Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 30/2014 tat-13 ta’ Jannar 2014 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Κονσερβολιά Ροβιών (Konservolia Rovion) (DPO)]

In forceVersion 2014-01-13from 2014-02-04
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/30@2014-01-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Klassi 1.6. IL-GREĊJA

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2),

Billi:

(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Greċja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini Κονσερβολιά Ροβιών (Konservolia Rovion), irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96.

(2) Billi l-modifika kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3) Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-emenda fir-reġistru, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, hija b'dan approvata.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2014. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Dacian Cioloș Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

Klassi 1.6. IL-GREĊJA

Κονσερβολιά Ροβιών (Konservolia Rovion) (DPO)

Versions

  1. 2014-01-13