Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/141/PESK tal-14 ta’ Marzu 2014 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK dwar miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja

In forceVersion 2014-03-14from 2014-03-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/141@2014-03-14/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. (2)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1) Fit-12 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK.

(2) Fl-10 ta' Diċembru 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni UNSCR 2128 (2013) fir-rigward tal-Liberja li ġeddiet il-miżuri restrittivi fuq l-ivvjaġġar u fuq l-armi u mmodifikat ir-rekwiżiti assoċjati ta' notifika.

(3) Il-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(4) Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/109/PESK huwa b'dan emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) fil-paragrafu 1, il-punt (ċ) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(1)

(c) tagħmir militari mhux letali ieħor maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, u assistenza teknika u taħriġ relatati.;

(2) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(2)

3. Għandha tkun tal-Gvern tal-Liberja ir-responsabbiltà primarja li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet qabel ma tintbagħat kwalunkwe kunsinna ta' armi letali u materjal relatat, jew kwalunkwe għoti ta' assistenza, parir jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari jew setturi oħrajn ta' sigurtà lill-Gvern tal-Liberja, ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Alternattivament, l-Istati Membri li jagħtu assistenza jistgħu jinnotifikaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, f'konsultazzjoni mal-Gvern tal-Liberja, f'konformità mal-paragrafu 2(b)(ii) u (iii) tal-UNSCR 2128 (2013). Fejn Stat Membru jagħżel li jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, tali notifika għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi, fejn applikabbli, l-iskop u l-utent aħħari, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kwantità ta' tagħmir li jrid jintbagħat, il-fornitur, id-data proposta ta' kunsinna, il-mod ta' trasport, u l-itinerarju tal-kunsinni..

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014. Għall-Kunsill Il-President M. Chrisochoidis

Versions

  1. 2014-03-14