCO2∂P ePi2 Fejn: ΔCCO2: żball totali medju tal-iffrankar tad-CO2 (gCO2/km) ∂ CCO2/∂P is-sensitività tal-iffrankar tad-CO2 ikkalkulat relatata mal-valur ta’ input xi ePi żball tal-valur ta’ input (W) Is-sostituzzjoni tal-formola (2) bil-formola (5) għall-vetturi petrol twassal għal: Formola (6) ΔCCO20,0090 gCO2kmW eP Fejn: ΔCCO2 l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 (gCO2/km); eP l-iżball fil-konsum tal-enerġija (W). Is-sostituzzjoni tal-formola (2) bil-formola (5) għall-vetturi diżil twassal għal: Formola (7) ΔCCO20,0085 gCO2/kmW eP Fejn: ΔCCO2 l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 (gCO2/km); eP l-iżball fil-konsum tal-enerġija (W).
4.4. Ivverifika l-valur ta’ limitu Il-valur ta’ limitu jiġi vverifikat permezz tal-formola (8). Il-valur ta’ limitu minimu huwa 1,0 gCO2/km. Formola (8) MTCCO2ΔCCO2 Fejn: MT valur ta’ limitu minimu (gCO2/km) CCO2 l-iffrankar totali tad-CO2 (gCO2/km), li għandu jiġi espress f’4 ċifri deċimali, ΔCCO2 l-iżball totali medju tal-iffrankar tad-CO2 (g CO2/km), li għandu jiġi espress f’4 ċifri deċimali,
5. Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni li jrid jiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-kodiċi ġenerali tal-ekoinnovazzjoni li għandu jintuża fid-dokumenti rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun 5. Pereżempju, il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni fil-każ tal-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni ċċertifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip Ġermaniża għandu jkun e1 5.