Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1346/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jirrevoka d-dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

In forceVersion 2014-12-17from 2014-12-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/1346@2014-12-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. (21)
  3. (79) Tabella 1 Konsum fis-suq tal-Unjoni
  4. (91) Tabella 5 Importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku minn pajjiżi terzi oħra (l-Istati Uniti)
  5. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku) u b'mod partikolari l-Artikolu 9 u 11(2) tiegħu,

Billi: PROĊEDURA Il-miżuri fis-seħħ

(1) F'Lulju 2002, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1339/2002, il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv ta' 21 % fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-RPĊ) u dazju antidumping definittiv ta' 18,3 % fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja (l-investigazzjoni oriġinali).

(2) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1338/2002, il-Kunsill impona dazju kumpensatorju definittiv ta' 7,1 % fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja.

(3) Permezz tad-Deċiżjoni 2002/611/KE il-Kummissjoni aċċettat impenn fuq il-prezz fir-rigward kemm ta' miżuri antidumping u antisussidji fuq importazzjonijiet mill-Indja offruti minn esportatur produttur Indjan wieħed, jiġifieri Kokan Synthetics and Chemicals Pvt. Ltd (Kokan).

(4) Fi Frar 2004, permezz tar-Regolament (KE) Nru 236/2004, il-Kunsill żied ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-RPĊ minn 21 % għal 33,7 % wara investigazzjoni mill-ġdid għall-antiassorbiment.

(5) F'Marzu 2004, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/255/KE, il-Kummissjoni ħassret id-Deċiżjoni 2002/611/KE wara l-irtirar volontarju tal-impenn minn Kokan.

(6) Bid-Deċiżjoni 2006/37/KE, il-Kummissjoni aċċettat impenn ġdid fir-rigward kemm ta' miżuri antidumping kif ukoll ta' antisussidji fuq importazzjonijiet mill-Indja offruti minn Kokan. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1338/2002 u (KE) Nru 1339/2002 ġew emendati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 123/2006 kif xieraq.

(7) Skont ir-Regolament (KE) Nru 1000/2008, il-Kunsill impona dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Indja wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1010/2008, il-Kunsill impona dazji definittivi kompensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja u emenda l-livell tad-dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku Indjan wara rieżami ta' skadenza u interim.

Talba għal rieżami ta' skadenza

(8) Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta' skadenza imminenti tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Injda, fl-1 ta' Lulju 2013 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku). It-talba tressqet minn CUF — Quimicos Industriais (l-applikant jew CUF), l-uniku produttur ta' aċidu sulfaniliku fl-Unjoni, li b'hekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni.

(9) It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta' dumping u r-rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(10) Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru 2013 ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (in-Notifika ta' Bidu), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Investigazzjoni parallela

(11) Permezz tan-Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-16 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta' investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea tal-miżuri kompensatorji definittivi fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw mill-Indja.

L-investigazzjoni Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(12) L-investigazzjoni ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sal-30 ta' Settembru 2013 (il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami jew PIR). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2010 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, it-30 ta' Settembru 2013 (il-perjodu meqjus).

Partijiet konċernati

(13) Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u fl-Indja, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità sabiex jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika ta' bidu.

(14) L-uniku produttur tal-Unjoni, billi kien l-unika parti interessata li għamel talba għal dan, ingħata smigħ.

Kampjunar

(15) Fid-dawl tal-għadd apparentement kbir ta' produtturi esportaturi fl-Injda u fir-RPĊ u ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni, fin-notifika ta' bidu ġie previst it-teħid ta' kampjuni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk hux meħtieġ it-teħid ta' kampjuni u, jekk ikun, biex jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq kienu mitluba, li jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami u li jipprovdu t-tagħrif mitlub fin-Notifika ta' Bidu lill-Kummissjoni.

(16) Il-Kummissjoni rċeviet risposti għall-formula tal-kampjunar minn żewġ produtturi esportaturi Indjani u l-ebda tweġiba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Għalhekk, ma kien applikat l-ebda teħid ta' kampjun.

(17) Importatur wieħed mhux relatat wieġeb għall-formola ta' kampjunar madankollu ma importax il-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati u ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, ma kien applikat l-ebda teħid ta' kampjun.

(18) Peress li hemm biss produttur wieħed tal-Unjoni, it-teħid tal-kampjuni ma ġiex applikat għall-produtturi tal-Unjoni.

L-investigazzjoni

(19) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-uniku produttur fl-Unjoni, liż-żewġ produtturi esportaturi fl-Indja, lil importaturi magħrufa u lil utenti mill-Unjoni.

(20) Miż-żewġ importaturi esportaturi Indjani wieħed biss (Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd) issottometta tweġiba sħiħa. Dan il-produttur Indjan irrappreżenta parti kbira tat-total tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(21) Saru żjajjar ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(21)

(a) Produttur tal-Unjoni:

CUF — Quimicos Industriais, Estarreja, il-Portugall

(b) Produttur esportatur u produttur ta' pajjiż analogu:

Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd., Khed, l-Indja

(c) Utenti tal-Unjoni:

Blankophor GmbH, Leverkusen, il-Ġermanja

Hovione Farmaciencia SA, Loures, il-Portugall

IGCAR Chemicals, S.L., Rubi, Spanja.

IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(22) Il-prodott ikkonċernat huwa aċidu sulfaniliku attwalment klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex29214200 (kodiċi TARIC 2921420060). Hemm żewġ gradi ta' aċidu sulfaniliku, li huma determinati skont il-purità: grad tekniku u grad purifikat. Barra minn dan, il-grad ippurifikat kultant huwa kkummerċjalizzat bħala melħ ta' aċidu sulfaniliku. Aċidu sulfaniliku huwa użat bħala materja prima fil-produzzjoni ta' aġenti florexxenti li jbajdu, addittivi konkreti, koloranti alimentari, u żebgħa speċjali. Ġie innutat ukoll użu limitat mill-industrija farmaċewtika. Għalkemm mhux ikkuntestat li ż-żewġ gradi għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u għalhekk huma meqjusa bħala prodott wieħed uniku, huwa importanti li wieħed jinnota li l-investigazzjoni wriet li f'termini prattiċi l-interkambjabbiltà hija limitata B'mod partikolari, utenti li jiddependu fuq l-aċidu sulfaniliku fi grad purifikat setgħu jużaw grad tekniku f'każ biss li jkunu jistgħu jkomplu jippurifikawh huma stess. Dawk l-utenti li jeħtieġu jew jippreferu aċidu sulfaniliku ta' grad tekniku fit-teorija jistgħu jużaw grad purifikat, iżda minħabba d-differenza fil-prezz (20 %-25 %) dan mhuwiex ekonomikament vjabbli.

(23) L-aċidu sulfaniku huwa prodott ta' komodità pur u l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi tiegħu huma identiċi jkun xi jkun il-pajjiż tal-oriġini. Għalhekk, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti mmanifatturati u mibjugħa mill-produtturi esportaturi fl-Indja fis-swieq domestiċi tagħha u lill-pajjiżi terzi, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni nstab li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u essenzjalment l-istess użi u għalhekk huma meqjusa li huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

(24) Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk id-dumping kienx qed iseħħ fil-preżent u jekk kienx probabbli li d-dumping jissokta jew jerġa' jseħħ jekk possibbilment jiskadu l-miżuri fis-seħħ fuq ċerti importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Indja.

Il-kummenti preliminari Ir-RPĊ

(25) Mal-bidu tar-rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni kkuntattjat 39 produttur esportatur Ċiniż magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi. Ebda wieħed minn dawk il-produtturi ma ppreżenta ruħu u kkoopera.

(26) Il-Kummissjoni infurmat lill-awtoritajiet Ċiniżi u l-produtturi esportaturi kkonċernati dwar l-intenzjoni tagħha li tuża l-aħjar fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha fuq il-bażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-partijiet ma ssottomew l-ebda kumment f'dan ir-rigward.

(27) Konsegwentement, is-sejbiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping kellhom jiġu bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri l-informazzjoni mressqa mill-applikant, b'mod partikolari l-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami, u d-dejta tal-Eurostat.

(28) Kwantità minuri biss tal-prodott ikkonċernat kienet importata mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

L-Indja

(29) Mal-bidu tar-rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni kkuntattjat 25 produttur esportatur Indjan magħruf, li minnhom wieħed, jiġifieri Kokan, bagħat it-tweġibiet għall-kwestjonarju u kkoopera fl-investigazzjoni. Il-kumpanija kienet qed tirrappreżenta l-maġġoranza tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(30) Matul il-perjodu kkunsidrat, dak il-produttuer esportatur opera taħt impenn fuq il-prezz aċċettat mill-Kummissjoni, liema impenn instab li kien rispettat.

Dumping Ir-RPĊ Il-pajjiż analogu

(31) Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie ddeterminat abbażi tal-prezz jew il-valur kostrutt miksub f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xierqa (il-pajjiż analogu).

(32) Fl-investigazzjoni oriġinali, l-Indja ntużat bħala pajjiż analogu għall-iskop tal-istabbiliment tal-valur normali fir-rigward tar-RPĊ. In-Notifika ta' Bidu tindika l-Indja bħala pajjiż analogu, u l-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkummentaw dwar l-għażla. Ma waslu l-ebda kummenti u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-Indja ma kinitx l-aktar għażla xierqa. L-industrija tal-Unjoni pproponiet lill-Istati Uniti bħala pajjiż analogu, fit-talba għal rieżami, madankollu minħabba li hemm biss produttur wieħed fl-Istati Uniti u li s-suq fl-Istati Uniti ilu protett minn dazji antidumping u kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku miċ-Ċina u l-Indja għal aktar minn 20 sena, din il-proposta ġiet miċħuda. Għalhekk, l-Indja ntgħażlet bħala pajjiż analogu f'din l-investigazzjoni, ukoll.

(33) Id-dejta tal-produttur esportatur Indjan li kkoopera kienet għalhekk użata.

Valur normali

(34) Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tad-dejta vverifikata tal-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu, jiġifieri Kokan. Il-bejgħ domestiku kien użat bħala bażi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali (ara l-premessi (42) — (47)).

Il-prezz tal-esportazzjoni

(35) Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u għalhekk fin-nuqqas ta' informazzjoni speċifika dwar il-prezzijiet Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta' fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal dak l-għan ġew użati s-sorsi tal-istatistika (Eurostat). Huwa meqjus li dan is-sors ta' informazzjoni huwa qrib il-prezzijiet attwali mitluba mill-esportaturi Ċiniżi lill-konsumaturi fl-Unjoni.

Tqabbil

(36) It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta' prezz mill-fabbrika.

(37) Skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, fejn meħtieġ ingħatat konċessjoni xierqa lill-prezz tal-esportazzjoni f'forma ta' aġġustamenti. Sabiex jiġi espress il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ta' prezz mill-fabbrika, u abbażi tal-informazzjoni mressqa fit-talba għal rieżami, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz CIF abbażi tal-Eurostat għall-ispejjeż tal-ġarr, l-assigurazzjoni, il-maniġġ u ta' kreditu. Dawn l-aġġustamenti rrappreżentaw bejn 5 % sa 10 % tal-prezz CIF.

Dumping

(38) Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping kien stabbilit fuq bażi ta' tqabbil bejn il-medja ponderata tal-valur normali u l-medja ponderata tal-valur ta'esportazzjoni.

(39) Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar l-importazzjoni fit-taħlita tal-prodott. Fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-kwantitajiet ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku ppurifikat u tekniku, madankollu ġie meqjus li anki jekk wieħed jassumi li l-importazzjonijiet kollha kienu ta' aċidu sulfaniliku ta' grad purifikat, li huwa medja ta' 20 % aktar għaljin minn grad tekniku, il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Eurostat kienu f'livell li, meta mqabbla mal-valuri normali tal-pajjiż analogu, ma wrewx l-eżistenza ta' dumping.

(40) Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (28), il-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina kienu baxxi ħafna matul il-PIR. Huwa ġeneralment aċċettat fl-industriji kkonċernati li kwantità żgħira, ta' trasportazzjonijiet ad-hoc ta' aċidu sulfaniliku għandhom prezzijiet tal-unità konsederevolment ogħla minn ordnijiet regolari ta' kwantitajiet ikbar, li jista' jispjega l-livell għoli tal-prezzijiet tal-importazzjoni rrapportati mill-Eurostat.

(41) Għalhekk, għalkemm jidher li hemm dumping negattiv miċ-ċifri disponibbli, tali konklużjoni tista' tkun ta' rilevanza limitata minħabba l-kwantitajiet importati baxxi u n-nuqqas ta' informazzjoni dwar it-taħlita tal-prodott importat, li hija importanti minħabba d-differenza sinifikanti ta' prezz bejn il-gradi purifikati u tekniċi.

L-Indja Valur normali

(42) Il-bejgħ domestiku mill-uniku produttur esportatur li kkoopera ta' kull tip tal-prodott ikkonċernat inbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi u saru fil-kors ordinarju tal-kummerċ fis-sens tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(43) Għal kull tip ta' prodott, ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgħ bi qligħ lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami.

(44) Il-bejgħ domestiku kollu kien sar bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-prezz ikkalkolat tal-produzzjoni u għalhekk il-bejgħ domestiku bi profitt irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta' kull tip ta' prodott. Bħala konsegwenza ta' dan, għal kull wieħed mit-tipi tal-prodotti, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkulat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip li sar matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(45) L-applikant iddikjara li l-pressjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi li jkunu deħlin fis-suq Indjan għawweġ il-prezzijiet domestiċi Indjani u, b'hekk, il-valur normali ta' determinazzjoni.

(46) Kif intqal iktar 'il fuq fil-premessa (44), bejgħ domestiku bi profitt irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' kull tip ta' prodott u għalhekk il-valur normali kellu jiġi bbażat fuq il-prezz domestiku attwali. Fi kwalunkwe każ, irrispettivament minn jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi eżerċitaw pressjoni 'l isfel fuq is-suq domestiku Indjan, il-valur normali huwa ddeterminat b'tali mod li tali pressjoni ma taffettwax l-valutazzjoni. Fil-fatt, jekk 80 % jew inqas ta' bejgħ ta' tip ta' prodott partikolari sar bi profitt, il-valur normali ta' determinazzjoni għandu jkun ibbażat biss fuq dan il-bejgħ bi profitt. Barra minn hekk, jekk il-bejgħ kollu ta' tip ta' prodott partikolari beda jagħmel it-telf, il-valur normali jkun ibbażat fuq l-ispiża sħiħa ta' produzzjoni u marġni ta' profitt raġonevoli.

(47) Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-istqarrija li għamel l-applikant hija irrilevanti sa fejn għandu x'jaqsam il-kalkolu tal-valur normali.

Il-prezz tal-esportazzjoni

(48) Fejn il-prodott ikkonċernat ġie esportat lill-konsumaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu.

(49) L-applikant stqarr li hemm kontradizzjoni bejn l-evoluzzjoni tal-prezz ta' benżin u l-evoluzzjoni tal-prezz tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni. Kien tal-opinjoni li din saħansitra kienet aktar eċċezzjonali peress li sostna li l-prezz minimu tal-impenn aċċettat mill-Kummissjoni kien indiċjat abbażi tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-benżin. L-applikant allega wkoll li dan l-impenn tal-prezz wassal għall-prezzijiet tal-esportazzjoni ewlenin tal-produtturi esportaturi Indjani mhux rappreżentattivi.

(50) Il-Kummissjoni sabet li l-benżin bħala materja prima għall-produzzjoni ta' anilina, li huwa l-materja prima ewlenija ta' aċidu sulfaniliku, ma jistax jirrappreżenta aktar minn bejn 50 % sa 60 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-klawżola ta' indiċjar tal-impenn tal-prezz jillimita l-effett tal-evoluzzjonijiet tal-prezz tal-benżin fuq il-prezz minimu. Fl-aħħar nett, ir-rispett tal-impenn tal-prezz minimu ġie kkontrollat matul il-verifika fuq il-post u nstab li l-livelli ta' prezzijiet tal-esportazzjoni kienu konsiderevolment u b'mod konsistenti ogħla mill-prezzijiet minimi previsti fl-impenn, u b'hekk ġie limitat l-impatt tiegħu.

(51) L-applikant allega wkoll li probabbilment il-produtturi esportaturi Indjani għamlu kwantità żgħira ta' trasportazzjonijiet għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, li kienu jattiraw prezzijiet spot għoljin, u b'hekk b'mod artifiċjali jiżdied il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni.

(52) L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda tali bejgħ magħmul minn Kokan, il-produttur esportatur Indjan prinċipali. Il-maġġoranza vasta (iktar minn 99 %) tal-bejgħ tal-esportaturi Indjani l-oħrajn lejn l-Unjoni nstabet ukoll li tikkonsisti minn kwantitajiet li ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala bejgħ immedjat.

(53) Abbażi tas-sejbiet ta' hawn fuq, l-allegazzjonijiet tal-applikant dwar in-nuqqas ta' rappreżentattività tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn l-Unjoni għandhom jiġu rrifjutati.

Tqabbil

(54) Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta' ex fabbrika. Għall-għanijiet tal-iżgurar ta' tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(55) Fuq din il-bażi, saru aġġustamenti għall-spejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni, spejjeż tal-maniġġ, it-tagħbija u anċillari, spejjeż tal-ippakkjar, spejjeż tal-kreditu, skontijiet u kummissjonijiet fejn pprovati li jaffettwaw l-paragunabilità tal-prezzijiet. Dan l-aġġustament jammonta għal bejn 6 % u 10 % tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni.

Dumping

(56) Kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ponderat stabbilit għall-prodott simili jitqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-prodott ikkonċernat.

(57) Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping ikkalkulat għall-produttur esportatur li kkoopera kien negattiv. Għalhekk, ma kienx hemm dumping matul il-PIR.

(58) L-applikant iddikjara li l-konklużjoni dwar in-nuqqas ta' dumping fil-livell tal-produttur esportatur prinċipali ma tistax tiġi estiża lill-produtturi Indjani l-oħra, minħabba li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu huma bbażati fuq prezz tal-importazzjoni minimu ta' impenn.

(59) Madankollu, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-akbar produttur esportatur Indjan ġew stabbiliti f'livelli konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet minimi tal-impenn tiegħu. Barra minn hekk, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi Indjani l-oħra bbażat fuq il-Eurostat instab li kien ogħla b'mod konsiderevoli mill-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur prinċipali. Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-bejgħ, tal-produttur esportatur li kkoopera rigward, tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, li mhuma suġġetti la għal impenn u lanqas għal dazji antidumping, ġew stabbiliti f'livell simili għal tal-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni u għaldaqstant mhux oġġett ta' dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani kienu stabbiliti b'mod indipendenti mill-impenn fuq il-prezz u skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

(60) L-istqarrija li għamel l-applikant li kellu jinsab dumping għall-produtturi esportaturi Indjani oħrajn kellha għalhekk tiġi miċħuda.

Il-probabilità ta' rikorrenza tad-dumping Il-kummenti preliminari

(61) Fl-Istati Uniti miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġinaw fl-Indja u fir-RPĊ, u miżuri kompensatorji rigward l-Indja ilhom fis-seħħ mill-1992. Fl-2011, id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti estenda d-dazji kompensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet mill-Indja f'livell ta' 43,7 % u l-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet kemm għall-Indja kif ukoll mir-RPĊ, li jvarjaw minn 19,1 % sa 114,8 %. Il-livell tal-miżuri effettivament għalaq is-suq tal-Istati Uniti għal importazzjonijiet Indjani u Ċiniżi.

Ir-RPĊ

(62) Il-kapaċità tal-produzzjoni disponibbli fir-RPĊ kienet stmata fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-produttur tal-Unjoni u l-uniku produttur tal-Istati Uniti Nation Ford Chemical Company (NFC) fl-investigazzjoni ta' analiżi sunset tal-Istati Uniti dwar il-miżuri antidumping fuq l-aċidu sulfaniku li joriġina miċ-Ċina (Pubblikazzjoni USITC 4270).

(63) NFC indikat li l-kapaċitajiet installati fir-RPĊ jippermettu li jipproduċu 65500 tunnellata ta' aċidu sulfaniliku kull sena li huwa skont l-istima tal-applikant li sostna, abbażi ta' studju mħejji minn l-industrija Ċiniża, li l-kapaċità disponibbli fiċ-Ċina hija fil-medda ta' bejn 65500 u 82000 tunnellata. Il-kapaċità żejda hija stmata għal 20 % li tammonta għal bejn 13100 tunnellata u 16400 tunnellata. Dan huwa aktar minn darbtejn il-livell tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(64) Kien ukoll allegat mill-applikant li l-esportaturi Ċiniżi rnexxielhom ukoll jidħlu fis-suq Indjan u ssostanzja din l-allegazzjoni billi bagħat dejta statistika bbażata fuq il-bażi tad-dejta tal-Gvern Indjan tal-esportazzjoni/importazzjoni Indjana. Id-dejta indikat żieda importanti fl-importazzjonijiet Ċiniżi ta' aċidu sulfaniliku purifikat fl-Indja matul il-PIR meta mqabbel ma' perjodi preċedenti bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku ta' aċidu sulfaniliku purifikat tal-produttur Indjan li kkoopera. Peress li l-valur normali ta' aċidu sulfaniliku purifikat, billi jiġu kkunsidrati kif xieraq l-ispejjez ta' ġarr u assigurazzjoni, ġie stabbilit abbażi tal-bejgħ domestiku ta' aċidu sulfaniliku purifikat tal-uniku produttur Indjan li kkoopera f'kwantitajiet rappreżentattivi, li jvarja minn INR 92500 sa' INR 112500 (il-firxa hi mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità), id-dejta tikkonferma li l-importazzjonijiet Ċiniżi daħlu fis-suq Indjan bi prezzijiet iddampjati, li jvarjaw minn INR 82500 għal INR 92500 (il-firxa hi mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Dan id-dumping osservat ta' importazzjonijiet fis-suq Indjan ikkontribwixxa għall-valutazzjoni tal-imġiba mistennija ta' produtturi esportaturi Ċiniżi f'każ li l-miżuri attwali jitħallew jiskadu.

(65) B'kont meħud tal-kapaċità żejda sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina u l-informazzjoni dwar l-imġiba tal-ipprezzar tagħhom fuq it-tielet suq, mhux protett minn miżuri ta' difiża kummerċjali, teżisti l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

L-Indja

(66) Il-kapaċità totali disponibbli fl-Indja kienet stmata ukoll abbażi ta' dejta pprovduta kemm minn NFC u l-uniku produttur tal-Unjoni.

(67) L-applikant stima l-kapaċità totali tal-Indja għal madwar 13500 tunnellata, li minnhom 2700 tunnellata tista' tiġi kkunsidrata bħala żejda. Dawn il-figuri huma għal kollox konformi mid-dejta pprovduta mill-uniku produttur NFC fl-Istati Uniti fl-investigazzjoni tal-Istati Uniti.

(68) L-applikant stqarr li kapaċità żejda ta' 2700 tunnellata hija theddida għall-bejgħ tiegħu peress li tirrappreżenta parti konsiderevoli mill-konsum tal-Unjoni u li tali kapaċità żejda x'aktarx li tiżdied minħabba l-preżenza li dejjem qed tiżdied ta' prodotti Ċiniżi fis-suq Indjan u li għalhekk l-inċentiv għall-esportazzjoni se jkompli jiżdied.

(69) F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat illi l-akbar produttur esportatur Indjan abbanduna l-istatus tiegħu ta' Unità Orjentata lejn l-Esportazzjoni fl-2013 peress li kien qed jippjana li jżid il-bejgħ tiegħu fis-suq domestiku tiegħu. Dan il-bejgħ kien serjament limitat mill-kondizzjonijiet tal-iskema EOU. Il-kumpanija kkonfermat li minkejja ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi, hi ma ndunatx bi pressjoni sinifikanti minn kompetituri Ċinizi sa fejn hu kkonċernat l-aċidu sulfaniliku ta' grad tekniku (li huwa l-prodott li Kokan huwa prinċipalment interessata fih) u li fil-valutazzjoni tagħhom, is-suq Indjan kellu prospettivi tajbin ta' żvilupp. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jassumi li l-kapaċità żejda tal-produtturi Indjani se tiġi trasferita lejn l-Unjoni minħabba l-allegata pressjoni Ċiniża fis-suq Indjan.

(70) Minkejja din l-istima ta' kapaċità żejda Indjana, ma jidhirx li hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping, minħabba li la esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u lanqas lejn pajjiżi terzi ma kienu l-oġġett ta' dumping.

(71) L-investigazzjoni ma wrietx li l-produttur esportatur li kkoopera applika imġiba tal-ipprezzar differenti meta jbiegħ lil pajjiżi terzi meta mqabbel mal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Prezzijiet ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, li kienu saru fi kwantitajiet konsiderevoli, kienu f'livell li huwa komparabbli mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati.

(72) Fis-sottomissjoni tiegħu wara l-iżvelar, l-applikant ta dejta statistika ġdida u saħaq fuq din il-bażi li l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn it-Turkija kienu l-oġġett ta' dumping.

(73) Il-Kummissjoni sabet u investigat kwantita simili ta' esportazzjonijiet Indjani lejn it-Turkija u tista' tattribwixxi dawn għall-produttur esportatur li kkoopera. Għalhekk, il-Kummissjoni tista' tibbaża l-kalkoli tagħha fuq dejta aktar preċiża u dettaljata dwar it-taħlita tal-prodott u l-livelli tal-prezzijiet. Il-Kummissjoni tikkonferma li l-volum esportat ma kienx l-oġġett ta' dumping.

Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza tad-dumping

(74) Fir-rigward tar-RPĊ, peress li ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni u għalhekk minħabba li l-ebda dejta speċifika għall-kumpaniji relatata mal-kapaċità supplementari Ċiniża u l-imġiba tal-prezzijiet f'pajjiżi terzi m'hija disponibbli, is-sejbiet saru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(75) Peress li l-fatti disponibbli jissuġġerixxu kapaċità żejda għolja Ċiniża u l-imġiba ta' dumping fi swieq terzi, flimkien ma' livelli ta' prezzijiet attraenti fis-suq tal-Unjoni, il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping hija kkunsidrata eżistenti.

(76) Madankollu, il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping fir-rigward tal-Indja hija limitata, ibbażata fuq in-nuqqas ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami li hu ferm inqas mill-kapaċità żejda u tal-livell tal-prezzijiet għall-esportazzjoni għoljin lejn l-Unjoni u l-bqija tad-dinja.

IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING Il-produzzjoni tal-Unjoni u d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(77) Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, il-prodott simili kien immanifatturat fl-Unjoni minn produttur wieħed tal-Unjoni li għalhekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

Konsum tal-Unjoni

(78) Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit fuq il-bażi ta':

il-volumi tal-bejgħ tal-prodott simili mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni,

il-volumi ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku (il-livell TARIC) fis-suq tal-Unjoni kif irrappurtati mill-Eurostat.

(79) Tabella 1 Konsum fis-suq tal-Unjoni

Fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti fi produttur wieħed biss u hemm biss produttur esportatur mill-Istati Uniti, sabiex tkun rispettata l-informazzjoni dwar il-kummerċ kunfidenzjali, huwa meħtieġ li l-informazzjoni fit-tabelli hawn taħt tiġi jippreżentata f'forma indiċjata. Sors: Eurostat u tweġibiet tal-kwestjonarji Volum (Indiċi) 2010 2011 2012 PIR Konsum tal-Unjoni (2010 = 100) 100 106 106 114

(80) L-investigazzjoni wriet li s-suq għal aċidu sulfaniliku twessa' gradwalment matul il-perjodu meqjus u żdied b'14 % sal-aħħar tal-PIR.

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem tas-suq Sors: Il-Eurostat volum tal-esportazzjoni (indiċi) 2010 2011 2012 PIR RPĊ 100 77 14 1 L-Indja 100 422 187 52 Total ta' pajjiżi konċernati 100 110 30 6 Sors: Il-Eurostat Volum tal-importazzjonijiet (firxiet) 2010 2011 2012 PIR RPĊ 650-1000 500-800 90-250 10-60 L-Indja 50-200 250-550 100-250 10-80 Total ta' pajjiżi konċernati 700-1200 750-1350 190-500 20-140 Sehem mis-suq (indiċi) 2010 2011 2012 PIR Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ 100 73 13 1 Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja 100 397 177 46 Total ta' pajjiżi konċernati 100 103 28 5

(81) Meta wieħed iqis kull pajjiż separatament, il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b'99 % bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u s-sehem tas-suq tagħhom naqas ukoll b'99 % fl-istess perjodu.

(82) Il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja naqas b'48 % matul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem tas-suq tagħhom naqas b'54 % matul l-istess perjodu.

(83) Volumi aggregati ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati naqas b'94 % matul il-perjodu kkunsidrat u naqas għal livell baxx ħafna matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Bl-istess mod, is-sehem mis-suq ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati naqas b'95 % matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq livell baxx ħafna matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

Prezzijiet ta' importazzjoni Sors: Il-Eurostat 2010 2011 2012 PIR Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-indiċi tar-RPĊ (2010 = 100) 100 92 104 164 Il-prezz tal-importazzjoni mill-indiċi tal-Indja (2010 = 100) 100 79 84 92 Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-indiċi tal-pajjiżi kkonċernati (2010 = 100) 100 93 104 126 Sors: Il-Eurostat Il-firxiet ta' prezzijiet 2010 2011 2012 PIR Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ 1000-1400 950-1350 1000-1400 1700-2500 Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja 1200-1800 1000-1400 1100-1500 1300-1700 Il-medja tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati 1000-1800 950-1400 1000-1500 1300-2500

(84) Il-prezz medju ta' importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mir-RPĊ naqas kemxejn fl-2011 b'8 % u wera xejra li qed tiżdied minn hemm 'il quddiem b'żieda sinifikanti ħafna ta'64 % fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami.

(85) Il-prezzijiet medji tal-prodott ikkonċernat mill-Indja naqas ukoll fl-2011 b'21 % u minn dak iż-żmien żdiedu gradwalment iżda xorta baqgħu taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-2010 b'8 %.

Il-livell tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u s-sottokwotazzjonijiet

(86) Minħabba l-kwantitajiet baxxi mibjugħa mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u n-nuqqas ta' informazzjoni dwar it-taħlita tal-prodott importat, l-ebda kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u sottokwotazzjoni ma setgħet titwettaq. Ibbażat fuq is-suppożizzjoni magħmula fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-Eurostat Ċiniżi, fil-premessa (39) hawn fuq, l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet u sottokwotazzjonijiet ma ġie misjub matul il-PIR.

(87) Ibbażata fuq l-istatistika tal-importazzjonijiet ipprovduta mill-industrija tal-Unjoni kif deskritta fil-premessa (64) hawn fuq, il-prezzijiet Ċiniżi ta' aċidu sulfaniliku ta' grad purifikat fis-suq Indjan, aġġustati għad-dazji ta' importazzjoni tal-Unjoni ta' 6,5 % fuq il-prodott ikkonċernat u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni ta' 2 % (spejjeż tal-approvazzjoni doganali), instabu li kienu sottokwotati u jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'firxa ta' 5 % sa 15 %..

(88) Fil-każ tal-Indja ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet u sottokwotazzjoni. Minħabba l-fatt li l-kalkolu huwa bbażat fuq id-dejta dwar il-bejgħ tal-uniku produttur esportatur li kkoopera sabiex tkun rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali dwar il-kummerċ iċ-ċifri preċiżi ma jistgħux jiġu żvelati. Is-sottokwotazzjoni u t-twaqqigħ tal-prezzijiet instab li kien bejn – 20 % u – 40 %.

(89) Wara l-iżvelar u l-kummenti magħmula mill-produttur tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkalkulat it-twaqqigħ tal-prezzijiet u s-sottokwotazzjoni għall-bqija tal-importazzjonijiet Indjani fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat. Skont dawn, ma nstab l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet u sottokwotazzjoni fir-rigward ta' dawk l-importazzjonijiet. Għalhekk, il-konklużjonijiet tal-premessa (88) huma kkonfermati. Barra minn hekk, sar ukoll tqabbil bejn il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni u dawk tal-prodott ikkonċernat mibjugħ mill-esportaturi Indjani lejn il-bqija tad-dinja. Dan it-tqabbil ma wera l-ebda sottokwotazzjoni jew twaqqigħ tal-prezzijiet.

(90) Barra minn hekk, il-produttur tal-Unjoni pprovda kalkoli ġodda li juru d-differenza bejn il-livell medju tal-prezz tal-importazzjonijiet Indjani u l-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni kienet baxxa ħafna fl-2012. Madankollu, dan il-kalkolu ma setax jiġi aċċettat mill-Kummissjoni minħabba li ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li l-importazzjonijiet Indjani kienu fil-biċċa l-kbira ta' grad tekniku filwaqt li produttur tal-Unjoni biegħ esklussivament l-aċidu sulfaniliku fi grad purifikat li hu bejn wieħed u ieħor 20 % ogħla.

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(91) Tabella 5 Importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku minn pajjiżi terzi oħra (l-Istati Uniti)

Bl-eċċezzjoni ta' tliet tranżazzjonijiet negliġibbli (fl-2010 u fl-2011 mill-Isvizzera u waħda fl-2012 mill-Malasja), l-importazzjonijiet kollha ta' aċidu sulfaniliku minn pajjiżi terzi oħra kienu mill-Istati Uniti matul il-perjodu meqjus. Sors: Il-Eurostat 2010 2011 2012 PIR Il-volum tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti (indiċi) 100 267 253 299 Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti (indiċi) 100 180 171 188 Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti (indiċi) 100 95 101 102

(92) Kemm il-volum u wkoll s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti ta' aċidu sulfaniliku żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, b'199 % u 88 % rispettivament. Peress li s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' relattivament stabbli matul l-istess perjodu, kienu l-importazzjonijiet tal-Istati Uniti li ħadu s-suq li telqgħu l-esportaturi Ċiniżi u Indjani.

(93) Il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-Istati Uniti baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, u kienu fl-istess firxa bħal dawk tal-produttur tal-Unjoni. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, ma kienx hemm twaqqigħ tal-prezz permezz tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti.

Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(94) Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet soġġetti għal dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkonċernat.

(95) Sabiex tkun rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali dwar il-kummerċ, kien neċessarju li l-informazzjoni li tikkonċerna l-industrija tal-Unjoni tkun ippreżentata f'forma indiċata.

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju 2010 2011 2012 PIR Tunnellati ta' produzzjoni (Indiċi) 100 87 99 107 Użu ta' kapaċità (indiċi) 100 100 100 100 Rata tal-użu ta' kapaċità (indiċi) 100 87 99 107

(96) Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet 7 % ogħla fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni baqgħet l-istess matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk ir-rata tal-użu tal-kapaċità nbidlet bl-istess mod bħall-produzzjoni, żdiedet b'7 % fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami.

(97) Għandu jiġi nnotat li l-industrija tal-Unjoni żammet livell sodisfaċenti ta' użu tal-kapaċità matul il-perjodu meqjus bl-eċċezzjoni tal-2011 u rnexxielha tilħaq l-aqwa livell matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(98) Wara l-iżvelar, l-industrija tal-Unjoni stqarret li matul il-perjodu meqjus kollu laħqet livell ta' użu tal-kapaċità ottimali fil-PIR biss li juri li l-irkupru tagħha għadu riċenti ħafna u fraġli.

(99) Dan il-kumment fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-premessa (97) li ma jikkontradixxi bl-ebda mod il-kummenti tal-industrija tal-Unjoni.

Stokk tal-għeluq Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju 2010 2011 2012 PIR Ħażniet tal-għeluq f'tunnellati (indiċi) 100 576 328 171

(100) Il-livelli tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni fi tmiem is-sena wrew żieda qawwija fl-2011 b'xejra 'l isfel wara iżda xorta baqgħu 71 %, 'il fuq mil-livell tal-2010 fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami. Fi kwalunkwe każ, ibbażata fuq il-volum tal-produzzjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami l-livell tal-istokk tal-għeluq jirrappreżenta inqas minn xahar ta' produzzjoni.

Il-volumi ta' bejgħ u s-sehem mis-suq Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju 2010 2011 2012 PIR Tunnellati ta' volum ta' bejgħ (indiċi) 100 70 97 104 Sehem mis-suq (indiċi) 100 66 92 92

(101) Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b'4 % meta mqabbla mal-livelli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Kien hemm tnaqqis qawwi fl-2011 segwit minn żieda kostanti wara.

(102) F'termini ta' sehem mis-suq, il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tista' tiġi kkunsidrata stabbli matul il-perjodu meqjus bl-eċċezzjoni tal-2011 meta,l-istess kif naqas il-bejgħ, is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas ukoll. Fis-snin ta' wara l-bejgħ u s-sehem mis-suq urew xejra li qed tiżdied. Anki jekk is-sehem tas-suq tal-produttur tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami baqa' kemxejn taħt il-livell tal-2010, ta' min jinnota li l-industrija tal-Unjoni xorta rnexxielha tieħu sehem fit-tkabbir fil-konsum tal-Unjoni u kellha sehem sinifikanti mis-suq tas-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(103) Fis-sottomissjoni tagħha wara l-iżvelar l-industrija tal-Unjoni ddikjara li s-sehem tas-suq tagħha huwa instabbli ħafna minħabba l-fatt li l-aċidu sulfaniliku huwa kommodità li tiddependi fuq il-prezz u pprovdiet l-eżempju tal-2011 meta s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'mod drammatiku.

(104) F'dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li t-telf tas-sehem fis-suq esperjenzat fl-2011 ħabat ma' żieda fil-prezz mill-produttur tal-Unjoni kontra x-xejriet tas-suq f'dak iż-żmien. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kollha naqas b'madwar 5 % għal 20 % fl-2011. Ta' min jinnota wkoll li d-dejta statistika disponibbli turi li kien prinċipalment l-importatur mill-Istati Uniti li ħa s-sehem mis-suq li tilfet l-industrija tal-Unjoni.

Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju 2010 2011 2012 PIR Prezz medju tal-bejgħ EUR/tunnellata (indiċi) 100 109 108 112

(105) Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdiedu b'12 % matul il-perjodu kkunsidrat minħabba t-trasferiment taż-żieda fil-kost tal-materja prima ewlenija (anilini).

L-impjiegi u l-produttività Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju 2010 2011 2012 PIR Impjiegi (indiċi) 100 100 117 117 Produttività tax-xogħol (indiċi) 100 88 85 91 L-ispejjeż medji tax-xogħol (indiċi) 100 105 102 116

(106) L-impjieg f'ekwivalenti full time żdied matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami b'17 %. L-ispejjeż medji tax-xogħol urew xejra li qed tiżdied matul il-perjodu kkunsidrat li tlaħħaq żieda ta' 16 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2010. Peress li l-produzzjoni żdiedet biss b'7 % kif muri fil-premessa (96), il-produttività tax-xogħol naqset b'9 % fil-perjodu meqjus.

Profittabbiltà Sors: Tweġiba għall-kwestjonarju 2010 2011 2012 PIR Profittabilità (Indiċi) 100 96 20 65

(107) Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili naqset matul il-perjodu kkunsidrat u kienet kemxejn taħt il-livell ottimali dikjarat mill-industrija tal-Unjoni, madankollu huwa importanti li wieħed jinnota li baqgħet pożittiva matul il-perjodu kkunsidrat.

(108) It-tnaqqis fil-profittabbiltà huwa prinċipalment minħabba ż-żieda fl-ispiża medja tal-produzzjoni, li żdiedet bi kważi 20 % bejn l-2010 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u li ma setgħetx tiġi kkumpensata kompletament minn żieda ta' 12 % fil-prezzijiet tal-bejgħ kif indikat fil-premessa (105).

Investimenti, redditu fuq l-investimenti u fluss tal-likwidità 2010 2011 2012 PIR Investimenti annwali (indiċi) — 100 133 57 Dħul fuq l-investiment (indiċi) 100 86 30 103 Likwidità (Indiċi) 100 116 68 82

(109) L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tinvesti fl-2010. Sussegwentement, l-investimenti fin-negozju tal-aċidu sulfaniliku naqsu b'43 % mill-2011 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u l-ammont tagħhom f'termini assoluti jista' jitqies bħala baxx, relatat prinċipalment mal-attività ta' manutenzjoni. Dawn is-sejbiet huma konsistenti mar-redditu fuq l-investimenti u l-profittabbiltà baxxa miksuba matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami.

(110) Redditu fuq l-investiment segwa mill-qrib it-tendenza tal-profittabbiltà fl-2011 u fl-2012. Fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami r-redditu fuq l-investiment żdied u laħaq l-istess livell fl-2010 minħabba ż-żieda fil-qligħ mill-2012 sal-perjodu ta' stħarriġ tar-rieżami (ara t-Tabella 11).

(111) Il-fluss tal-flus wera tendenza li tvarja iżda baqa' pożittiv matul il-perjodu kunsidrat. Fil-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami, il-fluss ta' flus naqas b'18 % meta mqabbel mal-livell tal-2010. L-industrija tal-Unjoni ma rrappurtat l-ebda diffikultajiet biex tiġbor kapital matul il-perjodu meqjus.

Id-daqs tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat

(112) Kif konkluż fil-premessi (41) u (57) sa (60), ma nstab l-ebda dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami mill-pajjiżi kkonċernati.

(113) Filwaqt li jitqies in-nuqqas ta' importazzjonijiet dumped mir-RPĊ u mill-Indja, iż-żieda fil-volumi tal-bejgħ u prezzijiet u fir-rata tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, jista' jiġi konkluż li l-miżuri kienu suċċess u li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-effetti tad-dumping fl-imgħoddi matul il-perjodu kkunsidrat. Kien osservat tnaqqis f'xi indikaturi ta' ħsara bħalma huma l-profittabbiltà u s-sehem mis-suq matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, madankollu dan ma jistax jiġi attribwit lill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati minħabba l-livell tassew baxx f'dan il-perjodu. Fi kwalunkwe każ, l-indikaturi tal-ħsara li żviluppaw negattivament għadhom jindikaw sitwazzjoni sostenibbli għall-industrija tal-Unjoni.

Attività ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(114) L-industrija tal-Unjoni esportat biss volumi negliġibbli fl-2012 u l-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u għalhekk huwa konkluż li l-esportazzjonijiet ma kellhom l-ebda impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(115) Minkejja li l-livelli medji tal-prezzijiet stabbiliti għall-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u mill-Indja matul il-PIR u t-tqabbil tagħhom mas-snin preċedenti huwa ta' affidabbiltà limitata minħabba l-volumi baxxi tal-importazzjonijiet, madankollu l-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u mill-Indja daħal fl-Unjoni bi prezzijiet mhux iddampjati.

(116) Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' pjuttost stabbli u l-volumi mitlufa mill-pajjiżi kkonċernati kienu meħuda minn importazzjonijiet mill-Istati Uniti f'livell ta' prezz simili għal dik tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-volumi tal-bejgħ tagħha, il-prezzijiet medji tal-bejgħ u tikseb qrib l-aħjar rati ta' użu tal-kapaċità.

(117) It-tnaqqis moderat tas-sehem mis-suq u l-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet Ċiniżi u Indjani kif spjegat fil-premessa (113) hawn fuq.

(118) Huwa għalhekk konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami.

(119) Għalkemm l-industrija tal-Unjoni għamlet xi osservazzjonijiet dwar l-analiżi tal-ħsara, li ġew indirizzati hawn fuq fil-premessi (89) sa (90), (98) — (99) u (103) — (104), hija qablet mal-konklużjoni kumplessiva dwar in-nuqqas ta' ħsara materjali b'mod partikolari matul il-PIR.

Il-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ћsara

(120) Għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara huwa importanti li jiġi nnotat li skont l-aħjar użu tal-kapaċità — li nkiseb matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami — l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tissodisfa l-konsum kollu tal-Unjoni u konsegwentement parti sinifikanti tal-konsum tal-Unjoni meħtieġlu jiġu koperti mill-importazzjonijiet.

(121) Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni tipproduċi biss aċidu sulfaniliku ta' grad pur, li jfisser li l-utenti li jippreferu aċidu sulfaniliku tekniku għall-produzzjoni tagħhom ikollhom jirrikorru għal importazzjonijiet.

(122) Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni kellha sehem pjuttost stabbli fis-suq b'bejgħ għal għadd ta' konsumaturi fit-tul. L-investigazzjoni żvelat li għal xi utenti l-fornituri ta' aċidu sulfaniliku kien jeħtiġilhom jgħaddu minn proċess ta' ċertifikazzjoni/verifika stretta u għalja, ħaġa li tagħmel tibdil minn fornitur għal ieħor aktar diffiċli.

(123) Huwa f'dan il-kuntest li l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara jekk il-miżuri jitħallew jiskadu huwa analizzat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-RPĊ

(124) Peress li l-ebda wieħed mill-produtturi Ċiniżi li jesportaw ma kkoopera fl-investigazzjoni, is-sejbiet rigward ir-RPĊ kellhom ikunu bbażati fuq l-aqwa fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, partikolarment it-talba għal rieżami ta' skadenza.

(125) Kif diġà konkluż fil-premessi (63) u (75), il-produtturi Ċiniżi għandhom kapaċità żejda sinifikanti ta' produzzjoni ta' aċidu sulfaniliku u hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping.

(126) Barra minn hekk, kif indikat fil-premessi (64) u (87), l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li r-RPĊ reċentement kienet biegħet kwantitajiet akbar ta' aċidu sulfaniliku lill-Indja bi prezzijiet li jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(127) Fl-aħħar nett, l-istatistika dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq Indjan kif spjegat fil-premessa (64) tidher li tindika li ċ-Ċina hija interessata li tbigħ aċidu sulfaniliku b'mod predominanti ta' grad purifikat li jekk tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni se tidħol f'kompetizzjoni diretta mal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni.

(128) Dawn il-fatturi kollha flimkien jindikaw li r-RPĊ malajr tista' tesporta kwantitajiet sinifikanti ta' aċidu sulfaniliku bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping lejn is-suq tal-Unjoni saħansitra mingħajr il-ħtieġa li tirridirezzjona l-bejgħ tagħha minn swieq oħra jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti f'termini ta' prezzijiet u jippermetti lill-esportaturi Ċiniżi biex jagħmlu l-ekonomiji ta' skala billi jżidu l-produzzjoni tagħhom. Li kieku jseħħ dan l-industrija tal-Unjoni tiffaċċja tnaqqis immedjat fil-bejgħ tagħha u l-prezzijiet tal-bejgħ, li mbagħad jaffettwa l-użu tal-kapaċità u l-profitt. Jekk dawn l-indikaturi tal-ħsara jiddeterjoraw, l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni malajr jiġi riversjat u jkun hemm ħsara materjali.

L-Indja

(129) Fir-rigward tal-Indja, kif ġie konkluż hawn fuq fil-premessa (76) il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping hija limitata. Fid-dawl ta' din is-sejba, l-analiżi ta' rikorrenza tal-ħsara mhix meħtieġ.

Konklużjoni dwar ir-rikorrenza tal-ħsara

(130) Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni kif spjegat fil-premessa ta' hawn fuq, in-nuqqas tal-miżuri fil-probabbiltà kollha jirriżulta f'żieda sinifikanti ta' esportazzjonijiet mir-RPĊ bi prezzijiet baxxi, li taffettwa b'mod negattiv il-prestazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni u li tirriżulta f'rikorrenza ta' ħsara materjali.

(131) Il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara fir-rigward tal-Indja ma ġietx analizzata minħabba l-konklużjoni negattiva dwar ir-rikorrenza ta' dumping mill-Indja.

INTERESS TAL-UNJONI Introduzzjoni

(132) Fir-rigward ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-Indja ġie konkluż li ma kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping. Għalhekk, l-ebda determinazzjoni fir-rigward tal-interess tal-Unjoni mhija meħtieġ.

(133) Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(134) Kif spjegat fil-premessa (113), il-miżuri kienu ta' suċċess u ppermettew lill-industrija tal-Unjoni biex tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha. Ġie konkluż fil-premessa (130) hawn fuq li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorazzjoni serja tas-sitwazzjoni tagħha fil-każ li l-miżuri tal-antidumping jitħallew jiskadu. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li t-tkomplija tal-miżuri kontra ċ-Ċina tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni.

Interess tal-utenti

(135) L-utenti kollha magħrufa ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami. Il-Kummissjoni rċeviet erba' tweġibiet sħaħ tal-kwestjonarju u tliet tweġibiet parzjali/kummenti minn utenti ta' aċidu sulfaniliku. Fuq il-bażi ta' din id-dejta ġie stabbilit li l-impatt tal-kost tal-prodott ikkonċernat fuq il-kost tal-produzzjoni tal-prodotti downstream tvarja konsiderevolment fost l-utenti skont it-tip tal-prodott downstream.

(136) Numru ta' utenti (produtturi farmaċewtiċi/taż-żebgħa ta' speċjalità) ammettew li l-aċidu sulfaniliku għandu biss rwol marġinali fl-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom u għalhekk huwa kkunsidrat li l-miżuri bażikament ma għandhom l-ebda impatt fuq l-ispejjeż/il-prezzijiet tal-produzzjoni tagħhom.

(137) Għal utenti oħra (produtturi ta' addittivi tas-siment u brillantanti ottiċi) madankollu l-aċidu sulfaniliku kien jammonta għal 4 % sa 12 % tal-ispiża tal-produzzjoni tal-prodotti downstream tagħhom. Dawn l-utenti rrapportaw ukoll telf matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u stqarrew li d-dazji attwalment fis-seħħ huma parzjalment responsabbli għall-qagħda diffiċli tagħhom.

(138) Fir-rigward ta' din it-talba, għandu jiġi nnutat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu kważi ineżistenti matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u għalhekk id-dazji kontra ċ-Ċina, li jiggarantixxu livell tal-prezzijiet ġust fis-suq tal-Unjoni ma jinvolvux spejjeż żejda għall-utenti matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk ma setgħux jispjegaw id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom dawn l-utenti. Żieda fil-prezz tal-prodott simili matul il-perjodu kkunsidrat kien minħabba ż-żieda fl-ispiża ta' produzzjoni kkawżata miż-żieda fil-prezz tal-materja prima ewlenija kif indikat fil-premessi (105) u (108). It-tneħħija ta' dawn id-dazji attwalment fis-seħħ kontra importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mill-Indja kif propost minn dan ir-regolament għandhom immedjatament jiffaċilitaw l-aċċess għal sors addizzjonali ta' provvista ta' aċidu sulfaniliku fis-suq tal-Unjoni fuq prezzijiet kompetittivi u b'hekk tkun fl-interess tal-utenti. Konsegwentement, huwa kkunsidrat li jekk jinżammu l-miżuri sa fejn iċ-Ċina hija kkonċernata, dan ma jikkawżax diffikultajiet żejda għall-utenti fil-ġejjieni.

L-interess tal-importaturi

(139) L-importaturi kollha magħrufa ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami. Importatur wieħed tal-prodott ikkonċernat ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju parzjali li fiha sostna li l-aċidu sulfaniliku ma għandux irwol importanti fl-attività tiegħu. L-ebda importatur ieħor ma wieġeb għall-kwestjonarju jew ipprovda xi sottomissjoni bil-miktub jew ikkummenta. Fin-nuqqas ta' aktar kooperazzjoni mill-importaturi, ġie konkluż li ma jkunx kontra l-interess tagħhom jekk jinżammu l-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ.

Konklużjoni

(140) Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri tal-antidumping attwali.

IŻ-ŻAMMA TAL-MIŻURI ANTIDUMPING KONTRA R-RPĊ U T-TMIEM TAL-MIŻURI ANTIDUMPING KONTRA L-INDJA

(141) Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom huwa kkunsidrat xieraq li d-dazji eżistenti antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku mir-RPĊ jinżammu u jiġu revokati fuq importazzjonijiet mill-Indja. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

(142) Minn dan ta' hawn fuq isegwi li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għal aċidu sulfaniliku li joriġina miċ-Ċina għandhom jinżammu u l-miżuri tal-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja għandhom jiġu revokati. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenn attwalment fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku minn Kokan għandha tiġi mħassra wkoll.

(143) Meta jitqies li l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni hija riċenti, il-Kummissjoni, jekk tirċievi talba tal-produttur tal-Unjoni f'dak is-sens, se timmonitorja l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Il-monitoraġġ se jkun limitata għal sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament,

(144) Iż-żamma tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament kontra ċ-Ċina u r-revoka tal-miżuri kontra l-Indja huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku, li bħalissa jiġi kklassifikat bil-kodiċi NM ex29214200 (Kodiċi TARIC 2921420060), li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, tkun kif ġej: Pajjiż Dazju definittiv (%) Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina 33,7

3. Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku, li bħalissa jiġi kklassifikat bil-kodiċi NM ex29214200 (Kodiċi TARIC 2921420060), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

4. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE li taċċetta l-impenn attwalment fis-seħħ dwar l-importazzjonijiet ta' aċidu sulfaniliku minn Kokan Synthetics & Chemicals Pvt. Ltd. (l-Indja) tiġi mħassra.

5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

Versions

  1. 2014-12-17