Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/23/PESK tal-20 ta' Jannar 2014 li tħassar id-Deċiżjoni 2013/350/PESK li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

In forceVersion 2014-01-20from 2014-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/23@2014-01-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Tħassir
  3. Artikolu 2 Rieżami
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/33/PESK li taħtar lis-Sur Andreas REINICKE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani.

(2) Fit-2 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/350/PESK li testendi l-mandat tar-RSUE sat-30 ta' Ġunju 2014 u li tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2013.

(3) Fis-27 ta' Novembru 2013, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrikonoxxa t-triq 'il quddiem proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà bl-intendiment li l-kompiti tar-RSUE ser jittieħdu għalissa mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Barra minn hekk, ser jiġu żgurati rappurtar regolari lill-Istati Membri kif ukoll kuntatti ta' livell għoli.

(4) Id-Deċiżjoni 2013/350/PESK għandha għalhekk titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Tħassir

Id-Deċiżjoni 2013/350/PESK hija mħassra.

Artikolu 2 Rieżami

Ir-rappreżentanza futura tal-UE fir-rigward tal-proċess ta' paċi tal-Lvant Nofsani għandha tiġi rieżaminata qabel Mejju 2004.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2014. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton

Versions

  1. 2014-01-20