Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 163/2014 tal-20 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/163@2014-02-20/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.
(2) Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2014. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Jerzy Plewa Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) Kodiċi tan-NM Kodiċi tal-pajjiż terz Valur standard tal-importazzjoni 07020000 MA 57,7 TN 73,8 TR 94,6 ZZ 75,4 07070005 EG 174,9 JO 206,0 MA 158,2 TR 159,2 ZZ 174,6 07099100 EG 107,0 ZZ 107,0 07099310 MA 33,6 TR 91,1 ZZ 62,4 08051020 EG 46,6 IL 64,0 MA 51,7 TN 50,9 TR 73,1 ZA 63,5 ZZ 58,3 08052010 IL 117,8 MA 99,2 TR 110,6 ZZ 109,2 08052030, 08052050, 08052070, 08052090 EG 29,2 IL 126,7 JM 106,9 MA 124,3 TR 89,9 US 134,1 ZZ 101,9 08055010 AL 39,1 MA 71,7 TR 61,2 ZZ 57,3 08081080 CN 123,5 MK 32,3 US 139,8 ZZ 98,5 08083090 AR 141,8 CL 186,0 CN 68,5 TR 125,1 US 126,7 ZA 107,3 ZZ 125,9