Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2014 dwar in-notifika mir-Repubblika tas-Slovenja ta’ pjan nazzjonali tranżitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (notifikata bid-dokument C(2014) 60) (It-test bis-Sloven biss huwa awtentiku) (2014/26/UE)

In forceVersion 2014-01-17from 2014-01-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/26@2014-01-17/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(5) fit-tieni subparagrafu tagħha,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 32(5), l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva 2010/75/UE, ir-Repubblika tas-Slovenja ppreżentat lill-Kummissjoni l-pjan nazzjonali tranżitorju (TNP) tagħha fl-14 ta’ Diċembru 2012.

(2) Waqt il-valutazzjoni tagħha tal-kompletezza ta’ dan it-TNP, il-Kummissjoni sabet li l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni għal-limiti massimi tat-TNP għall-impjanti tal-kombustjoni li jinkludu tipi differenti ta’ unitajiet u/jew li jaħdmu bi fjuwils multipli ma kinetx applikata b’mod korrett u li għal impjant wieħed kienu użati żewġ metodi differenti biex tiġi stabbilità l-kontribuzzjoni għal-limiti massimi tal-SO2. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li ċerti fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu medju tar-rata tal-fluss ta’ gassijiet ta’ skart annwali kienu għoljin wisq u li t-TNP ma jipprovdix miżuri speċifiċi biex jiżguraw li l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet applikabbli se jintlaħqu mill-1 ta’ Lulju 2020 ‘il quddiem.

(3) Għalhekk b’ittra tat-8 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni talbet li l-awtoritajiet Sloveni jipprovdu d-dejta u l-informazzjoni nieqsa u jagħmlu r-rikalkulazzjonijiet neċċessarji.

(4) B’ittra tas-26 ta’ Lulju 2013, ir-Repubblika tas-Slovenja ppreżentat informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni

(5) Wara aktar valutazzjoni tat-TNP u tal-informazzjoni addizzjonali li waslet, il-Kummissjoni bagħtet it-tieni ittra lir-Repubblika tas-Slovenja fit-30 ta’ Settembru 2013 bit-talba li jiġu kkoreġuti l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet applikati għal impjant wieħed, biex tiġi provduta informazzjoni aktar dettaljata rigward il-fattur tal-konverżjoni użat għall-kalkolu ta’ volumi ta’ gassijiet ta’ skart u biex jiġi ċċarat liema metodu jista’ jintuża biex tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni tal-limiti tal-SO2 għal impjant wieħed meta jiġi użat fjuwil solidu indiġenu.

(6) B’ittra tas-7 ta’ Ottubru 2013, ir-Repubblika tas-Slovenja ppreżentat l-informazzjoni addizzjonali mitluba rigward il-korrezzjoni tal-valur ta’ limitu tal-emissjoni għal impjant wieħed, korrezzjoni ta’ fatturi tal-konverżjoni għall-bijomassa ta’ impjant ieħor, u l-konferma tal-applikazzjoni tal-inqas rata ta’ desulfurizzazzjoni għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-limitu tal-SO2 għal impjant wieħed f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE

(7) Għalhekk it-TNP ġie vvalutat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE.

(8) B’mod partikolari, il-Kummissjoni eżaminat il-konsistenza u l-korrettezza tad-dejta, tas-suppożizzjonijiet u tal-kalkoli użati biex ikunu determinati l-kontribuzzjonijiet ta’ kull impjant ta’ kombustjoni kopert mit-TNP għal-limiti massimi tal-emissjonijiet stabbiliti fit-TNP, u analizzat jekk dan jinkludix għanijiet u miri relatati, miżuri u skedi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet u mekkaniżmu ta’ monitoraġġ sabiex jivvaluta l-konformità fil-futur.

(9) Barra l-informazzjoni addizzjonali ppreżentata, il-Kummissjoni sabet li l-limiti massimi tal-emissjonijiet għas-snin 2016 u 2019 ġew ikkalkulati skont użu ta’ dejta xierqa u l-formoli u l-kalkoli kienu korretti. Ir-Repubblika tas-Slovenja tat biżżejjed informazzjoni rigward il-miżuri li se jiġu implimentati sabiex jintlaħqu l-limiti massimi tal-emissjonijiet, il-monitoraġġ u r-rappurtar lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tat-TNP.

(10) Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-awtoritajiet Sloveni ħadu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE.

(11) Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni tat-TNP għandha tkun bla ħsara għal liġijiet oħra nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. B’mod partikolari, meta jiġu ffissati l-kondizzjonijiet għall-permess individwali għall-impjanti tal-kombustjoni koperti bit-TNP, ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tiżgura li l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti, inter alia, fid-Direttiva 2010/75/UE, id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma tkunx perikolata.

(12) L-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2010/75/UE jitlob lir-Repubblika tas-Slovenja biex tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla sussegwenti fit-TNP. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-bidliet jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Abbażi tal-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE, ma tqajmux oġġezzjonijiet kontra l-pjan nazzjonali tranżitorju, li r-Repubblika tas-Slovenja nnotifikat lill-Kummissjoni fl-14 ta’ Diċembru 2012 skont l-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, kif emendata skont l-informazzjoni addizzjonali mibgħuta fis-26 ta’ Lulju 2013 u fis-7 ta’ Ottubru 2013.

2. Il-lista tal-impjanti koperti mill-pjan nazzjonali tranżitorju, il-kontaminanti li għalihom dawk l-impjanti huma koperti, u l-limiti massimi ta’ emissjoni applikabbli huma stipulati fl-Anness.

3. L-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali tranżitorju mill-awtoritajiet Sloveni ma għandhiex teżenta lir-Repubblika tas-Slovenja mill-konformità tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/75/UE li jikkonċernaw l-emissjonijiet minn impjanti individwali ta’ kombustjoni koperti mill-pjan, u ta’ korpi rilevanti oħrajn tal-liġi ambjentali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2 Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk xi bidliet sussegwenti fil-pjan nazzjonali tranżitorju notifikati mir-Repubblika tas-Slovenja jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 32(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2010/75/UE u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/115/UE.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2014. Għall-Kummissjoni Janez Potočnik Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS Lista ta’ impjanti inklużi fit-TNP Limiti massimi tal-emissjonijiet (tunnellati)

Numru L-isem tal-impjant fit-TNP Kapaċità termali nominali totali fil-31.12.2010 (MW) Sustanzi li jniġġsu li huma koperti mit- TNP SO2 NOx trab 1 TE-TOL D Ljubljana 481 √ √ √ 2 TET F Trbovlje 350 √ √ √ 3 VIPAP R Krško 56 √ √ √ 4 VIPAP S Krško 60,7 √ √ √ Is-sustanza li tniġġes 2016 2017 2018 2019 1.1 – 30.6.2020 SO2 5872 4608 3344 2079 1040 NOx 3901 3057 2214 1371 686 trab 647 477 307 136 68

Versions

  1. 2014-01-17