Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1292/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għall-klassifikazzjoni, mingħajr ittestjar, ta' ċerti pavimenti tal-injam mhux miksi skont EN14342 fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/1292@2014-07-17/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE adottat sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini, rigward ir-reazzjoni tagħhom għan-nar. Il-pavimenti tal-injam huma fost il-prodotti għall-bini li għalihom tapplika dik id-Deċiżjoni.
(2) It-testijiet urew li l-pavimenti tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 14342 għandhom prestazzjoni stabbli u prevedibbli rigward ir-reazzjoni għan-nar sakemm jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet dwar id-densità tal-injam, il-ħxuna tal-pavimentar u l-użu aħħari tal-prodott.
(3) Il-pavimenti tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 14342 għandhom għalhekk jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni għal reazzjoni għan-nar stabbiliti fid-Deċiżjoni 2000/147/KE dwar dawk il-kondizzjonijiet mingħajr il-ħtieġa ta' aktar ittestjar,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-pavimenti tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 14342 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar indikati fl-Anness.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
Prodott Dettalji tal-prodott Densità medja minima (kg/m3) Ħxuna nominali minima (mm) Kondizzjoni tal-użu aħħari Klassi għall-pavimenti Pavimentar tal-injam Pavimentar tal-injam solidu tal-arżnu jew tal-abit (spruce) Arżnu: 480 Abit: 400 14 Mingħajr spazju tal-arja taħt Dfl-s1 Pavimentar tal-injam Pavimentar solidu tal-fagu, tal-ballut, tal-arżnu jew tal-abit (spruce) Fagu: 700 Ballut: 700 Arżnu: 430 Abit: 400 20 Bil-spazju tal-arja taħt jew mingħajru Dfl-s1 Parkè tal-injam Parkè tal-injam solidu (saff wieħed) tal-ġewż 650 8 Inkullat mas-sottostrat Dfl-s1 Parkè tal-injam Parqè solidu (saff wieħed) tal-ballut, tal-fraxxnu jew tal-aġġru Fraxxnu: 650 Aġġru: 650 Ballut: 720 8 Inkullat mas-sottostrat Dfl-s1 Parkè tal-injam Parkè bis-saffi bis-saff ta' fuq tal-ballut, ta' mill-inqas 3,5 mm 550 15 Mingħajr spazju tal-arja taħt Dfl-s1 Pavimentar tal-injam u parkè Paviment tal-injam solidu u parkè li mhumiex speċifikati hawn fuq 400 6 Kollha Efl