Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam, tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati imħejjija minn laħam frisk ta' tjur domestiċi, inkluż laħam tal-għasafar selvaġġi u mrobbijin fl-irziezet (notifikata bid-dokument C(2014) 1904) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2014/175/UE)

In forceVersion 2014-03-27from 2014-03-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/175@2014-03-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emenda fid-Deċiżjoni 2007/777/KE
  3. Artikolu 2 Dispożizzjoni tranżizzjonali
  4. Artikolu 3 Id-destinatarji
  5. ANNEX
  6. ANNESS III Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati maħsubin għal konsenja lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, fid-Direttiva 90/425/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, u b'mod partikolari l-fażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tistabbilixxi regoli dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' konsenji ta' ċerti prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati. Dik id-Deċiżjoni fiha lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet minnhom, minn fejn l-importazzjonijiet huma awtorizzati u l-Anness III tagħha jipprovdi l-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa pubblika u tal-annimali għal dawk il-prodotti maħsuba għall-konsenja lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni jew għat-tranżitu fl-Unjoni ta' tjur u prodotti tat-tjur. Dak ir-Regolament jistipula li l-prodotti tat-tjur li jkopri għandhom biss jiġu importati lejn l-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kompartimenti li jissemmew fit-tabella tal-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. Dan jistipula wkoll li dawn l-importazzjonijiet għandu jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju, kif jissemma f'dik it-tabella, għall-prodott tat-tjur konċernat, li jkun mimli skont in-noti u ċ-ċertifikati veterinarji mudell li hemm fil-Parti 2 ta' dak l-Anness.

(3) Barra minn hekk, iċ-ċertifikati veterinarji mudell għal-laħam tat-tjur (POU), għal-laħam tal-għasafar li ma jtirux imkabbrin fl-irziezet għall-konsum mill-bniedem (RAT) u għal-laħam tal-għasafar selvaġġi (WGM) li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistipulaw li l-laħam frisk għandu jkun ġej minn tjur jew għasafar li ma jtirux li ġejjin minn stabbilimenti mingħajr restrizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali b'rabta ma' xi marda li t-tjur jew għasafar li ma jtirux huma suxxettibbli għaliha jew minn għasafar tal-kaċċa selvaġġi li nqatlu f'territorji b'raġġ ta' 10km, inkluż fejn xieraq it-territorju ta' pajjiż ġar, li fihom ma kien hemm ebda tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja jew tal-marda ta' Newcastle għal mill-anqas 30 jum.

(4) Il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-preparazzjoni ta' prodotti tal-laħam, tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati mil-laħam frisk tat-tjur domestiċi, inklużi għasafar selvaġġi u mrobbijin fl-irziezet, kif stabbiliti fil-Parti II. 1.3 taċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika stabbiliti fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, jirreferu għall-influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle. Madankollu, iċ-ċertifikati veterinarji mudell (POU), (RAT) u (WGM) stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jirreferu biss għall-influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja. Għalhekk hemm bżonn li jiġi emendat iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE ħalli jallinja mar-rekwiżiti tal-laħam frisk kif stabbiliti fiċ-ċertifikati veterinarji mudell (POU), (FAR) u (WGM) stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(5) Barra minn hekk, iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jirreferi għad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE li nbidlet bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE u għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE li nbidlet bir-Regolament (KE) Nru 798/2008. Għaldaqstant, dawk ir-referenzi jeħtieġ jiġu aġġornati.

(6) U għalhekk l-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandu jiġi emendat skont dan.

(7) Sabiex ikun evitat kull tip ta' tħarbit fil-kummerċ, l-użu taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati li huma maħsuba għall-konsenja lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi, li mtela skont iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, qabel l-emendi li daħħlet din id-Deċiżjoni, għandu jibqa' jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju.

(8) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Emenda fid-Deċiżjoni 2007/777/KE

L-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Dispożizzjoni tranżizzjonali

Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta’ Settembru 2014, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u pubblika mimli skont il-mudell stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, fil-verżjoni tiegħu qabel l-emenda li għamel l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati, diment li ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u pubblika jkun ġie ffirmat qabel it-30 ta’ Lulju 2014.

Artikolu 3 Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014. Għall-Kummissjoni Tonio Borg Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

ANNESS III Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa tal-annimali u pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati maħsubin għal konsenja lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi

PAJJIŻ: Iċ-ċertifikat veterinarju għall-UE I.1. Konsenjatur Isem Indirizz Pajjiż Nru tat-telefown I.2. In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat I.2.a. In-numru ta' referenza TRACES I.3. L-awtorità kompetenti ċentrali I.4. L-awtorità kompetenti lokali I.5. Destinatarju Isem Indirizz Pajjiż Nru tat-telefown I.6. Il-persuna responsabbli mill-konsenja fl-UE I.7. Il-pajjiż tal-oriġini Kodiċi ISO I.8. Ir-reġjun tal-oriġini Kodiċi I.9. Il-pajjiż tad-destinazzjoni Kodiċi ISO I.10. Ir-reġjun tad-destinazzjoni Kodiċi I.11. Il-post tal-oriġini Isem In-numru tal-approvazzjoni Indirizz I.12. Il-post tad-destinazzjoni I.13. Il-post tat-tagħbija Indirizz In-numru tal-approvazzjoni I.14. Id-data tat-tluq I.15. Il-mezz ta' trasport Ajruplan Vapur Vagun tal-ferrovija Vettura tat-triq Oħrajn Identifikazzjoni Dokument I.16. BIP tad-dħul fl-UE I.17. In-numru/i tas-CITES I.18. Deskrizzjoni tal-prodott I.19. Kodiċi tal-prodott (Kodiċi HS) I.20. Il-kwantità I.21. It-temperatura tal-prodotti Ambjentali Imkessħa Friżati I.22. Għadd ta' pakketti I.23. In-numru tas-siġill/tal-kontejner I.24. Tip ta' imballaġġ I.25. Il-prodotti ċċertifikati: Għall-konsum mill-bniedem I.26. Għat-tranżitu mill-UE lejn pajjiż terz I.27. Għall-importazzjoni jew għad-dħul fl-UE I.28. Identifikazzjoni tal-komodità Speċi (isem xjentifiku) Natura tal-komodità Biċċerija Impjant tal-manifattura Maħżen kiesaħ Għadd ta' pakketti Tip ta' imballaġġ Piż nett (kg) Parti I: Dettalji tal-konsenja mibgħuta PAJJIŻ Il-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-importazzjoni II.1. Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimal II.a. In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat II.b. Jiena, il-veterinarju uffiċjali li ismi jidher imniżżel hawn taħt, niċċertifika li: II.1.1. Il-prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati (1) deskritt f'dan iċ-ċertifikat fihom dawn il-komponenti tal-laħam u jissodisfa l-kriterji indikati hawn isfel: Speċi (A) Trattament (B) Oriġini (C) (A) Daħħal il-kodiċi għall-ispeċi rilevanti tal-prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, fejn BOV = annimali bovini domestiċi (Bos Taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u r-razez imħallta tagħhom); OVI = nagħaġ domestiċi (Ovis aries) u mogħoż domestiċi (Capra hircus); EQI = annimali ekwini domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u r-razez imħallta tagħhom), POR = annimali porċini domestiċi (Sus scrofa); RAB = fniek domestiċi, PFG = tajr domestiku u annimali bir-rix imrobbijin fl-irziezet, RUF = annimali mrobbijin fl-irziezet li mhumiex domestiċi ħlief is-suidae u s-solipedi; RUW = annimali selvaġġi li mhumiex domestiċi ħlief is-suidae u s-solipedi; SUW = suidae selvaġġi li mhumiex domestiċi; EQW = solipedi selvaġġi li mhumiex domestiċi; WLP = lagomorfi selvaġġi; WGB = għasafar tal-kaċċa selvaġġi. (B) Daħħal A, B, C, D, E jew F għat-trattament meħtieġ kif jispeċifikaw u jiddefinixxu l-Partijiet 2, 3 u 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. (C) Daħħal il-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-oriġini u, fil-każ ta' reġjonalizzazzjoni mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-komponenti tal-laħam rilevanti, ir-reġjun kif tindika l-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. (2) II.1.2. Il-prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, deskritt fil-punt II.1.1 tħejja minn laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi (Bos Taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u r-razez imħallta tagħhom); nagħaġ domestiċi (Ovis aries) u mogħoż domestiċi (Capra hircus); annimali ekwini domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u r-razez imħallta tagħhom), annimali porċini domestiċi (Sus scrofa); annimali mrobbijin fl-irziezet mhux domestiċi ħlief is-suidae u s-solipedi; annimali selvaġġi mhux domestiċi ħlief is-suidae u s-solipedi; is-suidae selvaġġi mhux domestiċi, is-solipedi selvaġġi mhux domestiċi u l-laħam frisk użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam li: (2) jew [II.1.2.1. għadda minn trattament mhux speċifiku kif jispeċifika u jiddefinixxi l-punt A tal-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, u (2) jew[II.1.2.1.1.jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali u pubblika stipulati fiċ-ċertifikat(i) xieraq/xierqa tas-saħħa fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u li joriġina minn pajjiż terz jew parti minnu fil-każ ta' reġjonalizzazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif tiddeskrivi l-kolonna rilevanti tal-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE]. (2) inkella [II.1.2.1.1. joriġina minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea]. (2) inkella [II.1.2.1. jissodisfa rekwiżiti miftiehma fid-Direttiva 2002/99/KE, joriġina minn annimali li ġejjin minn stabbiliment mhux soġġett għal restrizzjonijiet għall-mard speċifiku li jissemma fiċ-ċertifikat(i) tas-saħħa xieraq/xierqa fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u f'raġġ ta' 10 km fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa ta' mard ta' din ix-xorta fl-aħħar 30 jum u għadda mit-trattament speċifiku stabbilit fil-pajjiż terz tal-oriġini jew f’parti minnu għal-laħam tal-ispeċijiet konċernati fil-Parti 2 jew 3, skont kif inhu xieraq, tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE]. (2) II.1.3. Il-prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren deskritt fil-punt II.1.1 tħejja minn laħam frisk ta' tjur domestiku, inklużi għasafar selvaġġi jew imrobbijin fl-irziezet li: (2) jew [II.1.3.1. għadda minn trattament mhux speċifiku kif jispeċifika u jiddefinixxi l-punt A tal-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE] u: (2) jew [II.1.3.1.1. jissodisfa r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 798/2008], (2) inkella [II.1.3.1.1. joriġina minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/99/KE], Parti II: Ċertifikazzjoni PAJJIŻ Il-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-importazzjoni II.a. In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat II.b. (2) inkella [II.1.3.1. joriġina minn pajjiż terz li jissemma fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, ġej minn impriżi jew fil-każ tal-għasafar selvaġġi li nqatlu f'territorji f'raġġ ta' 10km, inkluż fejn xieraq it-territorju ta' pajjiż ġar, fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġenità għolja jew tal-marda ta' Newcastle għal mill-anqas 30 jum, u għadda minn trattament speċifiku stabbilit għall-pajjiż terz tal-oriġini jew parti minnu għal-laħam tal-ispeċijiet konċernati fil-Parti 2 jew 3, kif xieraq, tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE], (2) inkella [II.1.3.1. joriġina minn pajjiż terz li jissemma fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, ġej minn impriżi jew fil-każ tal-għasafar selvaġġi li nqatlu f'territorji f'raġġ ta' 10km, inkluż fejn xieraq it-territorju ta' pajjiż ġar, fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġenità għolja jew tal-marda ta' Newcastle għal mill-anqas 30 jum, u għadda minn trattament speċifiku stabbilit li jissemma fil-punt B, C jew D tal-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, diment li dan it-trattament ikun strett aktar minn dak indikat fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni]. (2) [II.1.4. fil-każ ta' prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati li ġej minn laħam frisk tal-lagomorfi u mammiferi tal-art oħra: jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali u pubblika stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 119/2009/KE u ġej minn impriża li mhix soġġetta għal restrizzjonijiet minħabba mard tal-annimali li jaffettwa l-annimali konċernati f'raġġ ta' 10km fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa ta' mard ta' din ix-xorta fl-aħħar 30 jum]. II.1.5. il-prodott tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati: (2) jew II.1.5.1. [jikkonsisti minn laħam u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda u għadda mit-trattament li jissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE], (2) inkella II.1.5.1. [jikkonsisti minn laħam ta' aktar minn speċi waħda u, wara li dan il-laħam tħallat, il-prodott sħiħ sussegwentement għadda minn trattament strett għall-inqas daqs dak meħtieġ għall-komponenti tal-laħam tal-prodott tal-laħam kif stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE], (2) inkella II.1.5.1. [tħejja minn laħam ta' aktar minn speċi waħda u kull komponent tal-laħam u qabel ma tħallat ikun għadda minn trattament li jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tat-trattament għal laħam ta' dik l-ispeċi kif stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE], II.1.6. wara t-trattament ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex tkun evitata l-kontaminazzjoni (2) [II.1.7. Garanziji addizzjonali: fil-każ tal-prodotti tal-laħam tat-tjur li ma għaddewx minn trattament speċifiku u huma destinati għal Stati Membri jew għal reġjuni tagħhom, li l-istatus tagħhom jitqies bħala bla tilqim kontra l-marda Newcastle skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/158/KE, il-laħam tat-tjur ġej minn tjur li ma tlaqqamx b'vaċċin ħaj kontra l-marda ta' Newcastle fit-30 jum qabel it-tbiċċir], (2) II.2. Attestazzjoni tas-saħħa pubblika Jien, li ismi jidher imniżżel hawn taħt, niddikjara li naf sew id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 u niċċertifika li l-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, deskritti hawn fuq ġew prodotti skont dawn ir-rekwiżiti, b'mod partikolari li: II.2.1. ġejjin minn stabbiliment(i) li jimplementa(w) programm imsejjes fuq il-prinċipji tal-HACCP skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004; II.2.2. ġew prodotti minn materja prima li tissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsimiet I sa VI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; (2) II.2.3.1. il-prodotti tal-laħam ġejjin minn laħam tal-majjal domestiku li kien soġġett għall-eżaminazzjoni tat-triċinożi b'riżultati negattivi jew kien soġġett għal trattament ta' tkessiħ skont ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005; (2) II.2.3.2. il-prodotti tal-laħam ġew minn laħam taż-żiemel jew minn laħam tal-ħanżir selvaġġ li kien soġġett għal eżaminazzjoni tat-triċinożi b'riżultati negattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005; (2) II.2.3.3. l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati ġew prodotti skont it-Taqsima XIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. II.2.4. ġew immarkati b'marka ta' identifikazzjoni skont it-Taqsima I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; II.2.5. it-tikketta/i mwaħħlin mal-imballaġġ tal-prodotti tal-laħam deskritti hawn, għandhom fuqhom marka li tgħid li l-prodotti tal-laħam ġejjin kollha minn laħam frisk ta' annimali li nqatlu f'biċċeriji approvati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea jew ta' annimali li nqatlu f'biċċerija indikata għall-konsenja tal-laħam għat-trattament meħtieġ kif stabbilit fil-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE; PAJJIŻ Il-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-importazzjoni II.a. In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat II.b. II.2.6. jissodisfaw il-kriterji rilevanti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel; II.2.7. jissodisfaw il-garanziji li jkopru l-annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom u li taw il-pjanijiet dwar ir-residwi mressqa skont id-Direttiva 96/23/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha; II.2.8. il-mezzi tat-trasport u l-kundizzjonijiet għat-tagħbija għall-prodotti tal-laħam f'din il-konsenja jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-iġjene stabbiliti għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea; II.2.9. jekk ikun fihom materjal mill-annimali bovini, ovini jew kaprini, il-laħam frisk u/jew l-imsaren użati fil-preparazzjoni tal-prodotti tal-laħam u/jew l-imsaren ittrattati għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet skont il-kategorija tar-riskju tal-BSE tal-pajjiż tal-oriġini: (2) II.2.9.1. għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE kif imniżżel fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE kif emendata: (1) il-pajjiż jew ir-reġjun hu klassifikat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jippreżenta riskju negliġibbli tal-BSE; (2) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu fil-pajjiż b'riskju negliġibbli tal-BSE u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla. (2) (3) jekk fil-pajjiż jew fir-reġjun kien hemm każijiet indiġeni tal-BSE: jew (2) (a) l-annimali twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi infurzata l-projbizzjoni li r-ruminanti jingħataw għalf b'laħam u għadam mitħun u xaħam li ġejjin minn ruminanti, jew (2) (b) il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjal riskjuż speċifikat kif jiddefinixxi l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat bil-magni li ġej minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini. (2) II.2.9.2. għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju kkontrollat tal-BSE kif imniżżel fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE kif emendata: (1) il-pajjiż jew reġjun huwa klassifikat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jippreżenta riskju kkontrollat tal-BSE; (2) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla; (3) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini destinati għall-esportazzjoni ma nqatlux wara li ġew storduti b'gass injettat fil-kavità kranjali jew ma nqatlux bl-istess metodu jew b'laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument tawwali forma ta' virga li jiddaħħal fil-kavità kranjali; (2)(3) (4) il-prodotti li ġejjin minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjal riskjuż speċifikat kif jiddefinixxi l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat bil-magni li ġej minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini. (2)(4) (5) fil-każ tal-imsaren li s-sors oriġinali tagħhom kien pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE, l-importazzjonijiet tal-imsaren ittrattati għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet: (a) il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jippreżenta riskju kkontrollat tal-BSE; (b) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla; (2) (c) jekk is-sors tal-imsaren ikun pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet indiġeni tal-BSE: jew (2) (i) l-annimali twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi infurzata l-projbizzjoni li r-ruminanti jingħataw għalf b'laħam u għadam mitħun u xaħam li ġejjin minn ruminanti; jew PAJJIŻ Il-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-importazzjoni II.a. In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat II.b. (2) (ii) il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjal riskjuż speċifikat kif jiddefinixxi l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. (2) II.2.9.3. għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju mhux determinat tal-BSE kif imniżżel fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE: (1) l-annimali li minnhom ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma ġewx mitmugħa ikel b’laħam u għadam mitħun jew xaħam li ġew minn ruminanti u għaddew mill-ispezzjonijiet qabel u wara l-qatla; (2) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma nqatlux wara li ġew storduti b'gass injettat fil-kavità kranjali jew ma nqatlux bl-istess metodu jew b'laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument tawwali forma ta' virga li jiddaħħal fil-kavità kranjali; (2)(5) (3) il-prodotti li ġejjin minn annimali bovini, ovini u kaprini mhumiex ġejjin minn (i) materjal riskjuż speċifikat kif jiddefinixxi l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; (ii) tessuti tan-nervituri u limfatiċi esposti waqt il-proċess tat-tneħħija tal-għadam; (iii) laħam separat bil-magni li ġej minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini. (2)(4) (4) fil-każ tal-imsaren li s-sors oriġinali tagħhom kien pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE, l-importazzjonijiet tal-imsaren ittrattati għandhom ikunu soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet: (a) il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun b'riskju mhux determinat tal-BSE; (b) l-annimali li minnhom ġejjin il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju negliġibbli tal-BSE u għaddew mill-ispezzjonijiet ta' qabel u wara l-qatla; (2) (c) jekk is-sors tal-imsaren ikun pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet indiġeni tal-BSE: jew (2) (i) l-annimali twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi infurzata l-projbizzjoni li r-ruminanti jingħataw għalf b'laħam u għadam mitħun u xaħam li ġejjin minn ruminanti; jew (2) (ii) il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjal riskjuż speċifikat kif jiddefinixxi l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Noti Parti I: Il-kaxxa I.8.: ir-reġjun (jekk xieraq) kif jidher fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE (kif emendata l-aħħar). Il-kaxxa I.11: Il-post tal-oriġini: l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment tad-dispaċċ. Il-kaxxa I.15: In-numru ta' reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u vettura tat-triq), in-numru tat-titjira (ajruplan) jew l-isem (vapur). Fil-każ ta' ħatt u tagħbija mill-ġdid għandha tingħata informazzjoni separata. Il-kaxxa I.19: Uża l-kodiċi rilevanti tas-Sistema Armonizzata (HS) taħt dawn l-intestaturi: 02.10, 16.01, 16.02 u 05. 04. Il-kaxxa I.23: Identifikazzjoni tal-kontejner/in-numru tas-siġill: meta japplika biss. Il-kaxxa I.28: Speċijiet: agħżel fost l-ispeċijiet deskritti fil-Parti II 1.1. (A); PAJJIŻ Il-prodotti tal-laħam, l-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-importazzjoni II.a. In-numru ta' referenza taċ-ċertifikat II.b. Natura tal-prodott: agħżel minn dawn: prodott tal-laħam, stonku, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati; Biċċerija: in-numru tal-approvazzjoni ta' biċċerija jew stabbiliment li jilqa' għasafar maqbuda; Maħżen friża: faċilità tal-ħażna; Impjant tal-manifattura: in-numru tal-approvazzjoni. Parti II: (1) Prodotti tal-laħam kif stabbilit fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u stonku, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. (2) Żomm skont ir-rilevanza. (3) B'deroga mill-punt 4, jistgħu jiġu importati karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief il-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija tal-għerq dorsali. Meta ma jkunx hemm bżonn titneħħa l-kolonna vertebrali, il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati bi strixxa blu li tkun tidher ċara fuq it-tikketta msemmija fil-punt 11.3(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. L-għadd ta' karkassi bovini jew qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi, li għandhom bżonn li titneħħielhom il-kolonna vertebrali, u l-għadd li m'għandhomx bżonn li titneħħielhom il-kolonna vertebrali, għandhom jiżdiedu fid-dokument imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 fil-każ tal-importazzjonijiet. (4) Dan japplika biss għal importazzjonijiet tal-imsaren ittrattati. (5) B'deroga mill-punt 3, jistgħu jiġu importati karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f'mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief il-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija tal-għerq dorsali. Meta ma jkunx hemm bżonn titneħħa l-kolonna vertebrali, il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati bi strixxa blu li tkun tidher ċara fuq it-tikketta msemmija fil-punt 11.3(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Informazzjoni speċifika fuq l-għadd ta' karkassi bovini jew qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi, li għandhom bżonn u li m'għandhom bżonn li titneħħielhom il-kolonna vertebrali, għandhom jiżdiedu mad-dokument msemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 fil-każ tal-importazzjonijiet. Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. L-istess regola tapplika għal timbri oħra ħlief dawk imqabbża jew bil-watermark. Il-veterinarju uffiċjali Isem (b'ittri kbar): Kwalifika u titolu: Data: Firma: Timbru:

Versions

  1. 2014-03-27