Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1318/2014 tal-11 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2014-12-11from 2014-12-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/1318@2014-12-11/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. ANNESS A LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FL-UE, B'EĊĊEZZJONIJIET
  5. ANNESS B LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET FL-OPERAZZJONIJIET FL-UE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operat fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(2) Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-EASA) għaddew informazzjoni lill-Kummissjoni li hi rilevanti fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista Komunitarja. L-informazzjoni rilevanti għaddewha wkoll xi pajjiżi terzi. U għalhekk il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata skont din l-informazzjoni.

(3) Il-Kummissjoni għarrfet lil kull trasportatur tal-ajru kkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsawru l-bażi ta' deċiżjoni li timponi projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jew li tibdel il-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni tal-operat imposta fuq trasportatur tal-ajru imniżżel fil-lista Komunitarja.

(4) Lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati l-Kummissjoni tathom l-opportunità li jikkonsultaw id-dokumenti li ressqu l-Istati Membri, biex jagħtu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru).

(5) Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tiegħu, mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-istati ta' Angola, il-Botswana, il-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Ginea, l-Indja, l-Indoneżja, il-Kazakistan, ir-Repubblika Kirgiża, il-Libanu, il-Libja, il-Madagaskar, ir-Repubblika Islamika tal-Mawritanja, il-Możambik, in-Nepal, il-Filippini, São Tomé u Príncipe, is-Sudan u ż-Żambja. Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva wkoll aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar l-Afganistan, il-Gana, l-Iran u l-Korea ta' Fuq. Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva wkoll aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa.

(6) Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru sema' l-preżentazzjonijiet tal-EASA dwar ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti ta' verifika li għamlet l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (l-ICAO) fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (l-USOAP). L-Istati Membri ntalbu jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa tat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja mill-istati u li fil-każ tagħhom l-ICAO tkun identifikat każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (SSCs) jew li fil-każ tagħhom l-EASA tkun ikkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa se tkun tista' tinkiseb aktar informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru li huma għandhom il-liċenzja f'dawk l-istati.

(7) Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru sema' l-preżentazzjonijiet tal-EASA dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li saru fil-Programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (is-SAFA) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012.

(8) Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru sema' l-preżentazzjonijiet tal-EASA dwar il-proġetti ta' assistenza teknika mwettqa fi stati milquta mill-miżuri jew mill-monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Il-Kumitat ġie infurmat bil-pjanijiet tal-EASA u bit-talbiet għal aktar assistenza teknika u koperazzjoni biex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili bil-għan li jissolvew nuqqasijiet ta' konformità ma' standards internazzjonali applikabbli. L-Istati Membri ntalbu wkoll iwieġbu dawn it-talbiet fuq bażi bilaterali f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni saħqet is-siwi li tingħata informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi tad-dejta SCAN tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja.

(9) Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru sema' wkoll preżentazzjoni tal-Eurocontrol li taġġorna dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tas-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal trasportaturi tal-ajru projbiti.

(10) Wara li l-EASA għarblet l-informazzjoni li ħarġet minn spezzjonijiet fir-rampa mwettqa fuq inġenji tal-ajru ta' ċertu trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li għamlet l-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u verifiki speċifiċi li għamlu l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, bosta Stati Membri ħadu ċertu miżuri ta' infurzar u għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'dawk il-miżuri. Il-Greċja għarrfet li l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Griega għamlet spezzjonijiet lil Gain Jet Aviation u lil Skygreece Airlines. Meta saru aktar spezzjonijiet ma ġiet identifikata l-ebda problema.

(11) Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza, l-Istati Membri għamluha ċara li lesti jaġixxu kif meħtieġ.

(12) Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2011, jippermetti lit-trasportatur tal-ajru TAAG Angolan Airlines iċċertifikat f'Angola, biex jopera fl-Unjoni b'erba' inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-700 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH u D2-TBJ, bi tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-200 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF, u b'żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-300 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TEG u D2-TEH.

(13) Fil-21 ta' Novembru 2014, TAAG Angolan Airlines ressaq applikazzjoni, permezz tal-awtoritajiet kompetenti ta' Angola (l-INAVIC), biex iżid inġenju tal-ajru ġdid tat-tip Boeing 777-300 mal-lista fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Iżda għad baqa' diffikultajiet persistenti biex jinħoloq u jinżamm kuntatt regolari mal-INAVIC u ma' TAAG Angolan Airlines. Daqstant ieħor jeżistu dawn id-diffikultajiet fil-kuntatt bejn l-INAVIC u l-ICAO, u minħabba f'hekk, dan l-aħħar tħassru bosta awditi tal-ICAO li kienu skedati minn qabel. Dawn id-diffikultajiet joħorġu fid-dieher il-problemi interni ta' komunikazzjoni fi ħdan TAAG Angolan Airlines, fi ħdan l-INAVIC u anki bejniethom, tant li hu impossibbli jiġi vvalutat jekk it-talba ta' TAAG Angolan Airlines hix ta' riskju għas-sikurezza. Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li l-aħjar mod kif taġixxi hu li titlob lill-INAVIC kif ukoll lil TAAG Angolan Airlines biex fil-futur qrib jaħdmu id f'id magħha bil-ħsieb li terġa' tiġi eżaminata bir-reqqa s-sitwazzjoni attwali tas-sikurezza minn kull aspett, fosthom anki fejn jidħlu xi inġenji tal-ajru ġodda li jkunu ngħaqdu mal-flotta ta' TAAG Angolan Airlines.

(14) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi inġenji tal-ajru oħrajn li jopera TAAG Angolan Airlines.

(15) L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva ta' TAAG Angolan Airlines mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lil inġenji tal-ajru ta' dan it-trasportatur tal-ajru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(16) F'April 2013, l-ICAO wettqet Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO (ICVM) fil-Botswana. Din l-ICVM kisbet riżultati parzjalment pożittivi: tjiebet l-Implimentazzjoni Effettiva. Iżda nkiseb riżultat negattiv għax instabu żewġ SSCs. Barra minn hekk, mill-2010 ġraw żewġ inċidenti b'inġenji tal-ajru rreġistrati l-Botswana.

(17) Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, in-nuqqas attwali ta' implimentazzjoni effettiva tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati tal-ICAO, iż-żewġ każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (SSCs), iż-żewġ inċidenti u l-komunikazzjoni intermittenti bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana (is-CAAB), f'ittra tat-8 ta' Lulju 2014 lis-CAAB il-Kummissjoni talbet informazzjoni fir-rigward ta' trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana.

(18) Is-CAAB wieġbet fit-3 ta' Ottubru 2014, u tat l-informazzjoni mitluba sabiex turi li l-Istat qed jagħmel implimentazzjoni effettiva tal-Istandards u tal-Prattiki Rakkomandati tal-ICAO u sabiex jissolvew iż-żewġ każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza.

(19) Skont dik l-informazzjoni, jidher li s-CAAB tixtieq li l-ICAO tagħmel ICVM oħra qabel tmiem din is-sena ħalli tivverifika li l-azzjonijiet korrettivi meħuda huma biżżejjed biex jissolvew iż-żewġ SSCs.

(20) Il-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija turi wkoll li kull trasportatur tal-ajru ġie ċċertifikat mill-ġdid u ngħata AOC (Ċertifikati tal-Operatur tal-Ajru) ġdid fl-istess data. Dan kollu joħloq piż fil-ħidma tas-CAAB kull darba li dawn l-AOCs ikunu jridu jiġu aġġornati. Is-CAAB ħoloq programm ta' sorveljanza biex jissorvelja s-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru, iżda l-implimentazzjoni ta' dan il-programm inqatgħet lura. Fl-aħħar nett, waqt l-attivitajiet ta' sorveljanza ġie rreġistrat biss għadd limitat ta' sejbiet u minħabba f'hekk, huwa diffiċli li jitkejjel kemm is-CAAB hi kapaċi ssolvi kwistjonijiet tas-sikurezza li jaf jinqalgħu Sabiex jixxejnu dawn il-kwistjonijiet, il-Kummissjoni jeħtieġ titlob informazzjoni addizzjonali filwaqt li se tistieden lis-CAAB għal laqgħa teknika biex tiddiskuti aktar dettalji fejn tidħol is-sitwazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Botswana.

(21) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Botswana.

(22) Se jissoktaw il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Ġeorġja (il-GCAA) bil-għan li l-GCAA tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni korrettiva żviluppat minħabba l-każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza li identifikat l-ICAO bl-Awditu tas-Sistema Komprensiva (is-CSA) tal-Ġeorġja f'Ottubru 2013.

(23) Abbażi tal-informazzjoni li taw il-GCAA dwar l-azzjonijiet li qed jieħdu biex ixejnu l-każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza, il-Kummissjoni jidhrilha li m'hemmx bżonn titlob lill-GCAA biex jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. Il-Kummissjoni rrappurtat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva li żviluppaw il-GCAA.

(24) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Ġeorġja.

(25) Kif ġie miftiehem fil-laqgħa ta' Brussell f'Jannar 2013, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Ginea (id-DNAC) taw informazzjoni regolari dwar l-implimentazzjoni għaddejja tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva, li kienet approvat l-ICAO f'Diċembru 2012, kif ukoll kull attività relatata miegħu.

(26) L-aħħar rapport ta' progress li wasal fil-21 ta' Ottubru 2014 jagħti dettalji dwar l-aktar attivitajiet u żviluppi riċenti fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva. Se jibqa' jitħarreġ il-persunal ħalli tkompli tissaħħaħ il-kapaċità tas-sorveljanza, l-aktar fl-oqsma tal-ajrunavigabbiltà u tal-operazzjonijiet. Id-DNAC issoktaw jindirizzaw is-sejbiet tal-USOAP li baqa', fejn jidħlu l-mistoqsijiet assoċjati tal-protokoll, permezz tal-Approċċ ta' Monitoraġġ Kontinwu, is-CMA: l-għodda onlajn tal-ICAO. Mill-bidu ta' Awwissu sal-aħħar ta' Settembru 2014, l-ICAO wettqet validazzjoni barra mis-sit tal-mistoqsijiet tal-protokoll li jaf ikunu soġġetti għal verifika mill-bogħod. Minħabba f'hekk, l-implimentazzjoni effettiva ġenerali tat-tmien elementi kritiċi wriet titjib żgħir.

(27) Qed titħejja inizjattiva leġiżlattiva biex id-DNAC isiru awtorità indipendenti, finanzjarjament u operattivament awtonoma, u bl-istruttura tat-tmexxija tagħha. L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Ginea (l-AGAC), f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-ICAO, hi mistennija tidħol fis-seħħ f'Jannar 2015.

(28) Fl-aħħar ta' Marzu 2013 ġie sospiż kull ċertifikat tal-operaturi tal-ajru li kien jeżisti qabel. Għadha qed issir ċertifikazzjoni (f'5 fażijiet) konformi mal-ICAO tat-trasportatur tal-ajru nazzjonali bl-isem PROBIZ Guinée, b'inġenju tal-ajru wieħed tat-tip BE90, bl-għajnuna u l-appoġġ ta' missjoni speċifika tas-CAFAC/BAGASOO, inkluż taħriġ fuq lant tax-xogħol lill-ispetturi tad-DNAC dwar il-proċess kollu. Il-proċess taċ-ċertifikazzjoni nbeda wkoll għal żewġ trasportaturi tal-ajru oħra — Eagle Air Guinée u Sahel Aviation Service Guinée. Id-DNAC, bl-appoġġ tal-uffiċċju reġjonali tal-ICAO f'Dakar, mistennija jtemmu l-proċess taċ-ċertifikazzjoni għat-tliet trasportaturi tal-ajru sa tmiem l-2014.

(29) Id-DNAC talbu ICVM biex jivvalidaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva. Għall-ewwel, l-ICAO ippjanat li tagħmel l-ICVM f'Mejju 2014. Minħabba bidliet riċenti fit-tmexxija għolja tal-Ministeru tat-Trasport inħoloq xi dewmien u l-ICVM qed titħejja għat-tieni nofs ta' Settembru 2014. Minħabba t-tifqigħa tal-Ebola, l-ICVM, kif ukoll missjoni tal-assistenza tal-ICAO li kienu maħsuba jsiru f'Lulju 2014 ġew posposti għal żmien indefinit.

(30) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika tal-Ginea.

(31) Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(32) Fis-7 ta' Novembru 2014 saret laqgħa teknika fi Brussell. Matulha tlaqqgħu l-Kummissjoni u l-EASA, kif ukoll rappreżentanti anzjani mid-Direttorat Ġenerali Indjan tal-Avjazzjoni Ċivili (id-DGCA). Il-laqgħa saret dwar il-konformità tal-Indja mal-obbligi internazzjonali tas-sikurezza u tas-sorveljanza, inkluż dwar id-deċiżjoni li ħadet l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti (il-FAA) biex tbaxxi l-istatus ta' konformità tal-Indja minn kategorija 1 għal kategorija 2 wara li l-awditu tal-Valutazzjoni Internazzjonali tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-IASA) sabet bosta nuqqasijiet. Id-DGCA ta dettalji dwar fejn waslu l-azzjonijiet korrettivi li qed jieħu biex jegħleb sejbiet li rriżultaw mit-tnaqqis fil-kategorija ta' konformità tal-FAA. Id-DGCA tenna li ħa azzjoni biex jegħleb il-biċċa l-kbira tas-sejbiet tal-FAA u li sawwar pjan ta' azzjoni korrettiva rigward il-bqija tal-kwistjonijiet ta' tħassib. Barra minn hekk, matul il-laqgħa teknika, id-DGCA ppreżenta informazzjoni dwar il-kwistjoni tas-sostenibbiltà u dwar it-titjib li qed isir f'dan ir-rigward.

(33) Matul dik il-laqgħa teknika, id-DGCA impenja ruħu li jieħu sehem bis-sħiħ fi djalogu dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni, inkluż b'laqgħat oħra li titlob il-Kummissjoni skont il-ħtieġa. Id-DGCA impenja ruħu wkoll li lill-Kummissjoni jagħtiha kull informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza, bħala parti mill-konsultazzjoni uffiċjali mal-awtoritajiet li jieħdu ħsieb is-sorveljanza regolatorja tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Indja f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006.

(34) Mill-informazzjoni mogħtija matul il-laqgħa teknika tas-7 ta' Novembru 2014 u bl-impenji li għamel id-DGCA dakinhar, il-Kummissjoni jidhrilha li f'dan l-istadju m'hemmx bżonn timponi restrizzjonijiet fl-operazzjonijiet tat-trasportaturi tal-ajru Indjani.

(35) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Indja.

(36) L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lit-trasportaturi tal-ajru Indjani skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(37) Il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Indoneżja (id-DGCA) se jissoktaw bil-għan ta' monitoraġġ tal-progress li d-DGCA għamlu biex jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull trasportatur tal-ajru ċċertifikat fl-Indoneżja tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(38) L-isforzi li għamlu d-DGCA biex ikollhom sistema tal-avjazzjoni konformi għalkollox mal-istandards tal-ICAO huma rikonoxxuti. U ġie nnutat ukoll li d-DGCA kellhom it-trasparenza meħtieġa u r-rieda li jaqsmu l-informazzjoni.

(39) Bejn il-5 u l-14 ta' Mejju 2014, l-ICAO għamlet Awditu tas-Sistema Komprensiva (CSA). Ir-rapport finali ta' dan l-awditu sar disponibbli fit-18 ta' Novembru 2014 u r-riżultati tal-awditu juru li s-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fl-Indoneżja għad jonqosha bosta titjib. Lill-ICAO, id-DGCA ipproponewlha Pjan ta' Azzjoni Korrettiva ħalli jissolvew is-sejbiet li ħarġu minn din il-verifika.

(40) F'Settembru 2014, il-Kumitat Nazzjonali għas-Sikurezza tat-Trasport fl-Indoneżja ppubblika r-rapport finali dwar l-inċident ta' Lion Air li seħħ f'Bali fit-13 ta' April 2013. Ir-rapport komprensiv janalizza l-inċident u jagħti rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza lit-trasportatur tal-ajru u lid-DGCA, fost l-oħrajn.

(41) Iżda s'issa m'hemmx evidenza oġġettiva u konklussiva li turi li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva u r-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza mhumiex xierqa.

(42) F'ittra datata l-20 ta' Ottubru 2014, id-DGCA għarrfu lill-Kummissjoni li mill-aħħar aġġornament ġew iċċertifikati erba' trasportaturi tal-ajru ġodda, jiġifieri fil-15 ta' Awwissu 2014 inħareġ AOC Nru 121-042 għal PT. MY INDO Airlines, fit-28 ta' Awwissu 2014 inħareġ AOC Nru 121-054 għal PT Indonesia Air Asia Extra, fit-28 ta' Frar 2014 inħareġ AOC Nru 135-052 għal PT. Elang Lintas Indonesia u fit-12 ta' Marzu 2014 inħareġ AOC Nru 135-053 għal PT. Elang Nusantara Air. Madanakollu, id-DGCA ma tawx evidenza li tiżgura li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawn it-trasportaturi tal-ajru tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(43) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi dawk l-erba' trasportaturi tal-ajru fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(44) Il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Kazakistan (is-CAC) se jissoktaw bil-għan ta' monitoraġġ tal-progress li s-CAC għamlu biex jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull trasportatur tal-ajru ċċertifikat fil-Kazakistan tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(45) Is-CAC għarrfu lill-Kummissjoni bl-iżviluppi relatati mal-ICVM li saret il-Kazakistan bejn is-27 ta' Mejju u l-4 ta' Ġunju 2014, fosthom dwar iż-żewġ każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (SSCs) li identifikat l-ICAO fl-2009. B'mod partikolari, is-CAC ġibdu l-attenzjoni li t-tħassib dwar il-ħruġ taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru ssolva, filwaqt li t-tieni tħassib dwar il-proċess għall-ħruġ taċ-ċertifikati lill-operaturi tal-ajru (l-AOCs) għad irid jissolva.

(46) Barra minn hekk, it-trasportatur tal-ajru Air Astana ta l-aġġornament regolari tiegħu dwar l-iżviluppi li għamel fejn tidħol is-sikurezza, l-aktar dwar l-aħħar bidliet li għamel fil-flotta tiegħu li bħalissa tista' topera fl-Unjoni. Ħafna miż-żidiet huma ajruplani ġodda li qed jinkrew b'kiri finanzjarja. Saru għadd ta' żidiet oħrajn fl-operazzjonijiet tal-preżent u dawk ippjanati.

(47) Mill-informazzjoni disponibbli dwar is-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-Kazakistan, jidher li l-awtoritajiet tal-avjazzjoni tal-Kazakistan għandhom nuqqas ta' spetturi mħarrġa u esperjenzati biżżejjed biex iwettqu l-kompiti taċ-ċertifikazzjoni biex jinħarġu l-AOCs u awtorizzazzjonijiet speċjali, u jidher ukoll li bħalissa ma jistgħux jiżguraw sorveljanza kontinwa fil-qasam tal-operazzjonijiet tat-titjir. Għalhekk l-awtoritajiet tal-Kazakistan huma mħeġġa sew biex jibqgħu jirriformaw is-settur tal-avjazzjoni tagħhom u biex isiru konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(48) Il-Kummissjoni u l-EASA beħsiebhom isegwu mill-qrib il-progress tas-CAC meta jimpjegaw, iżommu u jħarrġu l-ispetturi tagħhom, kif ukoll il-passi li jieħdu biex jimplimentaw il-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva fejn jidħlu l-bqija tal-SSCs.

(49) Fid-29 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni talbet informazzjoni aġġornata mingħand is-CAC dwar it-trasportaturi tal-ajru li s-CAC qed jissorveljaw, b'mod partikolari informazzjoni dwar ir-revoka jew is-sospensjoni ta' AOCs. Fit-tweġiba tagħhom, is-CAC għarrfu lill-Kummissjoni bl-AOCs li nħarġu fil-Kazakistan u taw evidenza dwar ir-revoka ta' tliet AOCs, jiġifieri l-AOC ta' Jet One, Luk Aero u Air Trust Aircompany.

(50) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex Jet One, Luk Aero u Air Trust Aircompany jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(51) L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lill-inġenji tal-ajru ta' Air Astana skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(52) B'ittri datati t-18 ta' Ottubru 2014 u t-13 ta' Novembru 2014, l-awtorità kompetenti tar-Repubblika Kirgiża (il-KG CAA) tat informazzjoni aġġornata dwar it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati f'dan il-pajjiż li bħalissa huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni. Skont dawn l-ittri u d-dokumentazzjoni li takkumpanjahom, il-KG CAA issospendiet l-AOCs ta' erba' trasportaturi tal-ajru, jiġifieri ta' Kyrgyz Airlines, SAEMES, Supreme Aviation u Click Airways, u ħassret l-AOC ta' Kyrgyz Trans Avia. Skont il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Kirgiża, jekk id-detentur taċ-ċertifikat sospiż ma japplikax għal proċedura taċ-ċertifikazzjoni sa tliet xhur mis-sospensjoni, is-sospensjoni tal-AOC tiegħu tkun tfisser daqslikieku r-revoka tagħha. Kyrgyz Airlines, SAEMES, Supreme Aviation u Click Airways m'applikawx għal din iċ-ċertifikazzjoni minn mindu ġie sospiż l-AOC tagħhom. Għalhekk l-AOCs tagħhom qed jitqiesu mħassra.

(53) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex Kyrgyz Airlines, SAEMES, Supreme Aviation, Click Airways u Kyrgyz Trans Avia jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(54) Baqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Libanu (id-DGCA tal-Libanu) bil-għan li jkun ikkonfermat li l-Libanu qed jindirizza n-nuqqasijiet li stabbilixxiet l-ICAO waqt il-ICVM li saret fil-Libanu mill-5 sal-11 ta' Diċembru 2012. Id-DGCA tal-Libanu stabbilixxew Pjan ta' Azzjoni Korrettiva u qed iwettqu dawn l-azzjonijiet, l-aktar fejn jidħol it-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza rigward iċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru fil-Libanu.

(55) Waqt laqgħa teknika tal-14 ta' Lulju 2014, id-DGCA tal-Libanu taw informazzjoni dwar il-bidla fit-tmexxija tagħhom, il-ħatra ta' persunal ġdid impjegat mad-DGCA tal-Libanu u ssekondat minn Middle East Airlines, l-identifikazzjoni ta' x'qed jikkawża t-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza u l-għarfien fil-livell politiku ta' x'titjib jeħtieġ isir fil-Libanu. Id-DGCA tal-Libanu taw il-lista sħiħa tal-AOCs attwali fil-Libanu u informazzjoni dwar it-tiġdid tal-AOC lil żewġ trasportaturi tal-ajru.

(56) Id-DGCA tal-Libanu għarrfu lill-Kummissjoni li r-rapport dwar ir-riżoluzzjoni tat-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza ntbagħat lill-ICAO. Iżda dawk l-azzjonijiet korrettivi għad iridu jiġu vverifikati.

(57) Fl-14 u fil-15 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni għamlet żjara informali lid-DGCA tal-Libanu. Matulha l-Libanu semma l-progress li għamlu d-DGCA minn Lulju 2014, l-aktar fejn tidħol il-komunikazzjoni tajba mal-Unjoni. It-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza li qajmet l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili, il-Libanu qed jieħdu bis-serjetà u reġa' dar kull AOC. Għalkemm għad m'hemmx awtorità tal-avjazzjoni ċivili awtonoma u b'biżżejjed riżorsi, id-DGCA tal-Libanu saħqu li d-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili issa għandu l-awtorità kollha biex isegwi l-aspetti kollha tas-sikurezza ta' kull linja tal-ajru. Fid-9 ta' Novembru 2014, il-Libanu ta informazzjoni addizzjonali dwar il-Pjan ta' Azzjoni tiegħu għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, fosthom pjanijiet biex tkun tista' tiġi żviluppata awtorità tal-avjazzjoni ċivili awtonoma.

(58) Fid-dawl ta' dan kollu, se jibqgħu jsiru konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Libanu skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(59) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mil-Libanu.

(60) Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(61) F'April 2012, l-awtoritajiet kompetenti tal-Libja (il-LYCAA) qablu li jillimitaw it-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati fil-Libja milli joperaw fl-Unjoni. Dan sar sabiex b'hekk il-LYCAA ikollhom iż-żmien biex jerġgħu joħorġu ċ-ċertifikati lit-trasportaturi tal-ajru u biex jistabbilixxu kapaċitajiet biżżejjed għas-sorveljanza ħalli jiżguraw il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(62) Il-Kummissjoni segwiet l-effettività ta' dawn ir-restrizzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għamlet konsultazzjonijiet regolari mal-LYCAA dwar il-progress tagħhom biex jirriformaw is-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili tagħhom.

(63) Sa Marzu 2014, kien osservat xi progress fil-livell tal-LYCAA u anki fil-livell tat-trasportaturi tal-ajru ewlenin, il-Libyan Airlines u l-Afriqiyah Airways. Madankollu, iċ-ċertifikazzjoni ta' dawk it-trasportaturi tal-ajru ħadet aktar fit-tul milli kien mistenni.

(64) Bħalma stqarret il-Kummissjoni f'April 2014, qabel ma l-LYCAA jitħallew joħorġu awtorizzazzjoni lit-trasportaturi tal-ajru tagħhom biex joperaw fl-Unjoni, il-Kummissjoni trid tkun laqgħet b'sodisfazzjon li l-proċess ta' riċertifikazzjoni effettivament tlesta u li qed issir sorveljanza kontinwa sostenibbli skont l-istandards tal-ICAO.

(65) Iżda s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Libja ddgħajfet ġmielha f'Ġunju u f'Lulju 2014, l-aktar bil-vjolenza li kien hemm fl-ajruport internazzjonali ta' Tripli u fil-madwar. Din l-instabbiltà fis-sigurtà għadha prevalenti. Il-vjolenza qerdet sew u għamlet ħsarat kbar fil-bini, fl-infrastruttura u fl-inġenji tal-ajru wieqfa fl-ajruport internazzjonali ta' Tripoli, u allura l-ajruport u l-ispazju tal-ajru lokali ma setgħux jintużaw.

(66) Billi mhuwiex ċar jekk il-LYCAA humiex kapaċi jissorveljaw sew it-trasportaturi tal-ajru tagħhom, wara l-atti ta' vjolenza u minħabba n-nuqqas ta' gvern stabbli u effettiv, il-Kummissjoni m'għadx għandha l-fiduċja meħtieġa li l-LYCAA għad għandhom l-awtorità biex jillimitaw l-operazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni mhix konvinta li l-LYCAA kapaċi jwettqu l-obbligi internazzjonali tagħhom rigward is-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru tagħhom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni mħassba wkoll dwar l-għadd ġmielu ta' inġenji tal-ajru li ġralhom il-ħsara waqt il-vjolenza u qed tistaqsi jekk l-ajrunavigabbiltà kontinwa tagħhom hix qed titqies kif jixraq.

(67) Mill-preżentazzjoni orali li l-LYCAA taw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru fil-25 ta' Novembru 2014, dwar l-azzjonijiet meħuda biex tkun żgurata s-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Libja joħroġ ċar li, minkejja l-isforzi tal-LYCAA bit-tmexxija fil-preżent, għad baqa' bosta kwistjonijiet ta' tħassib dwar riskji imminenti tas-sikurezza tal-avjazzjoni li għadhom ma xxejnux. Dan it-tħassib ikompli jiżdied ġmielu bl-instabbiltà li hemm bħalissa.

(68) Billi mhuwiex ċar jekk il-LYCAA humiex kapaċi jissorveljaw sew lit-trasportaturi tal-ajru Libjani u jikkontrollaw ir-riskji imminenti tas-sikurezza, hu vvalutat li l-LYCAA ma jistgħux jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom fejn tidħol is-sikurezza tal-avjazzjoni.

(69) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi kull trasportatur tal-ajru ċċertifikat fil-Libja li hemm fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(70) Issoktaw b'mod attiv il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar sabiex jiġi monitorjat il-progress li sar biex dawn l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw is-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull trasportatur tal-ajru ċċertifikat fil-Madagaskar f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(71) Fit-23 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni bl-għajnuna tal-EASA organizzat laqgħa ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar u mar-rappreżentanti tat-trasportatur tal-ajru Air Madagascar. Matulha t-trasportatur tal-ajru ta informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-flotta tiegħu u fost l-oħrajn għarraf li mill-2015, żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737 imsemmija fl-Anness B tar-Regolament (UE) Nru 474/2006 se jinbidlu ftit ftit minn inġenji tal-ajru tal-istess tip, u li matul l-ewwel kwart tal-2015, mal-flotta tiegħu se jiżdied inġenju tal-ajru tat-tip ATR 72-600.

(72) Fl-10 ta' Novembru 2014, it-trasportatur tal-ajru Air Madagascar talab li jinbidel l-Anness B biex l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737 li se jieħdu post l-inġenji tal-ajru eżistenti tat-tip Boeing 737 fil-flotta tiegħu u l-inġenju tal-ajru tat-tip ATR 72-600 li se jiżdied mal-flotta, jitħallew joperaw.

(73) Air Madagascar wera evidenza li l-prestazzjoni tas-sikurezza tal-flotta tiegħu tjiebet. Rigward l-operazzjonijiet li saru bl-inġenju tal-ajru tat-tip Boeing B737, l-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar iddikjaraw li jinsabu sodisfatti bil-livell attwali ta' konformità li wera Air Madagascar fejn jidħlu r-rekwiżiti tal-IACO. Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-EASA kkonfermaw li ma rriżultat l-ebda kwistjoni speċifika mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fl-ajruporti tal-Unjoni fil-qafas tal-programm tas-SAFA.

(74) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li fir-rigward ta' Air Madagascar għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni. L-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat biex ikunu jistgħu isiru operazzjonijiet bl-inġenji tal-ajru tat-tip B737 u tat-tip ATR 72/42, li huma mniżżla fl-AOC ta' Air Madagascar, jew li se jitniżżlu fih.

(75) L-Istati Membri se jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lill-inġenji tal-ajru ta' Air Madagascar skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(76) L-EASA għarrfet lill-Kummissjoni b'rapporti li juru nuqqasijiet serji fil-qasam tas-sikurezza u nuqqas kontinwu min-naħa tat-trasportatur tal-ajru Mauritania Airlines International (MAI) biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati bi spezzjonijiet fir-rampa li saru bil-programm SAFA. Dawn in-nuqqasijiet huma relatati mal-preparazzjoni tat-titjiriet u mal-kalkoli tal-prestazzjoni. Minkejja tjiebet xi ftit il-kundizzjoni tal-inġenji tal-ajru, in-natura u s-severità tas-sejbiet riċenti għandhom impatt dirett fuq is-sikurezza tal-operazzjonijiet u għalhekk jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet korrettivi.

(77) Il-Kummissjoni għarrfet direttament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (l-ANAC) u lil Mauritania Airlines International (MAI) dwar dawk in-nuqqasijiet, biex ikunu jistgħu jieħdu azzjonijiet ta' mitigazzjoni mingħajr dewmien. L-ANAC laqgħu dan it-tagħrif u rrappurtaw lura għadd ta' azzjonijiet korrettivi u r-riżultati tal-aħħar awditu tal-ICAO fl-oqsma tal-ajrudromi u tas-servizzi tal-ajrunavigabbiltà.

(78) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika Islamika tal-Mawritanja.

(79) Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(80) L-awtoritajiet kompetenti tal-Możambik (l-IACM) irrapportaw fuq l-implimentazzjoni attwali tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva li ressqu lill-ICAO, u li din approvat. L-aħħar rapport ta' progress u d-dokumenti ta' sostenn tiegħu li waslu għand il-Kummissjoni u l-EASA fis-26 ta' Settembru 2014 juru li l-IACM baqgħu jaħdmu fuq l-aġġornament tal-qafas legali billi ressqu proposti leġiżlattivi biex jibqgħu jallinjaw l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili mar-rekwiżiti tal-ICAO, biex minn sempliċiment regolatur isiru awtorità u biex jibqgħu jsegwu l-allinjament tar-regolamenti eżistenti tagħhom mal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati tal-ICAO (-SARPS) emendati. Se jissoktaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal ħalli tkompli tissaħħaħ il-kapaċità tas-sorveljanza, l-aktar fl-oqsma tal-operazzjonijiet u l-għoti ta' liċenzji, tal-ajrudromi, tal-ajrunavigabbiltà u tat-tfassil tar-regoli u tal-infurzar. L-isforzi interni biex tissawwar il-kapaċità jissaħħu bi sħubijiet mal-awtoritajiet Afrikani u Ewropej, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet reġjonali. Għall kull ajruport saret analiżi tan-nuqqasijiet fiċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudromi u ntalab pjan dettaljat taċ-ċertifikazzjoni tal-ajruporti internazzjonali (Maputo, Beira u Nacala) bil-ħsieb li l-proċess jinbeda fl-2015. Għaddejja l-ħidma biex jinħoloq il-Programm għas-Sikurezza tal-Istat li mistenni jitlesta sal-2017.

(81) L-IACM issoktaw jindirizzaw is-sejbiet pendenti tal-USOAP fejn jidħlu l-mistoqsijiet assoċjati tal-protokoll. Barra minn hekk, tfasslu ħafna mir-regolamenti u mill-proċeduri meħtieġa biex isostnu t-tweġibiet, u d-dokumentazzjoni assoċjata ttellgħet onlajn permezz tas-CMA, l-għodda onlajn tal-ICAO. Il-validazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet mill-ICAO għadha pendenti.

(82) L-IACM talbu ICVM biex tivvalida l-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva tagħhom, u din skedata li ssir mis-26 ta' Novembru sal-4 ta' Diċembru 2014 u se tkopri l-oqsma tal-leġiżlazzjoni, l-organizzazzjoni tas-CAA, l-ajrudromi u s-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.

(83) Ingħaraf il-progress ġmielu li għamlu l-IACM fejn tidħol it-tiswija tan-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO u dawn qed jitħeġġew ikomplu l-isforzi tagħhom ħalli jirnexxilhom iwaqqfu sistema tal-avjazzjoni li tikkonforma għalkollox mal-istandards internazzjonali. Minħabba l-progress sinifikanti li diġà nkiseb u l-progress ulterjuri mistenni, fl-aħħar kwart tal-2015 jaf issir missjoni ta' valutazzjoni tas-sikurezza tal-UE. Iżda għalissa, xorta jibqa' l-fatt li bosta kwistjonijiet importanti relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni għad iridu jiġu indirizzati bis-sħiħ u kif xieraq.

(84) L-investigazzjoni dwar l-inċident tat-trasportatur tal-ajru Linhas Aéreas de Moçambique S.A. (il-LAM) li sar fid-29 ta' Novembru 2013 għadha għaddejja. L-aħħar rapport tal-inċident mistenni joħroġ sal-aħħar tal-2014. Wara l-inċident, il-LAM għamel rieżami estensiv tat-taħriġ intern fis-sikurezza u s-sigurtà, tal-mekkaniżmi u l-proċeduri, u din irriżultat fl-implimentazzjoni ta' rekwiżiti organizzazzjonali u operazzjonali aktar eżiġenti. Paripassu ma' dan, tkompliet il-ħidma biex titjieb aktar is-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (l-SMS), l-aktar fejn jidħlu l-analiżi u l-iskambju tad-dejta dwar it-titjiriet.

(85) L-IACM irrappurtaw ukoll li baqgħu għaddejjin bil-proċess taċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru f'konformità mas-SARPS tal-ICAO. Skont il-lista li taw il-IACM, ġie ċċertifikat trasportatur tal-ajru ġdid, jiġifieri Makond Lda. Madankollu, l-IACM ma setgħux jagħtu evidenza li qed jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dak it-trasportatur tal-ajru tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(86) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex it-trasportatur tal-ajru Makond Lda jiżdied mal-lista fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(87) Il-Kummissjoni kompliet tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tan-Nepal (is-CAAN) biex tistabbilixxi kemm hi kapaċi timplimenta u tinfurza biżżejjed l-istandards internazzjonali tas-sikurezza li huma rilevanti.

(88) Biex twieġeb it-talba tal-Kummissjoni, is-CAAN ressqet dokumentazzjoni dwar il-progress li sar fl-attivitajiet tas-sorveljanza tas-sikurezza, inkluż in-nuqqasijiet li nnutat il-Kummissjoni fiż-żjara ta' valutazzjoni fin-Nepal fi Frar 2014, l-SSC tal-ICAO u kif ukoll l-awditi tal-ICAO.

(89) Fl-24 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni u l-EASA ltaqgħu mas-CAAN. Il-laqgħa ffukat l-aktar fuq il-progress li sar fl-oqsma tal-għoti tal-liċenzja lill-ekwipaġġ tal-ajru, iċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u s-sorveljanza tal-operazzjonijiet bl-ajru.

(90) Iżda jidher li ma sarx progress biżżejjed u jeħtieġu aktar żmien. B'mod partikolari, hemm it-tħassib li s'issa s-CAAN għadhom ma indirizzawx sew ir-rekwiżiti għall-ekwipaġġ tal-ajru li jaħdem f'ambjent b'aktar minn ekwipaġġ wieħed, l-aktar peress li r-rapport tal-inċident fatali tas-16 ta' Frar 2014 iqis in-nuqqas ta' taħriġ tal-ekwipaġġ bħala l-kawża probabbli tal-inċident.

(91) Barra minn hekk, għad hemm it-tħassib li s-CAAN mhumiex jagħmlu riċertifikazzjoni adegwata tat-trasportaturi tal-ajru, u jista' jkun li mhix tajba biex tiżgura li kull trasportatur tal-ajru tan-Nepal ikun konformi mar-rekwiżiti internazzjonali tas-sikurezza tal-ajru. Għalhekk is-CAAN huma mħeġġa jfittxu l-għajnuna ta' esperti fis-suġġett biex jivvalutaw il-proċess u jivverifikaw l-adegwatezza tiegħu filwaqt li jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa.

(92) Matul il-laqgħa li saret fil-11 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni, l-EASA, Nepal Airlines Corporation, Buddha Air, Shree Airlines, Tara Air u Yeti Airlines eżaminaw mill-ġdid il-progress tal-osservazzjonijiet taż-żjara ta' valutazzjoni li għamlet l-Unjoni fuq il-post u kwistjonijiet oħrajn dwar it-titjib fis-sikurezza tal-ajru fin-Nepal.

(93) Qed titqies inkoraġġanti l-kapaċità li għandhom ċertu trasportaturi tal-ajru biex jimmaniġġjaw ir-riskji tal-operazzjonijiet tagħhom f'livell li jista' juri kapaċità li jnaqqas ir-riskji li jġib in-nuqqas ta' sorveljanza biżżejjed min-naħa tas-CAAN. Madankollu, il-Kummissjoni jidhrilha li bħalissa, l-awtoritajiet kompetenti tan-Nepal ma jistgħux jimplimentaw u jinfurzaw biżżejjed l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza f'livell li jista' jiġġustifika t-tneħħija tal-projbizzjoni attwali tal-operat.

(94) Għandu jiġi nnutat ukoll li fil-25 ta' Awwissu 2014 il-Kummissjoni kitbet lis-CAAN biex tikseb informazzjoni aġġornata dwar trasportaturi tal-ajru li huma fis-sorveljanza tagħhom. F'ittra datata l-10 ta' Settembru 2014, is-CAAN għarrfu lill-Kummissjoni li mill-aħħar aġġornament ġie ċċertifikat inġenju tal-ajru wieħed, jiġifieri l-AOC Nru 082/2014 li nħareġ lil Manang Air Pvt. Ltd. fit-3 ta' Lulju 2014. Madankollu, is-CAAN ma tawx evidenza biex jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dan it-trasportatur tal-ajru tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(95) It-trasportaturi tal-ajru li fil-passat inħarġilhom AOC separat maħsub biss għall-operazzjonijiet internazzjonali tagħhom, issa sar jinħarġilhom AOC wieħed li jkopri kull operazzjoni. Minħabba f'hekk, is-CAAN ħassru l-AOC Nru 058/2010 lil Buddha Air (International Operations) u l-AOC Nru 059/2010 lil Shree Airlines (International Operations).

(96) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 tkun tinkludi t-trasportatur tal-ajru Manang Air Pvt., u biex mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 jitneħħew Buddha Air (International Operations) u Shree Airlines (International Operations).

(97) Fid-9 ta' April 2014, l-FAA ħabbret id-deċiżjoni tagħha li taġġorna l-istatus ta' konformità tal-Filippini minn kategorija 2 għal kategorija 1 minħabba l-programm ta' awditu tal-IASA (il-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Internazzjonali) tagħha. F'ittra datata l-24 ta' Lulju 2014 lill-Kummissjoni, l-Awtoritajiet tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Filippini (is-CAAP) jirreferu għad-deċiżjoni tal-FAA biex tiġi aġġornata l-kategorija ta' konformità tal-Filippini. Din l-ittra tirreferi wkoll għall-komunikazzjoni tal-ICAO li ssemmi li l-Filippini solvew l-SSCs identifikati qabel. Fl-aħħar nett, is-CAAP iddikjarat li l-għan tagħna li jmiss se jkun li titneħħa l-projbizzjoni tal-operat minn fuq it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini li kien għadhom soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni.

(98) F'ittra lis-CAAP datata t-22 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni tenniet li kull deċiżjoni biex jitneħħa xi trasportatur tal-ajru ċċertifikat fil-Filippini mil-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, trid timxi b'approċċ ibbażat fuq l-evidenza. Dwar dan, fl-4 ta' Novembru 2014 saret laqgħa teknika bejn esperti tal-Kummissjoni u tal-EASA u rappreżentanti għoljin mis-CAAP.

(99) L-evidenza li ppreżentat is-CAAP qabel u waqt il-laqgħa teknika tal-4 ta' Novembru 2014 tagħti dettalji dwar l-istruttura organizzattiva attwali tas-CAAP u dwar it-titjib propost biex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-sorveljanza tagħha. Ingħatat informazzjoni wkoll dwar l-attività fil-preżent tas-sorveljanza li s-CAAP twettaq fuq trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini. Is-CAAP semmiet ukoll titjib infrastrutturali li qed isir u tat aġġornament dwar aktar żvilupp li ġie propost fil-Programm għas-Sikurezza tal-Istat (SSP) tagħha.

(100) F'ittra li bagħtet fit-22 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni pproponiet ukoll li l-EASA tagħmel żjara ta' assistenza teknika fuq il-post fil-Filippini. Din iż-żjara saret matul il-ġimgħa tal-10 ta' Novembru 2014.

(101) Id-diskussjoni u l-evidenza li tat is-CAAP waqt laqgħa teknika fl-4 ta' Novembru 2014 jitqiesu inkoraġġanti rigward il-progress li għamlu l-awtoritajiet kompetenti tal-Filippini fejn tidħol is-sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini. Dan jagħti l-possibbiltà li fil-futur qrib issir missjoni ta' verifika fuq il-post tal-Unjoni.

(102) Iżda dwar l-għan tas-CAAP li tapplika biex titneħħa għalkollox il-projbizzjoni tal-operat fuq it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini, hemm bżonn jingħaraf li biex dan iseħħ jeħtieġ issir evalwazzjoni sħiħa tal-informazzjoni rilevanti kollha u l-eżitu tal-verifika fuq il-post tal-Unjoni jeħtieġ ikun sodisfaċenti.

(103) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Filippini.

(104) L-Istati Membri qablu li għandhom jivverifikaw il-konformità effettiva ta' Philippine Airlines u Cebu Pacific Air mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(105) Il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri baqgħu jsegwu mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa u li joperaw fl-Unjoni, inkluż bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lil ċertu trasportaturi tal-ajru Russi skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(106) Fil-15 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni ltaqgħet ma' rappreżentanti tat-trasportatur tal-ajru Kogalymavia biex tikkonferma l-effettività tal-miżuri meħuda minn dak it-trasportatur tal-ajru biex itejjeb ir-rekord tas-sikurezza tiegħu. B'mod ġenerali, il-progress li għamel Kogalymavia jidher sostenibbli. It-trasportatur tal-ajru hu mħeġġeġ jibqa' joħloq kultura pożittiva tas-sikurezza fl-organizzazzjoni tiegħi, fosthom b'rappurtar ta' informazzjoni essenzjali fejn tidħol is-sikurezza.

(107) Fis-6 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EASA u Stat Membru, iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (il-FATA). Din il-laqgħa saret biex tiżgura li dawn it-trasportaturi tal-ajru Russi jindirizzaw kif xieraq is-sejbiet li ħarġu fid-dieher kontrihom waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA matul l-aħħar 12-il xahar. Matul il-laqgħa, il-FATA impenjat ruħha li tistħarreġ aktar ir-raġunijiet ta' ċerti sejbiet u li ssegwi dawk il-każijiet li għadhom mingħajr konformità.

(108) Fil-21 ta' Novembru 2014, il-FATA għarrfet lill-Kummissjoni li kienet tat parir lit-trasportaturi tal-ajru tagħha biex jindirizzaw fil-ħin kull sejba li għadha pendenti fil-bażi tad-dejta tas-SAFA u biex japplikaw azzjonijiet korrettivi b'mod kontinwu ħalli jevitaw problemi fejn jidħlu l-ispezzjonijiet u s-sejbiet tas-SAFA.

(109) Mill-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li l-awtoritajiet Russi tal-avjazzjoni jew it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa m'għandhomx għalfejn jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru.

(110) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Federazzjoni Russa.

(111) Iżda l-Istati Membri qablu li għandhom jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru tal-Federazzjoni Russa mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. Jekk dawn l-ispezzjonijiet jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni kontra trasportaturi tal-ajru mill-Federazzjoni Russa f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(112) Wara żmien twil ta' skiet, fit-22 ta' Settembru 2014, l-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe (l-INAC) irrappurtaw il-progress li għamlu matul iż-żmien.

(113) Fit-28 ta' Mejju 2014, l-ICAO ħabbret li ssolvew il-każijiet ta' Tħassib Sinifikanti tas-Sikurezza fejn jidħlu l-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru u s-sorveljanza, u li tkun żgurata l-protezzjoni min-naħa tal-operaturi tal-ajrudromi. Għalhekk issa, São Tomé u Príncipe solvew il-każijiet kollha ta' Tħassib Sinifikanti tas-Sikurezza li ġew identifikati qabel.

(114) Bħalissa qed jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva li ressqu l-INAC. Is-sommarju tal-eżekuzzjoni tiegħu f'nofs April 2014 juri li 20 % tal-attivitajiet ippjanati għall-implimentazzjoni qabel l-aħħar ta' Novembru 2014 twettqu kif ippjanat, filwaqt li 25 % ta' dawn l-attivitajiet għadhom qed jitwettqu u l-55 % l-oħra għadhom ma bdewx u se jieħdu fit-tul aktar milli kien maħsub.

(115) L-INAC neħħew l-AOC ta' tmien trasportaturi tal-ajru, jiġifieri ta' British Gulf International Company Ltd, Executive Jet Services, Global Aviation Operation, Goliaf Air, Island Oil Exploration, Transafrik International Ltd, Transcargo u Transliz Aviation. L-INAC taw evidenza bil-miktub li tneħħew l-AOCs ta' dawk it-trasportaturi tal-ajru.

(116) Il-Kummissjoni tagħraf l-iżviluppi pożittivi li rrappurtaw l-INAC u tfaħħar b'mod partikolari t-tneħħija tal-AOCs tat-trasportaturi tal-ajru li kellhom il-bażi kummerċjali ewlenija tagħhom barra mill-pajjiż, kif ukoll it-tneħħija tal-inġenji tal-ajru kollha tagħhom mir-reġistru ta' São Tomé u Príncipe.

(117) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex dawk it-trasportaturi tal-ajru jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(118) L-INAC irrappurtaw ukoll li nħarġu AOCs lit-trasportaturi tal-ajru STP Airways u Africa's Connection. Madankollu, l-INAC ma setgħux jagħtu evidenza li qed jiżguraw li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawn it-trasportaturi tal-ajru tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(119) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi t-trasportaturi tal-ajru STP Airways u Africa's Connection fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(120) L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan (is-SCAA) ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni dwar erba' trasportaturi tal-ajru, jiġifieri dwar BADR Airlines (BDR), Nova Airlines (NOV), Sudan Airways (SUD) u Tarco Air (TRQ). Id-dokumenti ta' sostenn juru li dawk il-linji tal-ajru għandhom livelli differenti fil-ġestjoni tas-sikurezza. Iżda dawk id-dokumenti jissuġġerixxu li sar progress tajjeb bil-ħsieb li possibbilment titħejja missjoni ta' verifika tal-Unjoni fl-2015.

(121) Il-SCAA għarrfet ukoll lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-aħħar awditu tal-ICAO fl-oqsma tal-ajrudromi u tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Għalkemm dawn l-awditi jindirizzaw oqsma li ħafna minnhom m'għandhomx x'jaqsmu mal-oqsma tekniċi ta' tħassib primarju tal-Unjoni fejn jidħlu t-trasportaturi tal-ajru rreġistrati s-Sudan, jiġifieri l-oqsma tal-liċenzji tal-persunal, tal-operazzjonijiet u tal-ajrunavigabbiltà, dawn urew li l-SCAA għamlet ħilitha biex tindirizza l-kwistjonijiet kollha tas-sikurezza tal-avjazzjoni b'approċċ ħolistiku.

(122) Jidher li l-SCAA kisbet titjib sostenibbli b'mod realistiku u progressiv. Madankollu, għad trid issir valutazzjoni bir-reqqa ħalli jiġi identifikat jekk l-SCAA u t-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Sudan jissodisfawx l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Barra minn hekk, jeħtieġ issir aktar verifika permezz ta' missjoni ta' verifika tal-Unjoni qabel ma jkunu jistgħu jitqiesu xi proposti għal emendi fil-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni.

(123) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mis-Sudan.

(124) B'ittra datata l-15 ta' Mejju 2014, id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja rrapporta lill-Kummissjoni li l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja (iż-ZCAA) hi operattiva u qed tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħha. Dik l-ittra tat ukoll aġġornament tal-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti, inkluż Pjan tas-Sikurezza li wasal għand il-Kummissjoni fil-5 ta' Awwissu 2014. Dak il-Pjan tas-Sikurezza jistabbilixxi aktar azzjonijiet li jeħtieġ jittieħdu biex fiż-Żambja tinħoloq sistema regolatorja u ta' sorveljanza li tkun effiċjenti u effettiva, u fih miri ċari għal żmien qasir, medju u fit-tul.

(125) Jidher li d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja għamel progress u l-awtoritajiet taż-Żambja huma mħeġġa jkomplu jagħmlu aktar titjib ħalli fil-mument opportun u wara li ssir il-verifika meħtieġa, ir-restrizzjonijiet attwali jerġgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Iżda sal-lum għad baqa' bosta nuqqasijiet importanti x'jissewwew, notevolment rigward l-istabbiliment taż-ZCAA, fosthom b'għadd adegwat ta' persunal imħarreġ sew, u l-aġġornament ta' leġiżlazzjoni u regolamenti li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Annessi tal-ICAO li ġew identifikati fil-Pjan tas-Sikurezza u li fir-rigward tagħhom għad iridu jitwettqu l-azzjonijiet korrispondenti.

(126) Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, hu vvalutat li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru miż-Żambja.

(127) Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħraf il-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jixraq, b'urġenza. Għalhekk hemm bżonn li, biex titħares l-informazzjoni sensittiva u biex jonqsu kemm jista' jkun l-impatti kummerċjali, jiġu ppubblikati d-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni tal-operat fl-Unjoni, u jidħlu fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħhom.

(128) Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(129) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 hu emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) l-Anness A jinbidel bit-test tal-Anness A ta' dan ir-Regolament;

(2) l-Anness B jinbidel bit-test tal-Anness B ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2014. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Violeta Bulc Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS A LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FL-UE, B'EĊĊEZZJONIJIET

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif juri l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti) In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (AOC) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru Stat tal-Operatur BLUE WING AIRLINES SRBWA-01/2002 BWI Is-Surinam MERIDIAN AIRWAYS LTD AOC 023 MAG Ir-Repubblika tal-Gana It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan ARIANA AFGHAN AIRLINES AOC 009 AFG Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan KAM AIR AOC 001 KMF Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan PAMIR AIRLINES Mhux magħruf PIR Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan SAFI AIRWAYS AOC 181 SFW Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' TAAG Angola Airlines li ddaħħal fl-Anness B, inklużi Ir-Repubblika ta' Angola AEROJET AO 008-01/11 TEJ Ir-Repubblika ta' Angola AIR GICANGO 009 Mhux magħruf Ir-Repubblika ta' Angola AIR JET AO 006-01/11-MBC MBC Ir-Repubblika ta' Angola AIR NAVE 017 Mhux magħruf Ir-Repubblika ta' Angola AIR26 AO 003-01/11-DCD DCD Ir-Repubblika ta' Angola ANGOLA AIR SERVICES 006 Mhux magħruf Ir-Repubblika ta' Angola DIEXIM 007 Mhux magħruf Ir-Repubblika ta' Angola FLY540 AO 004-01 FLYA Mhux magħruf Ir-Repubblika ta' Angola GIRA GLOBO 008 GGL Ir-Repubblika ta' Angola HELIANG 010 Mhux magħruf Ir-Repubblika ta' Angola HELIMALONGO AO 005-01/11 Mhux magħruf Ir-Repubblika ta' Angola MAVEWA 016 Mhux magħruf Ir-Repubblika ta' Angola SONAIR AO 002-01/10-SOR SOR Ir-Repubblika ta' Angola It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Benin responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi Ir-Repubblika ta' Benin AERO BENIN PEA Nru 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS AEB Ir-Repubblika ta' Benin AFRICA AIRWAYS Mhux magħruf AFF Ir-Repubblika ta' Benin ALAFIA JET PEA Nru 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS Mhux magħruf Ir-Repubblika ta' Benin BENIN GOLF AIR PEA Nru 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS. BGL Ir-Repubblika ta' Benin BENIN LITTORAL AIRWAYS PEA Nru 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS. LTL Ir-Repubblika ta' Benin COTAIR PEA Nru 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS. COB Ir-Repubblika ta' Benin ROYAL AIR PEA Nru 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS BNR Ir-Repubblika ta' Benin TRANS AIR BENIN PEA Nru 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS TNB Ir-Repubblika ta' Benin It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi Ir-Repubblika tal-Kongo AERO SERVICE RAC06-002 RSR Ir-Repubblika tal-Kongo CANADIAN AIRWAYS CONGO RAC06-012 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Kongo EMERAUDE RAC06-008 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Kongo EQUAFLIGHT SERVICES RAC 06-003 EKA Ir-Repubblika tal-Kongo EQUAJET RAC06-007 EKJ Ir-Repubblika tal-Kongo EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A. RAC 06-014 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Kongo MISTRAL AVIATION RAC06-011 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Kongo TRANS AIR CONGO RAC 06-001 TSG Ir-Repubblika tal-Kongo It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) AFRICAN AIR SERVICE COMMUTER 104/CAB/MIN/TVC/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) AIR BARAKA 409/CAB/MIN/TVC/002/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) AIR CASTILLA 409/CAB/MIN/TVC/007/2010 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) AIR FAST CONGO 409/CAB/MIN/TVC/0112/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) AIR KASAI 409/CAB/MIN/TVC/0053/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) AIR KATANGA 409/CAB/MIN/TVC/0056/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) AIR MALEBO 409/CAB/MIN/TVC/0122/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) AIR TROPIQUES 409/CAB/MIN/TVC/00625/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) ARMI GLOBAL BUSINESS AIRWAYS 409/CAB/MIN/TVC/029/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) BIEGA AIRWAYS 409/CAB/MIN/TVC/051/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) BLUE AIRLINES 106/CAB/MIN/TVC/2012 BUL Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) BLUE SKY 409/CAB/MIN/TVC/0028/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) BUSINESS AVIATION 409/CAB/MIN/TVC/048/09 ABB Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) BUSY BEE CONGO 409/CAB/MIN/TVC/0064/2010 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) CETRACA 105/CAB/MIN/TVC/2012 CER Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) CHC STELLAVIA 409/CAB/MIN/TVC/0078/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA) 409/CAB/MIN/TVC/0050/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) CONGO EXPRESS AIRLINES 409/CAB/MIN/TVC/059/2012 CXR Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) DOREN AIR CONGO 102/CAB/MIN/TVC/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) EAGLES SERVICES 409/CAB/MIN/TVC/0196/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) EPHRATA AIRLINES 409/CAB/MIN/TVC/040/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) FILAIR 409/CAB/MIN/TVC/037/2008 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) FLY CONGO 409/CAB/MIN/TVC/0126/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) GALAXY KAVATSI 409/CAB/MIN/TVC/0027/2008 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) GILEMBE AIR SOUTENANCE (GISAIR) 409/CAB/MIN/TVC/0082/2010 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) GOMA EXPRESS 409/CAB/MIN/TVC/0051/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) GOMAIR 409/CAB/MIN/TVC/011/2010 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) GTRA 409/CAB/MIN/TVC/0060/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS (ITAB) 409/CAB/MIN/TVC/0065/2010 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) JET CONGO AIRLINES 409/CAB/MIN/TVC/0011/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) KATANGA EXPRESS 409/CAB/MIN/TVC/0083/2010 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) KATANGA WINGS 409/CAB/MIN/TVC/0092/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) KIN AVIA 409/CAB/MIN/TVC/0059/2010 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) KORONGO AIRLINES 409/CAB/MIN/TVC/001/2011 KGO Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) LIGNES AERIENNES CONGOLAISES (LAC) Firma Ministerjali (ordinanza Nru 78/205) LCG Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) MANGO AIRLINES 409/CAB/MIN/TVC/009/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) MAVIVI AIR TRADE 409/CAB/MIN/TVC/00/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) OKAPI AIRLINES 409/CAB/MIN/TVC/086/2011 OKP Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) PATRON AIRWAYS 409/CAB/MIN/TVC/0066/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) PEGASUS 409/CAB/MIN/TVC/021/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) SAFE AIR 409/CAB/MIN/TVC/021/2008 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) SERVICES AIR 103/CAB/MIN/TVC/2012 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) SION AIRLINES 409/CAB/MIN/TVC/0081/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) STELLAR AIRWAYS 409/CAB/MIN/TVC/056/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) SWALA AVIATION 409/CAB/MIN/TVC/0084/2010 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) TRACEP CONGO 409/CAB/MIN/TVC/0085/2010 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) TRANSAIR CARGO SERVICES 409/CAB/MIN/TVC/073/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) WALTAIR AVIATION 409/CAB/MIN/TVC/004/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) WILL AIRLIFT 409/CAB/MIN/TVC/0247/2011 Mhux magħruf Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) WIMBI DIRA AIRWAYS 409/CAB/MIN/TVC/039/2008 WDA Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Ġibuti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż Ġibuti DAALLO AIRLINES Mhux magħruf DAO Ġibuti It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi Il-Ginea Ekwatorjali CEIBA INTERCONTINENTAL 2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS CEL Il-Ginea Ekwatorjali CRONOS AIRLINES 2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS Mhux magħruf Il-Ginea Ekwatorjali PUNTO AZUL 2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS Mhux magħruf Il-Ginea Ekwatorjali TANGO AIRWAYS Mhux magħruf Mhux magħruf Il-Ginea Ekwatorjali It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż L-Eritrea ERITREAN AIRLINES AOC Nru 004 ERT L-Eritrea NASAIR ERITREA AOC Nru 005 NAS L-Eritrea It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Gabon Airlines, Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi Ir-Repubblika Gaboniża AFRIC AVIATION 010/MTAC/ANAC-G/DSA EKG Ir-Repubblika Gaboniża AIR SERVICES SA 004/MTAC/ANAC-G/DSA RVS Ir-Repubblika Gaboniża AIR TOURIST (ALLEGIANCE) 007/MTAC/ANAC-G/DSA LGE Ir-Repubblika Gaboniża NATIONALE ET REGIONALE TRANSPORT (NATIONALE) 008/MTAC/ANAC-G/DSA NRG Ir-Repubblika Gaboniża SCD AVIATION 005/MTAC/ANAC-G/DSA SCY Ir-Repubblika Gaboniża SKY GABON 009/MTAC/ANAC-G/DSA SKG Ir-Repubblika Gaboniża SOLENTA AVIATION GABON 006/MTAC/ANAC-G/DSA SVG Ir-Repubblika Gaboniża It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Mandala Airlines, Ekspres Transportasi Antarbenua u Indonesia Air Asia, inklużi Ir-Repubblika tal-Indoneżja AIR BORN INDONESIA 135-055 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja AIR PACIFIC UTAMA 135-020 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja ALFA TRANS DIRGANTATA 135-012 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja ANGKASA SUPER SERVICES 135-050 LBZ Ir-Repubblika tal-Indoneżja ASCO NUSA AIR 135-022 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja ASI PUDJIASTUTI 135-028 SQS Ir-Repubblika tal-Indoneżja AVIASTAR MANDIRI 121-043 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja AVIASTAR MANDIRI 135-029 VIT Ir-Repubblika tal-Indoneżja BATIK AIR 121-050 BTK Ir-Repubblika tal-Indoneżja CITILINK INDONESIA 121-046 CTV Ir-Repubblika tal-Indoneżja DABI AIR NUSANTARA 135-030 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja DERAYA AIR TAXI 135-013 DRY Ir-Repubblika tal-Indoneżja DERAZONA AIR SERVICE 135-010 DRZ Ir-Repubblika tal-Indoneżja DIRGANTARA AIR SERVICE 135-014 DIR Ir-Repubblika tal-Indoneżja EASTINDO 135-038 ESD Ir-Repubblika tal-Indoneżja ELANG LINTAS INDONESIA 135-052 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja ELANG NUSANTARA AIR 135-053 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja ENGGANG AIR SERVICE 135-045 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja ERSA EASTERN AVIATION 135-047 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja GATARI AIR SERVICE 135-018 GHS Ir-Repubblika tal-Indoneżja HEAVY LIFT 135-042 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja INDONESIA AIR ASIA EXTRA 121-054 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja INDONESIA AIR TRANSPORT 121-034 IDA Ir-Repubblika tal-Indoneżja INTAN ANGKASA AIR SERVICE 135-019 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja JAYAWIJAYA DIRGANTARA 121-044 JWD Ir-Repubblika tal-Indoneżja JOHNLIN AIR TRANSPORT 135-043 JLB Ir-Repubblika tal-Indoneżja KAL STAR 121-037 KLS Ir-Repubblika tal-Indoneżja KARTIKA AIRLINES 121-003 KAE Ir-Repubblika tal-Indoneżja KOMALA INDONESIA 135-051 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja KURA-KURA AVIATION 135-016 KUR Ir-Repubblika tal-Indoneżja LION MENTARI AIRLINES 121-010 LNI Ir-Repubblika tal-Indoneżja MANUNGGAL AIR SERVICE 121-020 MNS Ir-Repubblika tal-Indoneżja MARTABUANA ABADION 135-049 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja MATTHEW AIR NUSANTARA 135-048 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja MERPATI NUSANTARA AIRLINES 121-002 MNA Ir-Repubblika tal-Indoneżja MIMIKA AIR 135-007 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja MY INDO AIRLINES 121-042 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja NAM AIR 121-058 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja NATIONAL UTILITY HELICOPTER 135-011 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja NUSANTARA AIR CHARTER 121-022 SJK Ir-Repubblika tal-Indoneżja NUSANTARA BUANA AIR 135-041 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja PACIFIC ROYALE AIRWAYS 121-045 PRQ Ir-Repubblika tal-Indoneżja PEGASUS AIR SERVICES 135-036 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja PELITA AIR SERVICE 121-008 PAS Ir-Repubblika tal-Indoneżja PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA 135-026 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja PURA WISATA BARUNA 135-025 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja RIAU AIRLINES 121-016 RIU Ir-Repubblika tal-Indoneżja SAYAP GARUDA INDAH 135-004 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja SKY AVIATION 121-028 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja SKY AVIATION 135-044 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja SMAC 135-015 SMC Ir-Repubblika tal-Indoneżja SRIWIJAYA AIR 121-035 SJY Ir-Repubblika tal-Indoneżja SURVEI UDARA PENAS 135-006 PNS Ir-Repubblika tal-Indoneżja SURYA AIR 135-046 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja TRANSNUSA AVIATION MANDIRI 121-048 TNU Ir-Repubblika tal-Indoneżja TRANSWISATA PRIMA AVIATION 135-021 TWT Ir-Repubblika tal-Indoneżja TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE 121-038 XAR Ir-Repubblika tal-Indoneżja TRAVIRA UTAMA 135-009 TVV Ir-Repubblika tal-Indoneżja TRI MG INTRA ASIA AIRLINES 121-018 TMG Ir-Repubblika tal-Indoneżja TRIGANA AIR SERVICE 121-006 TGN Ir-Repubblika tal-Indoneżja UNINDO 135-040 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Indoneżja WING ABADI AIRLINES 121-012 WON Ir-Repubblika tal-Indoneżja It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kazakistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Air Astana, inklużi Ir-Repubblika tal-Kazakistan AIR ALMATY AK-0483-13 LMY Ir-Repubblika tal-Kazakistan ATMA AIRLINES AK-0469-12 AMA Ir-Repubblika tal-Kazakistan AVIA-JAYNAR/AVIA-ZHAYNAR AK-0467-12 SAP Ir-Repubblika tal-Kazakistan BEK AIR AK-0463-12 BEK Ir-Repubblika tal-Kazakistan BEYBARS AIRCOMPANY AK-0473-13 BBS Ir-Repubblika tal-Kazakistan BURUNDAYAVIA AIRLINES KZ-01/001 BRY Ir-Repubblika tal-Kazakistan COMLUX-KZ KZ-01/002 KAZ Ir-Repubblika tal-Kazakistan EAST WING KZ-01/007 EWZ Ir-Repubblika tal-Kazakistan EURO-ASIA AIR AK-0472-13 EAK Ir-Repubblika tal-Kazakistan FLY JET KZ AK-0477-13 FJK Ir-Repubblika tal-Kazakistan INVESTAVIA AK-0479-13 TLG Ir-Repubblika tal-Kazakistan IRTYSH AIR AK-0468-13 MZA Ir-Repubblika tal-Kazakistan JET AIRLINES KZ-01/003 SOZ Ir-Repubblika tal-Kazakistan KAZAIR JET AK-0474-13 KEJ Ir-Repubblika tal-Kazakistan KAZAIRTRANS AIRLINE AK-0466-12 KUY Ir-Repubblika tal-Kazakistan KAZAVIASPAS AK-0484-13 KZS Ir-Repubblika tal-Kazakistan PRIME AVIATION AK-0478-13 PKZ Ir-Repubblika tal-Kazakistan SCAT KZ-01/004 VSV Ir-Repubblika tal-Kazakistan ZHETYSU AIRCOMPANY AK-0470-12 JTU Ir-Repubblika tal-Kazakistan It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi, Ir-Repubblika Kirgiża AIR BISHKEK (dak li kien EASTOK AVIA) 15 EAA Ir-Repubblika Kirgiża AIR MANAS 17 MBB Ir-Repubblika Kirgiża AVIA TRAFFIC COMPANY 23 AVJ Ir-Repubblika Kirgiża CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS) 13 CBK Ir-Repubblika Kirgiża HELI SKY 47 KTC Ir-Repubblika Kirgiża AIR KYRGYZSTAN 03 LYN Ir-Repubblika Kirgiża MANAS AIRWAYS 42 BAM Ir-Repubblika Kirgiża Mhux magħruf (dak li kien S GROUP AVIATION) 45 INT Ir-Repubblika Kirgiża SKY BISHKEK 43 BIS Ir-Repubblika Kirgiża SKY KG AIRLINES 41 KGK Ir-Repubblika Kirgiża SKY WAY AIR 39 SAB Ir-Repubblika Kirgiża TEZ JET 46 TEZ Ir-Repubblika Kirgiża VALOR AIR 07 VAC Ir-Repubblika Kirgiża It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja. Liberja It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż Il-Libja AFRIQIYAH AIRWAYS 007/01 AAW Il-Libja AIR LIBYA 004/01 TLR Il-Libja BURAQ AIR 002/01 BRQ Il-Libja GHADAMES AIR TRANSPORT 012/05 GHT Il-Libja GLOBAL AVIATION AND SERVICES 008/05 GAK Il-Libja LIBYAN AIRLINES 001/01 LAA Il-Libja PETRO AIR 025/08 PEO Il-Libja It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Możambik responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi Ir-Repubblika tal-Możambik AERO-SERVIÇOS SARL MOZ-08 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik CFM — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA MOZ-07 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik COA — COASTAL AVIATION MOZ-15 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik CPY — CROPSPRAYERS MOZ-06 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik CRA — CR AVIATION LDA MOZ-14 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik EMÍLIO AIR CHARTER LDA MOZ-05 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik ETA — EMPRESA DE TRANSPORTES AÉREOS LDA MOZ-04 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik HCP — HELICÓPTEROS CAPITAL LDA MOZ-11 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik KAY — KAYA AIRLINES, LDA MOZ-09 KYY Ir-Repubblika tal-Możambik LAM — LINHAS AÉREAS DE MOÇAMBIQUE S.A. MOZ-01 LAM Ir-Repubblika tal-Możambik MAKOND, LDA MOZ-20 MHUX MAGĦRUF Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik MEX — MOÇAMBIQUE EXPRESSO, SARL MEX MOZ-02 MXE Ir-Repubblika tal-Możambik OHI — OMNI HELICÓPTEROS INTERNATIONAL LDA MOZ-17 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik SAF — SAFARI AIR LDA MOZ-12 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik SAM — SOLENTA AVIATION MOZAMBIQUE, SA MOZ-10 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik TTA — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA MOZ-16 TTA Ir-Repubblika tal-Możambik UNIQUE AIR CHARTER LDA MOZ-13 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Możambik It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi Ir-Repubblika tan-Nepal AIR DYNASTY HELI. S. 035/2001 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal AIR KASTHAMANDAP 051/2009 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal BUDDHA AIR 014/1996 BHA Ir-Repubblika tan-Nepal FISHTAIL AIR 017/2001 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal GOMA AIR 064/2010 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal MAKALU AIR 057A/2009 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal MANANG AIR PVT LTD 082/2014 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal MOUNTAIN HELICOPTERS 055/2009 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal MUKTINATH AIRLINES 081/2013 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal NEPAL AIRLINES CORPORATION 003/2000 RNA Ir-Repubblika tan-Nepal SHREE AIRLINES 030/2002 SHA Ir-Repubblika tan-Nepal SIMRIK AIR 034/2000 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal SIMRIK AIRLINES 052/2009 RMK Ir-Repubblika tan-Nepal SITA AIR 033/2000 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal TARA AIR 053/2009 Mhux magħruf Ir-Repubblika tan-Nepal YETI AIRLINES DOMESTIC 037/2004 NYT Ir-Repubblika tan-Nepal It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Filippini responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Philippine Airlines u Cebu Pacific Air, inklużi: Ir-Repubblika tal-Filippini AEROEQUIPEMENT AVIATION 2010037 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini AIR ASIA PHILIPPINES 2012047 APG Ir-Repubblika tal-Filippini AIR JUAN AVIATION 2013053 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini AIR PHILIPPINES CORPORATION 2009006 GAP Ir-Repubblika tal-Filippini ASIA AIRCRAFT OVERSEAS PHILIPPINES INC. 2012048 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini ASIAN AEROSPACE CORPORATION 2012050 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini ASTRO AIR INTERNATIONAL 2012049 AAV Ir-Repubblika tal-Filippini AYALA AVIATION CORP. 4AN9900003 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini CANADIAN HELICOPTERS PHILIPPINES INC. 2010026 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini CM AERO SERVICES 20110401 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini CYCLONE AIRWAYS 2010034 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini FAR EAST AVIATION SERVICES 2009013 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini INAEC AVIATION CORP. 2010028 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini INTERISLAND AIRLINES 2010023 ISN Ir-Repubblika tal-Filippini ISLAND AVIATION 2009009 SOY Ir-Repubblika tal-Filippini ISLAND TRANSVOYAGER 2010022 ITI Ir-Repubblika tal-Filippini LION AIR 2009019 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini MACRO ASIA AIR TAXI SERVICES 2010029 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini MAGNUM AIR 2012051 MSJ Ir-Repubblika tal-Filippini MISIBIS AVIATION & DEVELOPMENT CORP 2010020 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini NORTHSKY AIR INC. 2011042 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini OMNI AVIATION CORP. 2010033 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini ROYAL AIR CHARTER SERVICES INC. 2010024 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini ROYAL STAR AVIATION, INC. 2010021 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini SOUTH EAST ASIAN AIRLINES 2009 004 SRQ Ir-Repubblika tal-Filippini SOUTH EAST ASIAN AIRLINES (SEAIR) INTERNATIONAL 2012052 SGD Ir-Repubblika tal-Filippini SOUTHERN AIR FLIGHT SERVICES 2011045 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini SUBIC SEAPLANE, INC. 2011035 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini WCC AVIATION COMPANY 2009015 Mhux magħruf Ir-Repubblika tal-Filippini ZEST AIRWAYS INCORPORATED 2009003 EZD Ir-Repubblika tal-Filippini It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sao Tome u Principe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi Sao Tome u Principe AFRICA'S CONNECTION 10/AOC/2008 ACH Sao Tome u Principe STP AIRWAYS 03/AOC/2006 STP Sao Tome u Principe It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sjerra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi Sjerra Leone AIR RUM, LTD MHUX MAGĦRUF RUM Sjerra Leone DESTINY AIR SERVICES, LTD MHUX MAGĦRUF DTY Sjerra Leone HEAVYLIFT CARGO MHUX MAGĦRUF Mhux magħruf Sjerra Leone ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD MHUX MAGĦRUF ORJ Sjerra Leone PARAMOUNT AIRLINES, LTD MHUX MAGĦRUF PRR Sjerra Leone SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD MHUX MAGĦRUF SVT Sjerra Leone TEEBAH AIRWAYS MHUX MAGĦRUF Mhux magħruf Sjerra Leone It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi Ir-Repubblika tas-Sudan ALFA AIRLINES 54 AAJ Ir-Repubblika tas-Sudan ALMAJAL AVIATION SERVICE 15 MGG Ir-Repubblika tas-Sudan BADER AIRLINES 35 BDR Ir-Repubblika tas-Sudan BENTIU AIR TRANSPORT 29 BNT Ir-Repubblika tas-Sudan BLUE BIRD AVIATION 11 BLB Ir-Repubblika tas-Sudan DOVE AIRLINES 52 DOV Ir-Repubblika tas-Sudan ELIDINER AVIATION 8 DND Ir-Repubblika tas-Sudan FOURTY EIGHT AVIATION 53 WHB Ir-Repubblika tas-Sudan GREEN FLAG AVIATION 17 Mhux magħruf Ir-Repubblika tas-Sudan HELEJETIC AIR 57 HJT Ir-Repubblika tas-Sudan KATA AIR TRANSPORT 9 KTV Ir-Repubblika tas-Sudan KUSH AVIATION 60 KUH Ir-Repubblika tas-Sudan MARSLAND COMPANY 40 MSL Ir-Repubblika tas-Sudan MID AIRLINES 25 NYL Ir-Repubblika tas-Sudan NOVA AIRLINES 46 NOV Ir-Repubblika tas-Sudan SUDAN AIRWAYS 1 SUD Ir-Repubblika tas-Sudan SUN AIR COMPANY 51 SNR Ir-Repubblika tas-Sudan TARCO AIRLINES 56 TRQ Ir-Repubblika tas-Sudan It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż Iż-Żambja ZAMBEZI AIRLINES Z/AOC/001/2009 ZMA Iż-Żambja

ANNESS B LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET TAGĦHOM HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET FL-OPERAZZJONIJIET FL-UE

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif juri l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti) In-numru taċ-Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru (AOC) In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru Stat tal-Operatur It-tip ta' inġenju tal-ajru ristrett Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkollu restrizzjoni L-Istat tar-reġistrazzjoni TAAG ANGOLA AIRLINES 001 DTA Ir-Repubblika ta' Angola Il-flotta kollha ħlief: 5 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777 u 4 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700. Il-flotta kollha ħlief: D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TEG, D2-TEH, D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH, D2-TBJ. Ir-Repubblika ta' Angola AIR ASTANA AK-0475-13 KZR Il-Kazakistan Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru tat-tip Beoing B767, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B757 u inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A319/320/321. Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B767, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B757, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta Airbus A319/320/321, kif jissemma fl-AOC. Aruba (Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) AIR SERVICE COMORES 06-819/TA-15/DGACM KMD Il-Komoros Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP. Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336). Il-Komoros AFRIJET 002/MTAC/ANAC-G/DSA ABS Ir-Repubblika Gaboniża Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, u 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900. Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR. Ir-Repubblika Gaboniża GABON AIRLINES 001/MTAC/ANAC GBK Ir-Repubblika Gaboniża Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Boeing B767-200. Il-flotta kollha ħlief: TR-LHP. Ir-Repubblika Gaboniża NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG) 003/MTAC/ANAC-G/DSA NVS Ir-Repubblika Gaboniża Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800. Il-flotta kollha ħlief: TR-AAG, ZS-AFG. Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel AIRLIFT INTERNATIONAL (GH) LTD AOC 017 ALE Ir-Repubblika tal-Gana Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip DC8-63F. Il-flotta kollha ħlief: 9G-TOP u 9G-RAC. Ir-Repubblika tal-Gana IRAN AIR FS100 IRA Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran Il-flotta kollha ħlief: l4-il inġenju tal-ajru tat-tip Airbus A300, 8 inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A310, u inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Boeing B737. Il-flotta kollha ħlief: Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran AIR KORYO GAC-AOC/KOR-01 KOR Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204. Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633. Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea AIR MADAGASCAR 5R-M01/2009 MDG Il-Madagaskar Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru tat-tip Beoing B767, inġenji tal-ajru tat-tip ATR 72/42 u 3 inġenji tal-ajru tat-tip DHC 6-300. Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip Beoing B767 kif jissemma fl-AOC, inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip ATR 72/42 kif jissemma fl-AOC; 5R-MGC, 5R-MGD, 5R-MGF. Ir-Repubblika tal-Madagaskar

EP-IBA,

EP-IBB,

EP-IBC,

EP-IBD,

EP-IBG,

EP-IBH,

EP-IBI,

EP-IBJ,

EP-IBM,

EP-IBN,

EP-IBO,

EP-IBS,

EP-IBT,

EP-IBV,

EP-IBX,

EP-IBZ,

EP-ICE,

EP-ICF,

EP-IBK,

EP-IBL,

EP-IBP,

EP-IBQ,

EP-AGA.

Versions

  1. 2014-12-11