Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/319@2014-03-27/mt
Contents
- Preamble
- KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
- Artikolu 1 Suġġett
- Artikolu 2 Definizzjonijiet
- Artikolu 3 Determinazzjoni tad-drittijiet u l-ħlasijiet
- Artikolu 4 Pagament tad-drittijiet u l-ħlasijiet
- Artikolu 5 Spejjeż tal-ivvjaġġar
- Artikolu 6 Kwotazzjoni Finanzjarja
- KAPITOLU II DRITTIJIET
- Artikolu 7 Dispożizzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-pagament tad-drittijiet
- 2.
- Artikolu 8 Perjodi ta’ pagamenti
- 4.
- Artikolu 9 Tmiem tal-applikazzjoni
- 2.
- Artikolu 10 Sospensjoni jew revoka ta’ ċertifikat
- Artikolu 11 Ċediment jew trasferiment ta’ ċertifikati
- Artikolu 12 Xogħol ta’ ċertifikazzjoni fuq bażi eċċezzjonali
- KAPITOLU III ĦLASIJIET
- Artikolu 13 Ħlasijiet
- Artikolu 14 Żmien meta għandhom jiġu Imposti l-Ħlasijiet
- KAPITOLU IV APPELLI
- Artikolu 15 Ipproċessar tal-appelli
- KAPITOLU V PROĊEDURI TAL-AĠENZIJA
- Artikolu 16 Dispożizzjonijiet ġenerali
- 1.
- Artikolu 17 Evalwazzjoni u Eżami
- KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
- Artikolu 18 Revoka
- Artikolu 19 Dispożizzjonijiet Tranżitorji
- 1.
- Artikolu 20 Dħul fis-seħħ
- ANNEX
- PARTI I Tabella 1 Tabella 2 Tabella 3 Tabella 4 Tabella 5 Tabella 6 Tabella 7 A Tabella 7 B Tabella 8 Tabella 9 Tabella 10 Tabella 11 Tabella 12 Xogħol li jintalab ħlas għalih b’rata fissa Iċ-Ċertifikati tat-Tip u ċ-Ċertifikati tat-Tip Ristretti (li hemm referenza għalihom fis-subparti B u s-subparti O fit-Taqsima A tal-AnnessI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012) Derivattivi taċ-Ċertifikati tat-Tip jew Certifikati tat-Tip Ristretti Iċ-Ċertifikati tat-Tip Supplimentali (li hemm referenza għalihom fis-subparti E fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) Il-bidliet prinċipali u t-tiswijiet prinċipali (imsemmija fis-subparti D u M fit-Taqsiman A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) Il-bidliet minuri u t-tiswijiet minuri (li għalihom saret referenza fis-subpartijiet D u M fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) Id-dritt annwali għad-detenturi taċ-Ċertifikati tat-Tip EASA u taċ-Ċertfikati tat-Tip Ristretti u Ċertifikati tat-Tip oħrajn meqjusa aċċettati skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 (li hemm referenza għalihom fis-subparti B u s-subparti O fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) L-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tad-Disinn (imsemmija fis-subparti J fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) Il-Proċeduri Alternattivi tal-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tad-Disinn (imsemmija fis-subparti J fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) L-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni (imsemmija fis-subparti G fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) L-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni (imsemmija fl-Anness I, is-subparti F, u l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 L-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni għat-Taħriġ fil-Manutenzjoni (imsemmija fl-Anness IV tar- Regolament (KE) Nru 2042/2003 L-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Maniġment tal-Ajrunavigabbiltà Kontinwa (imsemmija fit-taqsima M, is-subparti G tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003) L-aċċettazzjoni tal-approvazzjonijiet ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tal-Parti 145 u l-Parti 147 skont il-ftehimiet bilaterali applikabbli
- PARTI II Xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizzi li jintalab ħlas għalihom b’rata fis-siegħa
- PARTI III Ħlasijiet għall-appelli
- PARTI IV Ir-rata annwali ta’ inflazzjoni
- PARTI V Nota ta’ Spjega (1)(2)(3)(4)(5)(6)(7)(8)(9)(10)(11)(12)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 64(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni,
Billi:
(1) Id-dħul tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Aġenzija) jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Unjoni u minn kull pajjiż terz Ewropew li jkun daħal biex jifforma parti mill-ftehim imsemmi fl-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, mid-drittijiet imħallsa minn applikanti għal ċertifikati u approvazzjonijiet maħruġin, miżmuma jew emendati mill-Aġenzija, u mill-ħlasijiet għal pubblikazzjonijiet, it-trattament ta’ appelli, taħriġ u kull servizz ieħor mogħti mill-Aġenzija.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 jistabbilixxi d-drittijiet u l-ħlasijiet li għandhom jiġu imposti mill-Aġenzija. Madankollu, hemm bżonn li t-tariffi jiġu aġġustati sabiex jiġi żgurat li jkun hemm bilanċ bejn l-infiq magħmul mill-Aġenzija għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni relatat u servizzi provduti, u għad-dħul biex ikopri l-infiq imsemmi.
(3) Id-drittijiet u l-ħlasijiet imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti, ġust u uniformi.
(4) Id-drittijiet imposti mill-Aġenzija ma għandhomx jipperikolaw il-kompetittività tal-industriji Ewropej ikkonċernati. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi li tikkunsidra kif xieraq il-kapaċità ta’ impriżi żgħar li jħallsu.
(5) Waqt li s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox, l-Aġenzija għandha, madankollu, tqis sewwa l-kosteffiċjenza meta tkun qed twettaq il-ħidmiet li jaqgħu taħtha.
(6) Il-post ġeografiku tal-impriżi fit-territorji tal-Istati Membri ma għandux ikun fattur diskriminatorju. Għaldaqstant, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar li għandhom x’jaqsmu max-xogħol ta’ ċertifikazzjoni magħmul f’isem dawn l-impriżi għandhom jinġabru u jinqasmu bejn l-applikanti.
(7) Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li l-Aġenzija titlob drittijiet għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni li mhux imsemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, iżda li jaqgħu fil-kamp tar-responsabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(8) L-applikant għandu jkollu l-għażla li jitlob kwotazzjoni finanzjarja tal-ammont stmat li għandu jitħallas għax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew għas-servizz provdut. Il-kriterji biex jiġi stabbilit l-ammont li għandu jitħallas għandhom ikunu ċari, uniformi u pubbliċi. Fejn huwa impossibbli li dan l-ammont ikun determinat b’mod preċiż minn qabel, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi prinċipji trasparenti biex tivvaluta l-ammont li għandu jitħallas matul il-provvista tax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew tas-servizz provdut.
(9) Għandhom jiġu ffissati skadenzi għall-ħlas tad-drittijiet u l-ħlasijiet imposti skont dan ir-Regolament.
(10) Għandhom jiġu stabbiliti rimedji xierqa, f’każijiet ta’ nuqqas ta’ ħlas, bħall-waqfien ta’ proċessi ta’ applikazzjoni relatati, l-invalidazzjoni tal-approvazzjonijiet relatati, il-prevenzjoni ta’ kwalunke provvista ulterjuri ta’ xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ servizzi provduti lill-istess applikant, u l-irkuprar tal-ammont pendenti permezz tal-mezzi disponibbli.
(11) L-industrija għandha tgawdi minn viżibilità finanzjarja tajba u tkun tista’ tantiċipa l-ispiża tad-drittijiet u l-ħlasijiet li jkun jeħtiġilha tħallas. Fl-istess waqt, jeħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn l-infiq ġenerali tal-Aġenzija għax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni u s-servizzi provduti, u d-dħul ġenerali mid-drittijiet u l-ħlasijiet li timponi. Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju qafas, id-drittijiet u l-ħlasijiet għandhom jiġu stabbiliti f’tali livell li jevita żbilanċ jew akkumulazzjoni sinifikanti tal-bilanċ favorevoli. Għaldaqstant, l-eżami mill-ġdid tal-livelli tad-drittijiet u l-ħlasijiet għandu jkun obbligatorju jekk defiċit jew bilanċ favorevoli isir rikurrenti fuq il-bażi tar-riżultati finanzjarji u l-previżjonijiet tal-Aġenzija.
(12) Il-partijiet interessati għandhom jiġu kkonsultati qabel kull tibdil fid-drittijiet. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tagħti regolarment lill-partijiet interessati t-tagħrif dwar kif u fuq liema bażi jiġu kkalkolati d-drittijiet. Dan it-tagħrif għandu jagħti lill-partijiet interessati idea tal-ispejjeż li tiltaqa’ magħhom l-Aġenzija u l-produttività tagħha.
(13) It-tariffi stabbiliti b’dan ir-Regolament għandhom ikunu bbażati fuq it-tbassir tal-Aġenzija dwar l-ammont ta’ xogħol tagħha u spejjeż relattivi. L-eżami mill-ġdid tat-tariffi għandu jsegwi proċedura li tippermetti emendi mingħajr dewmien żejjed abbażi tal-esperjenza li l-Aġenzija kisbet mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, monitoraġġ kontinwu tar-riżorsi u tal-metodoloġija tal-ħidma u titjib assoċjat fl-effiċjenza, u l-valutazzjoni kontinwa tal-bżonnijiet finanzjarji. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li sa mhux aktar tard minn Jannar 2016, l-Aġenzija għandha tkun obbligata li tkopri, mill-introju mid-drittijiet u l-ħlasijiet, il-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjoni tal-persunal tagħha ffinanzjat mid-drittijiet u l-ħlasijiet tal-Aġenzija. Jeħtieġ li d-drittijiet u l-ħlasijiet jiġu aġġustati biex jissodisfaw ir-rekwiżit finanzjarju.
(14) L-ispejjeż relatati mas-servizzi provduti mill-Aġenzija fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ATM/ANS) jeħtieġ li jsiru eliġibbli biex jiġu ffinanzjati mill-ħlasijiet imposti fuq l-utenti tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013.
(15) Jagħmel sens li sabiex appell kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija jkun ammissibbli, il-ħlasijiet għal dak l-appell għandhom jitħallsu kollha kemm huma.
(16) Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandhom iservu ta’ bażi għall-evalwazzjoni tax-xogħol attwali involut fiċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti minn pajjiżi terzi. Fil-prinċipju, il-proċess ta’ validazzjoni mill-Aġenzija ta’ ċertifikati maħruġa minn pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha ftehim xieraq, huwa spjegat f’dan il-ftehim u għandu jirriżulta f’ammont ta’ xogħol differenti mill-proċess meħtieġ mill-Aġenzija għall-attivitajiet taċ-ċertifikazzjoni.
(17) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(18) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 593/2007 għandu jiġi mħassar,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1 Suġġett
Dan ir-Regolament jiddetermina l-kwistjonijiet li għalihom id-drittijiet u l-ħlasijiet huma dovuti, jistabbilixxi l-ammont ta’ drittijiet u ħlasijiet u l-mod ta’ kif għandhom jitħallsu.
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) drittijiet tfisser l-ammonti imposti mill-Aġenzija u li għandhom jitħallsu mill-applikanti għax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni;
(b) ħlasijiet tfisser l-ammonti imposti mill-Aġenzija u li għandhom jitħallsu mill-applikanti għal servizzi provduti mill-Aġenzija minbarra ċ-ċertifikazzjoni jew, fil-każ ta’ appell, mill-persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel l-appell;
(c) xogħol ta’ ċertifikazzjoni tfisser l-attivitajiet kollha mwettqa mill-Aġenzija direttament jew indirettament għall-finijiet ta’ ħruġ, żamma jew emendar taċ-ċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu;
(d) servizz tfisser l-attivitajiet kollha mwettqa mill-Aġenzija minbarra x-xogħol ta’ ċertifikazzjoni, inkluża l-provvista ta’ merkanzija;
(e) applikant tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li titlob li tibbenefika minn xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizz provdut mill-Aġenzija;
Artikolu 3 Determinazzjoni tad-drittijiet u l-ħlasijiet
1. Id-drittijiet u l-ħlasijiet għandhom jintalbu u jiġu imposti biss mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu drittijiet għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni, anki jekk huma jagħmlu dak ix-xogħol f’isem l-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tirrimborża lill-Istati Membri għax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni li jipprovdu f’isimha.
3. Id-drittijiet u l-ħlasijet għandhom ikunu denominati u pagabbli fil-munita euro.
4. L-ammonti msemmija fil-Partijiet I u II tal-Anness għandhom jiġu indiċjati kull sena skont ir-rata tal-inflazzjoni b’konformità mal-metodu stipulat fil-Parti IV tal-Anness.
5. B’deroga mid-drittijiet imsemmija fl-Anness, id-drittijiet għax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni mwettaq fil-kuntest ta’ ftehim bilaterali bejn l-Unjoni u pajjiż terz jistgħu jkunu soġġetti għal dispożizzjonijiet speċifiċi stipulati fil-ftehim bilaterali rispettiv.
Artikolu 4 Pagament tad-drittijiet u l-ħlasijiet
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi t-termini tal-pagament tad-drittijiet u l-ħlasijiet, u tindika taħt liema kundizzjonijiet l-Aġenzija titlob ħlas għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni u servizzi provduti. L-Aġenzija għandha tippubblika t-termini fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija.
2. L-applikant għandu jħallas l-ammont dovut kollu kemm hu, inklużi l-ħlasijiet bankarji possibbli relatati mal-pagament, fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha l-applikant jiġi nnotifikat bil-fattura.
3. Fejn il-pagament ta’ fattura ma jasalx għand l-Aġenzija wara l-perjodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2, l-Aġenzija tista’ timponi mgħax għal kull jum kalendarju li jasal tard.
4. Ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar tad-data ta’ skadenza, miżjuda bi tmien punti perċentwali.
5. Fejn l-Aġenzija jkollha provi li l-kapaċità finanzjarja tal-applikant tkun f’riskju, hija tista’ tirrifjuta applikazzjoni sakemm l-applikant jipprovdi garanzija bankarja jew depożitu garantit.
6. L-Aġenzija tista’ wkoll tirrifjuta applikazzjoni, jekk l-applikant ma jissodisfax l-obbligi tal-ħlas tiegħu li jirriżultaw mix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizzi mwettqa mill-Aġenzija, sakemm l-applikant ma jħallasx l-ammonti pendenti dovuti għal dak ix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizzi provduti.
Artikolu 5 Spejjeż tal-ivvjaġġar
1. Meta xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizz, kif imsemmi fil-Parti I u l-Parti II punt 1 tal-Anness, jitwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, barra mit-territorji tal-Istati Membri, l-applikant għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar skont il-formola: dv a h1 e
2. Għas-servizzi msemmija fil-Parti II punt 2, l-applikant għandu jħallas, irrispettivament mil-lokalità ġeografika fejn jitwettaq is-servizz, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar skont il-formola: dv a h2
3. Għall-finijiet tal-formoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandu japplika dan li ġej: d spejjeż tal-ivvjaġġar dovuti; v spejjeż tat-trasport; a ir-rati standard uffiċjali tal-Kummissjoni għal Per Diems li jkopru l-akkomodazzjoni, l-ikel, l-ivvjaġġar lokali fil-post tal-missjoni u spejjeż oħra; h1 ħin tal-ivvjaġġar (is-sigħat li jqattgħu l-esperti fi proporzjon mal-ivvjaġġar involut), li jintalab ħlas għalih bir-rata fis-siegħa stipulata fil-Part II punt 1 tal-Anness; h2 ħin tal-ivvjaġġar (is-sigħat li jqattgħu l-esperti fi proporzjon mal-ivvjaġġar involut), li jintalab ħlas għalih bir-rata fis-siegħa stipulata fil-Part II punt 2 tal-Anness; e l-ispejjeż medji tal-ivvjaġġar ġewwa t-territorji tal-Istati Membri, li jinkludu l-ispejjeż medji tat-trasport u l-ħin medju li ntuża għall-ivvjaġġar ġewwa t-territorji tal-Istati Membri, immultiplikat bir-rata fis-siegħa kif stipulat fil-Parti II punt 1 tal-Anness. Dan huwa soġġett għal eżami u indiċjar annwali.
Artikolu 6 Kwotazzjoni Finanzjarja
1. L-applikant jista’ jitlob stima finanzjarja għall-ammonti li għandhom jitħallsu.
2. Meta l-applikant jitlob stima finanzjarja jew l-emenda tagħha, l-attivitajiet għandhom ikunu sospiżi sakemm l-istima relevanti tiġi provduta mill-Aġenzija u aċċettata mill-applikant.
3. L-istima finanzjarja għandha tkun emendata mill-Aġenzija jekk jidher li x-xogħol huwa iktar sempliċi jew li jista’ jitwettaq aktar malajr milli kien imbassar inizjalment jew, bil-kontra, jekk inhu iktar kumpless u jieħu iktar żmien biex jitwettaq milli seta’ raġonevolment jiġi mbassar mill-Aġenzija.
KAPITOLU II DRITTIJIET
Artikolu 7 Dispożizzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-pagament tad-drittijiet
1. Ix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni huwa soġġett għal pagament minn qabel tal-ammont totali tad-dritt dovut, sakemm l-Aġenzija ma tiddeċidix mod ieħor wara konsiderazzjoni xierqa tar-riskji finanzjarji. L-Aġenzija tista’ tiffattura d-dritt fi ħlas wieħed wara li tkun irċeviet l-applikazzjoni jew fil-bidu tal-perjodu annwali jew dak ta’ sorveljanza.
2. Id-dritt li għandu jitħallas mill-applikant għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni partikolari għandu jikkonsisti:
2.
(a) fi dritt b’rata fissa stipulat fil-Parti I tal-Anness; jew
(b) fi dritt b’rata varjabbli.
3. Id-dritt b’rata varjabbli msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit billi jiġi mmultiplikat in-numru attwali ta’ sigħat ta’ xogħol u r-rata fis-siegħa stipulata fil-Parti II punt 1 tal-Anness.
4. Hekk kif fil-futur jiġu applikati Regolamenti li jikkonċernaw xogħol ta’ ċertifikazzjoni li għandu jitwettaq mill-Aġenzija skont id-dispożizzjonijiet relevanti li hemm fir-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Aġenzija tkun tista’ timponi drittijiet skont il-Parti II punt 1 tal-Anness għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni minbarra dak li hemm referenza għalih fl-Anness, sa meta d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-drittijiet relevanti li għandhom jiġu imposti mill-Aġenzija jkunu jistgħu jiġu inkorporati f’dan ir-Regolament.
Artikolu 8 Perjodi ta’ pagamenti
1. Id-drittijiet imsemmija fit-Tabelli 1 sa 4 fil-Parti I tal-Anness għandhom jiġu imposti għal kull applikazzjoni u għal kull perjodu ta’ 12-il xahar. Għall-perjodu wara l-ewwel 12-il xahar, id-drittijiet għandhom ikunu 1/365 tad-dritt annwali relevanti għal kull jum.
2. Id-drittijiet imsemmija fit-Tabella 5 tal-Parti I tal-Anness, għandhom ikunu imposti għal kull applikazzjoni.
3. Id-drittijiet imsemmija fit-Tabella 6 tal-Parti I tal-Anness, għandhom ikunu imposti għal kull perjodu ta’ 12-il xahar.
4. Id-drittijiet relatati mal-organizzazzjonijiet imsemmija fit-Tabelli 7 sa 11 tal-Parti I tal-Anness għandhom ikunu imposti kif ġej:
4.
(a) id-drittijiet tal-approvazzjoni għandhom ikunu imposti għal kull applikazzjoni;
(b) id-drittijiet tas-sorveljanza għandhom ikunu imposti għal kull perjodu ta’ 12-il xahar;
(c) kull tibdil fl-organizzazzjoni li jaffettwa l-approvazzjoni tagħha jwassal għal kalkolu mill-ġdid tad-dritt tas-sorveljanza dovut għall-perjodu tat-12-il xahar li jmiss.
Artikolu 9 Tmiem tal-applikazzjoni
1. L-applikazzjoni tista’ tiġi rrifjutata jekk id-drittijiet dovuti għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni ma jaslux sa tmiem il-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 4(2) u wara li l-Aġenzija tkun ikkonsultat lill-applikant.
2. Il-bilanċ ta’ kull dritt dovut, ikkalkulat bi prezz fis-siegħa għalperjodu kontinwu ta’ 12-il xahar iżda li ma jkunx aktar mid-dritt b’rata fissa applikabbli, għandu jitħallas kollu fil-mument meta l-Aġenzija tieqaf taħdem fuq xogħol ta’ ċertifikazzjoni, flimkien mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u kull ammont ieħor li jkun dovut, fil-każijiet li ġejjin:
2.
(a) jekk l-Aġenzija tirrifjuta l-applikazzjoni; jew
(b) xogħol ta’ ċertifikazzjoni jkollu jintemm mill-Aġenzija għax l-applikant:
(b)
(i) ma jkollux biżżejjed riżorsi;
(ii) ma jikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli; jew
(iii) jiddeċiedi li jabbanduna l-applikazzjoni tiegħu jew jipposponi l-proġett tiegħu.
3. Meta, fuq talba tal-applikant, l-Aġenzija terġa’ tibda taħdem fuq xogħol ta’ ċertifikazzjoni li kien ġie mwaqqaf, l-Aġenzija għandha timponi dritt ġdid, irrispettivament mid-drittijiet li kienu tħallsu għax-xogħol li ġie mwaqqaf.
Artikolu 10 Sospensjoni jew revoka ta’ ċertifikat
1. Jekk id-drittijiet pendenti ma jaslux sa tmiem il-perjodu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 4(2), l-Aġenzija tista’ tissospendi jew tirrevoka ċ-ċertifikat relevanti wara li tkun ikkonsultat lill-applikant.
2. Jekk l-Aġenzija tissospendi ċ-ċertifikat minħabba nuqqas ta’ pagament tad-dritt annwali jew tad-dritt tas-sorveljanza jew minħabba li l-applikant jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, il-perjodu rispettiv tad-drittijiet għandu jibqa’ għaddej u l-applikant għandu jħallas għall-perjodu ta’ sospensjoni.
3. Jekk l-Aġenzija tirrevoka ċ-ċertifikat, il-bilanċ tad-drittijiet dovut, ikkalkulat fuq prezz fis-siegħa għall-perjodu kontinwu ta’ 12-il xahar iżda li ma jkunx aktar mid-dritt b’rata fissa applikabbli, għandu jitħallas kollu flimkien ma’ kull ammont ieħor li jkun dovut sa dak iż-żmien.
Artikolu 11 Ċediment jew trasferiment ta’ ċertifikati
Jekk id-detentur taċ-ċertifikat iċedi jew jittrasferixxi ċ-ċertifikat korrispondenti, il-bilanċ ta’ kull dritt dovut, ikkalkulat fuq prezz fis-siegħa għall-perjodu kontinwu ta’ 12-il xahar iżda li ma jkunx aktar mid-dritt b’rata fissa applikabbli, għandu jitħallas kollu fid-data taċ-ċediment jew tat-trasferiment, flimkien mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u kull ammont ieħor dovut sa dak iż-żmien.
Artikolu 12 Xogħol ta’ ċertifikazzjoni fuq bażi eċċezzjonali
Għandha tiġi applikata żieda eċċezzjonali mad-dritt impost sabiex tkopri l-ispejjeż kollha li tkun ġarrbet l-Aġenzija biex tilqa’ t-talba speċjali tal-applikant, kemm-il darba minħabba dik it-talba, xogħol ta’ ċertifikazzjoni jitwettaq b’mod eċċezzjonali kif ġej:
(a) billi jiġu assenjati kategoriji tal-persunal li normalment l-Aġenzija ma kinitx tassenja skont il-proċeduri standard tagħha, u/jew
(b) billi jiġi assenjat tali għadd ta’ persunal sabiex ix-xogħol isir aktar malajr milli skont il-proċeduri standard tal-Aġenzija.
KAPITOLU III ĦLASIJIET
Artikolu 13 Ħlasijiet
1. L-ammont tal-ħlasijiet imposti mill-Aġenzija għas-servizzi elenkati fil-Parti II punt 1 tal-Anness għandu jkun ugwali għall-ispejjeż reali tas-servizz provdut. Għal dak l-għan, iż-żmien li tkun ħadet l-Aġenzija għandu jkun fatturat bir-rata fis-siegħa msemmija f’dik il-lista.
2. L-ammont ta’ ħlasijiet imposti mill-Aġenzija għas-servizzi minbarra dawk elenkati fil-Parti II punt 1 tal-Anness għandu jkun ugwali għall-ispiża reali tas-servizz provdut. Għal dak il-għan, iż-żmien li tkun ħadet l-Aġenzija biex tipprovdi s-servizz għandu jkun fatturat bir-rata fis-siegħa msemmija fil-Parti II punt 2 tal-Anness.
3. L-ispejjeż li l-Aġenzija tista’ ġġarrab sabiex twettaq servizzi partikolari li ma jistgħux ikunu determinati u li jintalab ħlas għalihom b’mod adegwat billi tintuża r-rata fis-siegħa, għandu jintalab ħlas għalihom skont il-proċeduri amministrattivi interni.
Artikolu 14 Żmien meta għandhom jiġu Imposti l-Ħlasijiet
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Aġenzija, wara konsiderazzjoni xierqa tar-riskji finanzjarji, il-ħlasijiet għandhom jiġu imposti qabel ma jiġi provdut is-servizz.
KAPITOLU IV APPELLI
Artikolu 15 Ipproċessar tal-appelli
1. Għandhom jiġu imposti ħlasijiet għall-ipproċessar ta’ appell imressaq skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 L-ammonti tal-ħlasijiet għandhom jiġi kkalkulati skont il-metodu stipulat fil-Parti III tal-Anness. L-appell għandu jkun ammissibbli biss meta l-ħlas tal-appell ikun sar fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 3.
2. Persuna ġuridika li tagħmel l-appell għandha tissottometti lill-Aġenzija ċertifikat iffirmat minn uffiċjal awtorizzat li jispeċifika l-fatturat tal-appellant. Dan iċ-ċertifikat għandu jiġi sottomess flimkien mal-appell.
3. Il-ħlasijiet tal-appelli għandhom jitħallsu skont il-proċedura applikabbli stabbilita mill-Aġenzija fi żmien 60 jum kalendarju mid-data li fiha l-appell ikun ġie rreġistrat fl-Aġenzija.
4. Jekk l-appell ikun konkluż favur l-appellant, il-ħlasijiet tal-appell imħallsa għandhom jiġu rimborżati mill-Aġenzija mingħajr dewmien.
KAPITOLU V PROĊEDURI TAL-AĠENZIJA
Artikolu 16 Dispożizzjonijiet ġenerali
1. L-Aġenzija għandha tagħmel distinzjoni bejn id-dħul u l-infiq li huma attribwibbli għax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni u s-servizzi provduti. Sabiex issir distinzjoni bejn id-dħul u l-infiq kif stipulat fl-ewwel subparagrafu:
1.
(a) id-drittijiet u l-ħlasijiet imposti mill-Aġenzija għandhom jinżammu f’kont separat u għandhom ikunu s-suġġett ta’ proċedura separata ta’ kontabbiltà;
(b) l-Aġenzija għandha tagħmel u tuża kontabbiltà analitika għad-dħul u l-infiq tagħha.
2. Id-drittijiet u l-ħlasijiet għandhom ikunu soġġetti għal stima ġenerali provviżorja fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja. Din l-istima għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati finanzjarji preċedenti tal-Aġenzija, l-istima tagħha ta’ nfiq u dħul u l-pjan tagħha ta’ ħidma għal quddiem.
3. Jekk fi tmiem sena finanzjarja, id-dħul ġenerali mid-drittijiet, li jikkostitwixxu dħul assenjat skont l-Artikolu 64(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, ikun aktar mill-infiq ġenerali għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni, iż-żejjed għandu jintuża biex jiffinanzja xogħol ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija.
Artikolu 17 Evalwazzjoni u Eżami
1. Kull sena l-Aġenzija għandha tibgħat lill-Kummissjoni, lill-Bord tat-Tmexxija u lill-korp konsultattiv tal-partijiet interessati stabbilit skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, informazzjoni dwar il-komponenti li jservu bħala bażi biex jiġi stabbilit il-livell tad-drittijiet. Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti b’mod partikolari f’analiżi dettaljata tal-ispejjeż relatati mas-snin ta’ qabel u ma’ dawk li jmiss.
2. L-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi eżaminat perjodikament mill-Aġenzija biex jiġi żgurat li l-informazzjoni sinifikanti relatata mas-suppożizzjonijiet sottostanti għad-dħul u l-infiq antiċipati mill-Aġenzija tkun riflessa debitament fl-ammonti tad-drittijiet jew ħlasijiet imposti mill-Aġenzija. Fejn meħtieġ, dan ir-Regolament jista’ jiġi eżaminat sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ. Meta jkun meħtieġ, dan għandu jiġi emendat billi jitqies b’mod partikolari d-dħul tal-Aġenzija u l-ispejjeż relatati tagħha.
3. L-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-korp konsultattiv tal-partijiet interessati msemmi fil-paragrafu 1 qabel ma tagħti opinjoni dwar kull bidla proposta fl-ammonti msemmija fl-Anness. Matul din il-konsultazzjoni, l-Aġenzija għandha tispjega r-raġunijiet għall-bidla proposta.
KAPITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI
Artikolu 18 Revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 593/2007 huwa rrevokat.
Artikolu 19 Dispożizzjonijiet Tranżitorji
1. Dan ir-Regolament għandu japplika kif ġej:
1.
(a) id-drittijiet għall-applikazzjoni stipulati fil-Parti I u l-Parti II tal-Anness għandhom japplikaw għal kull applikazzjoni li tkun ġiet irreġistrata wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;
(b) id-drittijiet annwali u dawk ta’ sorveljanza stipulati fit-Tabelli 1 sa 4 u 6 sa 12 tal-Parti I tal-Anness għandhom japplikaw għal kull xogħol ta’ ċertifikazzjoni kontinwu mill-pagament akkont annwali dovut li jmiss wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;
(c) ir-rati fis-siegħa stipulati fil-Parti II tal-Anness għandhom japplikaw mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għal kull xogħol ta’ ċertifikazzjoni kontinwu li jintalab ħlas għalih fis-siegħa;
(d) l-indiċjar imsemmi fl-Artikolu 3(4) għandu jseħħ kull sena fl-1 ta’ Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, li jibda minn Jannar 2015.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 18, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 488/2005 u (KE) Nru 593/2007 għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward ta’ kull dritt u ħlas li jmur lil hinn mill-ambitu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 20.
Artikolu 20 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2014. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS
PARTI I Tabella 1 Tabella 2 Tabella 3 Tabella 4 Tabella 5 Tabella 6 Tabella 7 A Tabella 7 B Tabella 8 Tabella 9 Tabella 10 Tabella 11 Tabella 12 Xogħol li jintalab ħlas għalih b’rata fissa Iċ-Ċertifikati tat-Tip u ċ-Ċertifikati tat-Tip Ristretti (li hemm referenza għalihom fis-subparti B u s-subparti O fit-Taqsima A tal-AnnessI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012) Derivattivi taċ-Ċertifikati tat-Tip jew Certifikati tat-Tip Ristretti Iċ-Ċertifikati tat-Tip Supplimentali (li hemm referenza għalihom fis-subparti E fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) Il-bidliet prinċipali u t-tiswijiet prinċipali (imsemmija fis-subparti D u M fit-Taqsiman A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) Il-bidliet minuri u t-tiswijiet minuri (li għalihom saret referenza fis-subpartijiet D u M fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) Id-dritt annwali għad-detenturi taċ-Ċertifikati tat-Tip EASA u taċ-Ċertfikati tat-Tip Ristretti u Ċertifikati tat-Tip oħrajn meqjusa aċċettati skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 (li hemm referenza għalihom fis-subparti B u s-subparti O fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) L-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tad-Disinn (imsemmija fis-subparti J fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) Il-Proċeduri Alternattivi tal-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tad-Disinn (imsemmija fis-subparti J fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) L-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni (imsemmija fis-subparti G fit-Taqsima A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 748/2012) L-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni (imsemmija fl-Anness I, is-subparti F, u l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 L-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni għat-Taħriġ fil-Manutenzjoni (imsemmija fl-Anness IV tar- Regolament (KE) Nru 2042/2003 L-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Maniġment tal-Ajrunavigabbiltà Kontinwa (imsemmija fit-taqsima M, is-subparti G tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003) L-aċċettazzjoni tal-approvazzjonijiet ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tal-Parti 145 u l-Parti 147 skont il-ftehimiet bilaterali applikabbli
Dritt b’rata fissa (EUR) Inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi Aktar minn 150000 kg 1785000 Aktar minn 50000 kg sa 150000 kg 1530000 Aktar minn 22000 kg sa 50000 kg 510000 Aktar minn 5700 kg sa 22000 kg (inklużi Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 382500 Aktar minn 2000 kg sa 5700 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 263800 Sa 2000 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 13940 Ajruplani Ħfief Ħafna, Gliders bil-Mutur, Gliders 6970 Ajruplani Ħfief tal-Isports 5230 Inġenji tal-Ajru li jaħdmu bir-rotors Kbar 464000 Medji 185600 Żgħar 23240 Inġenji tal-Ajru ħfief ħafna li jaħdmu bir-rotors 23240 Oħrajn Blalen tal-arja 6970 Iġfna tal-Ajru Kbar 38630 Iġfna tal-Ajru Medji 15450 Iġfna tal-Ajru Żgħar 7730 Propulsjoni Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq aktar minn 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq aktar minn 2000 kW 395000 Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq sa 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq sa 2000 kW 263300 Magni mingħajr turbina 34860 CS-22.H, CS-VLR App. Magni B 17430 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru aktar minn 5700 kg MTOW 11910 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru sa 5700 kg MTOW 3400 Skrun tal-Klassi CS-22J 1700 Partijiet u Tagħmir Valur aktar minn EUR 20000 8780 Valur bejn EUR 2000 u EUR 20000 5020 Valur inqas minn EUR 2000 2910 Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU) 208800 Dritt b’rata fissa (EUR) Inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi Aktar minn 150000 kg 614100 Aktar minn 50000 kg sa 150000 kg 368500 Aktar minn 22000 kg sa 50000 kg 245600 Aktar minn 5700 kg sa 22000 kg (inklużi Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 196500 Aktar minn 2000 kg sa 5700 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 93000 Sa 2000 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 3250 Ajruplani Ħfief Ħafna, Gliders bil-Mutur, Gliders 2790 Ajruplani Ħfief tal-Isports 2090 Inġenji tal-Ajru li jaħdmu bir-rotors Kbar 185600 Medji 116000 Żgħar 11600 Inġenji tal-Ajru ħfief ħafna li jaħdmu bir-rotors 6970 Oħrajn Blalen tal-arja 2790 Iġfna tal-Ajru Kbar 23200 Iġfna tal-Ajru Medji 9280 Iġfna tal-Ajru Żgħar 4640 Propulsjoni Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq aktar minn 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq aktar minn 2000 kW 80800 Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq sa 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq sa 2000 kW 69600 Magni mingħajr turbina 11620 CS-22.H, CS-VLR App. Magni B 5810 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru aktar minn 5700 kg MTOW 2910 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru sa 5700 kg MTOW 890 Skrun tal-Klassi CS-22J 450 Partijiet u Tagħmir Valur aktar minn EUR 20000 Valur bejn EUR 2000 u EUR 20000 Valur inqas minn EUR 2000 Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU) 53900 Dritt fiss (EUR) Kumpless Standard Sempliċi Inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi Aktar minn 150000 kg 60200 12850 3660 Aktar minn 50000 kg sa 150000 kg 36130 10280 2880 Aktar minn 22000 kg sa 50000 kg 24090 7710 2620 Aktar minn 5700 kg sa 22000 kg (inklużi Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 14450 5140 2620 Aktar minn 2000 kg sa 5700 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 4420 2030 1020 Sa 2000 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 1860 1160 580 Ajruplani Ħfief Ħafna, Gliders bil-Mutur, Gliders 290 290 290 Ajruplani Ħfief tal-Isports 220 220 220 Inġenji tal-Ajru li jaħdmu bir-rotors Kbar 46400 6960 2320 Medji 23200 4640 1860 Żgħar 9280 3480 1160 Inġenji tal-Ajru ħfief ħafna li jaħdmu bir-rotors 1050 460 290 Oħrajn Blalen tal-arja 990 460 290 Iġfna tal-Ajru Kbar 11600 9280 4640 Iġfna tal-Ajru Medji 4640 3710 1860 Iġfna tal-Ajru Żgħar 2320 1860 930 Propulsjoni Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq aktar minn 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq aktar minn 2000 kW 11600 6960 4640 Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq sa 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq sa 2000 kW 6960 5460 3640 Magni mingħajr turbina 3250 1450 730 CS-22.H, CS-VLR App. Magni B 1630 730 350 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru aktar minn 5700 kg MTOW 2320 1160 580 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru sa 5700 kg MTOW 1740 870 440 Skrun tal-Klassi CS-22J 870 440 220 Partijiet u Tagħmir Valur aktar minn EUR 20000 Valur bejn EUR 2000 u EUR 20000 Valur inqas minn EUR 2000 Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU) 6960 4640 2320 Dritt b’rata fissa (EUR) Kumpless Standard Sempliċi Inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi Aktar minn 150000 kg 50800 9330 3330 Aktar minn 50000 kg sa 150000 kg 25420 7000 2140 Aktar minn 22000 kg sa 50000 kg 20340 4670 1670 Aktar minn 5700 kg sa 22000 kg (inklużi Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 12710 2330 1670 Aktar minn 2000 kg sa 5700 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 3490 1630 810 Sa 2000 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 1280 580 290 Ajruplani Ħfief Ħafna, Gliders bil-Mutur, Gliders 290 290 290 Ajruplani Ħfief tal-Isports 220 220 220 Inġenji tal-Ajru li jaħdmu bir-rotors Kbar 34800 6960 2320 Medji 18560 4640 1620 Żgħar 7430 3480 930 Inġenji tal-Ajru ħfief ħafna li jaħdmu bir-rotors 990 460 290 Oħrajn Blalen tal-arja 990 460 290 Iġfna tal-Ajru Kbar 9280 6960 4640 Iġfna tal-Ajru Medji 3710 2780 1860 Iġfna tal-Ajru Żgħar 1860 1390 930 Propulsjoni Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq aktar minn 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq aktar minn 2000 kW 6410 2360 1420 Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq sa 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq sa 2000 kW 3480 1180 710 Magni mingħajr turbina 1510 700 350 CS-22.H, CS-VLR App. Magni B 700 350 290 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru aktar minn 5700 kg MTOW 1250 290 290 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru sa 5700 kg MTOW 940 290 290 Skrun tal-Klassi CS-22J 470 150 150 Partijiet u Tagħmir Valur aktar minn EUR 20000 Valur bejn EUR 2000 u EUR 20000 Valur inqas minn EUR 2000 Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU) 3480 1160 700 Dritt fiss (EUR) Inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi Aktar minn 150000 kg 890 Aktar minn 50000 kg sa 150000 kg 890 Aktar minn 22000 kg sa 50000 kg 890 Aktar minn 5700 kg sa 22000 kg (inkluż Inġenju tal-Ajru ta’ Prestazzjoni Għolja) 890 Aktar 2000 kg sa 5700 kg (ħlief għal Inġenju tal-Ajru ta’ Prestazzjoni Għolja) 290 Sa 2000 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 290 Ajruplani Ħfief Ħafna, Gliders bil-Mutur, Gliders 290 Ajruplani Ħfief tal-Isports 220 Inġenji tal-Ajru li jaħdmu bir-rotors Kbar 460 Medji 460 Żgħar 460 Inġenji tal-Ajru ħfief ħafna li jaħdmu bir-rotors 290 Oħrajn Blalen tal-arja 290 Iġfna tal-Ajru Kbar 810 Airships Medji 460 Iġfna tal-Ajru Żgħar 460 Propulsjoni Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq aktar minn 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq aktar minn 2000 kW 600 Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq sa 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq sa 2000 kW 600 Magni mingħajr turbina 290 CS-22.H, CS-VLR App. Magni B 290 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru aktar minn 5700 kg MTOW 290 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru sa 5700 kg MTOW 290 Skrun tal-Klassi CS-22J 150 Partijiet u Tagħmir Valur aktar minn EUR 20000 Valur bejn EUR 2000 u EUR 20000 Valur inqas minn EUR 2000 Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU) 460 Dritt b’rata fissa (EUR) Id-Disinn tal-UE Id-Disinn mhux tal-UE Inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi Aktar minn 150000 kg 1078000 385400 Aktar minn 50000 kg sa 150000 kg 852900 252600 Aktar minn 22000 kg sa 50000 kg 257000 96300 Aktar minn 5700 kg sa 22000 kg (inklużi Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 42010 14270 Aktar minn 2000 kg sa 5700 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 4650 1630 Sa 2000 kg (ħlief għal Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja) 2320 780 Ajruplani Ħfief Ħafna, Gliders bil-Mutur, Gliders 1050 350 Ajruplani Ħfief tal-Isports 780 260 Inġenji tal-Ajru li jaħdmu bir-rotors Kbar 105600 33780 Medji 52800 18610 Żgħar 20880 7710 Inġenji tal-Ajru ħfief ħafna li jaħdmu bir-rotors 3490 1160 Oħrajn Blalen tal-arja 1050 350 Iġfna tal-Ajru Kbar 3480 1160 Iġfna tal-Ajru Medji 2320 770 Iġfna tal-Ajru Żgħar 1860 620 Propulsjoni Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq aktar minn 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq aktar minn 2000 kW 107100 31870 Magni bit-turbini b’forza propulsiva għat-tluq sa 25 KN jew bi prestazzjoni ta’ enerġija għat-tluq sa 2000 kW 53550 26650 Magni mingħajr turbina 1160 410 CS-22.H, CS-VLR App. Magni B 580 290 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru aktar minn 5700 kg MTOW 870 290 Skrun għall-użu fuq inġenji tal-ajru sa 5700 kg MTOW 440 150 Skrun tal-Klassi CS-22J 220 70 Partijiet u Tagħmir Valur aktar minn EUR 20000 4500 1500 Valur bejn EUR 2000 u EUR 20000 2250 750 Valur inqas minn EUR 2000 1130 540 Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU) 85000 26000 (f’EUR) Dritt tal-approvazzjoni DOA 1 A DOA 1B DOA 2 A DOA 1C DOA 2B DOA 3 A DOA 2C DOA 3B DOA 3C Persunal relatat inqas minn 10 13600 10700 8000 5400 4180 10 sa 49 38250 27320 16390 10930 50 sa 399 109300 82000 54600 41830 400 sa 999 218600 163900 136600 115000 1000 sa 2499 437200 2500 sa 5000 655700 Aktar minn 5000 3643000 Dritt tas-sorveljanza Persunal relatat inqas minn 10 6800 5350 4000 2700 2090 10 sa 49 19130 13660 8200 5460 50 sa 399 54600 40980 27320 21860 400 sa 999 109300 82000 68300 60100 1000 sa 2499 218600 2500 sa 5000 327900 Aktar minn 5000 1822000 (f’EUR) Kategorija Deskrizzjoni Proċedura alternattiva tal-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tad-Disinn 1 A Ċertifikazzjoni tat-tip 7500 1B Ċertifikazzjoni tat-tip – Ajrunavigabbiltà kontinwa biss 3000 2 A Ċertifikati supplementari tat-tip (STC) u/jew tiswijiet kbar 6000 2B STC u/jew tiswijiet prinċipali – Ajrunavigabbiltà kontinwa biss 2500 3 A ETSOA 6000 3B ETSOA – Ajrunavigabbiltà kontinwa biss 3000 (f’EUR) Dritt tal-approvazzjoni Dritt tas-sorveljanza Fatturat inqas minn miljun euro 10460 7550 Bejn 1000000 u 4999999 58000 36790 Bejn 5000000 u 9999999 206400 49050 Bejn 10000000 u 49999999 309600 73600 Bejn 50000000 u 99999999 358000 174000 Bejn 100000000 u 499999999 417600 232000 Bejn 500000000 u 999999999 732100 464000 Aktar minn 999999999 2784000 2207000 (f’EUR) Dritt tal-approvazzjoni Dritt tas-sorveljanza Persunal relatat inqas minn 5 3490 2670 Bejn 5 u 9 5810 4650 Bejn 10 u 49 15000 12000 Bejn 50 u 99 24000 24000 Bejn 100 u 499 32080 32080 Bejn 500 u 999 44300 44300 Aktar minn 999 62200 62200 Klassifikazzjoni Teknika Dritt b’rata fissa bbażat fuq klassifikazzjoni teknika Dritt b’rata fissa bbażat fuq klassifikazzjoni teknika A 1 12780 12780 A 2 2910 2910 A 3 5810 5810 A 4 580 580 B 1 5810 5810 B 2 2910 2910 B 3 580 580 C 580 580 Dritt tal-approvazzjoni (EUR) Dritt tas-sorveljanza (EUR) Persunal relatat inqas minn 5 3490 2670 Bejn 5 u 9 9880 7670 Bejn 10 u 49 21260 19660 Bejn 50 u 99 41310 32730 Aktar minn 99 54400 50000 Dritt għat-tieni faċilità u għal kull faċilità addizzjonali sussegwenti 3330 2500 Dritt għat-tieni kors ta’ taħriġ u għal kull kors ta’ taħriġ addizzjonali sussegwenti 3330 Dritt għall-approvazzjoni ta’ kors ta’ taħriġ 3330 Dritt b’rata fissa (EUR) Dritt ta’ approvazzjoni 50000 Dritt tas-sorveljanza 50000 Klassifikazzjoni Teknika Dritt b’rata fissa bbażat fuq klassifikazzjoni teknika (EUR) – Approvazzjoni Inizjali Dritt b’rata fissa bbażat fuq klassifikazzjoni teknika (EUR) - Sorveljanza A1 = ajruplani aktar minn 5,7 tunnellati 12500 12500 A2 = ajruplani inqas minn 5,7 tunnellati 6250 6250 A3 = ħelikopters 6250 6250 A4: l-oħrajn kollha 6250 6250 (f’EUR) Approvazzjonijiet ġodda, għal kull applikazzjoni u għal kull perjodu tal-ewwel 12-il xahar 1700 Kontinwazzjoni tal-approvazzjonijiet eżistenti, għal kull perjodu ta’ 12-il xahar 850
PARTI II Xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizzi li jintalab ħlas għalihom b’rata fis-siegħa
1. Rata fis-siegħa Rata fis-siegħa applikabbli [EUR/h] 233 Rata fis-siegħa skont ix-xogħol ikkonċernat: Produzzjoni mingħajr approvazzjoni Għadd attwali ta’ sigħat Metodi Alternattivi ta’ Konformità ma’ kull AD Għadd attwali ta’ sigħat Appoġġ għall-validazzjoni (aċċettazzjoni taċ-ċertifikazzjoni EASA minn awtoritajiet barranin) Għadd attwali ta’ sigħat Aċċettazzjoni mill-EASA tar-rapporti mill-Bord dwar l-Eżami tal-Manutenzjoni Għadd attwali ta’ sigħat Trasferiment taċ-ċertifikati Għadd attwali ta’ sigħat Ċertifikat tal-Organizzazzjoni Approvata tat-Taħriġ Għadd attwali ta’ sigħat Ċertifikat ta’ Ċentru Ajrumediku Għadd attwali ta’ sigħat Ċertifikat ta’ Organizzazzjoni ATM-ANS Għadd attwali ta’ sigħat Ċertifikat ta’ Organizzazzjoni tat-Taħriġ tal-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru Għadd attwali ta’ sigħat Dejta Operattiva relatata maċ-Ċertifikat tat-Tip, tibdiliet fiċ-Ċertifikat tat-Tip u fiċ-Ċertifikat tat-Tip Supplementari Għadd attwali ta’ sigħat Aċċettazzjoni mill-EASA tar-Rapporti mill-Bord tal-Evalwazzjoni Operattiva Għadd attwali ta’ sigħat Ċertifikat ta’ Kwalifika għal Apparati ta’ Taħriġ għas-Simulazzjoni tat-Titjir Għadd attwali ta’ sigħat Approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ titjir għall-Permess ta’ titjir tliet sigħat Ħruġ amministrattiv mill-ġdid ta’ dokument siegħa Ċertifikat ta’ esportazzjoni għall-ajrunavigabbiltà (E-CoA) għal inġenji tal-ajru CS 25 sitt sigħat Ċertifikat ta’ esportazzjoni għall-ajrunavigabbiltà (E-CoA) għal inġenji tal-ajru oħrajn sagħtejn
2. Ir-rata fis-siegħa għal servizzi, minbarra dawk elenkati fil-punt 1 Ir-rata fis-siegħa applikabbli [EUR/h] 221
PARTI III Ħlasijiet għall-appelli
Il-ħlasijiet għall-appelli għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: ħlas b’rata fissa għandu jiġi mmultiplikat bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta’ ħlasijiet korrispondenti għall-persuna jew l-organizzazzjoni speċifika. Ħlas b’rata fissa EUR 10000 Kategorija ta’ ħlasijiet għall-persuni fisiċi Koeffiċjent 0,1 Kategorija ta’ ħlasijiet għall-persuni ġuridiċi, skont il-fatturat finanzjarju tal-appellant f’euro koeffiċjent inqas minn 100001 0,25 bejn 100001 u 1200000 0,5 bejn 1200001 u 2500000 0,75 bejn 2500001 u 5000000 1 bejn 5000001 u 50000000 2,5 bejn 50000001 u 500000000 5 bejn 500000001 u 1000000000 7,5 aktar minn 1000000000 10
PARTI IV Ir-rata annwali ta’ inflazzjoni
Ir-rata annwali ta’ inflazzjoni li għandha tintuża: Eurostat HICP (Il-partiti kollha) – UE 27 (2005 = 100) Bidla perċentwali/medja ta’ 12-il xahar Il-valur tar-rata li għandha titqies: Il-valur tar-rata tliet xhur qabel l-implimentazzjoni tal-indiċjar
PARTI V Nota ta’ Spjega (1)(2)(3)(4)(5)(6)(7)(8)(9)(10)(11)(12)
Speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni (CS) imsemmija f’dan l-Anness huma dawk adottati skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u ppubblikati fil-pubblikazzjoni uffiċjali tal-Aġenzija skont id-Deċiżjoni tal-EASA 2003/8 tat-30 ta’ Ottubru 2003 (www.easa.europa.eu). Inġenji tal-Ajru Kbar li jaħdmu bir-rotors tirreferi għal CS 29 u CS 27 kategorija A; Inġenji tal-Ajru Żgħar li jaħdmu bir-rotors tirreferi għal CS 27 b’Piż Massimu tat-Tluq (MTOW) inqas minn 3175 Kg u limitat għal erba’ passiġġieri, inkluż il-pilota; Inġenji tal-Ajru Medji li jaħdmu bir-rotors tirreferi għal CS 27 oħra. Fit-Tabelli 1, 2 u 6 tal-Parti I, il-valuri tal-partijiet u t-tagħmir jirreferu għal-lista tal-prezzijiet relevanti tal-manifattur. L-MTOW ta’ Ċertifikati tat-Tip inizjali u sussegwentement tal-maġġoranza (aktar minn 50 %) ta’ mudelli relatati koperti minn dan iċ-Ċertifikat tat-Tip jiddetermina l-kategorija ta’ MTOW applikabbli. Inġenji tal-Ajru bi Prestazzjoni Għolja fil-kategorija ta’ piż sa 5700 kg [12500 lbs] huma dawk l-ajruplani li għandhom Mmo aktar minn 0,6 u/jew altitudni operattiva massima ta’ aktar minn 25000 pied. Se jintalab ħlas għalihom kif iddefinit fil-kategoriji aktar minn 5700 kg [12500 lbs] sa 22000 kg. derivattiv tfisser Ċertifikat tat-Tip emendat kif iddefenit u kif applikat għalih mid-detentur taċ-Ċertifikat tat-Tip. Fit-Tabelli 3 u 4 tal-Parti I, Sempliċi, Standard u Kumpless jirreferu għal dan li ġej: Sempliċi Standard Kumpless Ċertifikat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni (EASA) tat-Tip Supplimentari (STC) EASA il-bidliet prinċipali fid-disinn EASA tiswijiet prinċipali STC, il-bidla prinċipali fid-disinn, u fit-tiswija„ li tinvolvi biss metodi ta’ ġustifikazzjoni kurrenti u li diġà ġew ippruvati b’mod tajjeb, li għalihom hemm ġabra sħiħa ta’ dejta (deskrizzjoni, lista ta’ verifika ta’ konformità u dokumenti ta’ konformità) li tkun tista’ tiġi kkomunikata fil-ħin tal-applikazzjoni, u li għaliha l-applikant ikun wera esperjenza, u li tkun tista’ tiġi evalwata biss mill-maniġer taċ-ċertifikazzjoni tal-proġett, jew bil-parteċipazzjoni limitata ta’ speċjalista fid-dixxiplina. Kull bidla prinċipali oħra, fid-disinn jew tiswijiet tal-STC. STC Sinifikanti jew bidla prinċipali fid-disinn STC ivvalidat bi ftehim bilaterali Bażiku Mhux bażiku STC mhux bażiku meta l-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni tkun immarkat il-bidla bħala sinifikanti Bidla ta’ disinn prinċipali ivvalidat bi ftehim bilaterali Livell 2 Bidliet prinċipali fid-disinn meta ma jiġux aċċettati awtomatikament Livell 1 Livell 1 bidla prinċipali fid-disinn meta l-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni tkun immarkat il-bidla bħala sinifikanti Tiswija prinċipali vvalidata bi ftehim bilaterali Mhux applikabbli (aċċettazzjoni awtomatika) Tiswijiet ta’ komponent kritiku Mhux applikabbli Fit-Tabella 7 A tal-Parti I, l-Organizzazzjonijiet tad-Disinn huma kkategorizzati kif ġej: L-Iskop tal-Ftehim dwar l-Organizzazzjoni tad-Disinn Grupp A Grupp B Grupp C DOA 1 Detenturi ta’ ċertifikati tat-tip Kumplessi ħafna/Kbar Kumplessi/Żgħar-Medji Inqas kumplessi/Żgħar ħafna DOA 2 STC/Bidliet/Tiswijiet Mingħajr restrizzjoni Ristrett/a (oqsma tekniċi) Ristrett/a (daqs tal-inġenji tal-ajru) DOA 3 Bidliet Żgħar/Tiswijiet Fit-Tabelli 7, 9 u 10 tal-Parti I, l-għadd tal-persunal li jkun tqies huwa l-għadd tal-persunal relatat mal-attivitajiet skont il-kamp tal-applikazzjoni tal-ftehim. Għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti skont l-Ispeċifikazzjonijiet tal-Ajrunavigabbiltà Speċifiċi, għall-modifiki relatati, għat-tiswijiet u għall-ajrunavigabbiltà kontinwa tagħhom, għandu jintalab ħlas kif iddefinit fit-Tabelli 1 sa 6. Għal eżamijiet indipendenti u/jew emendi tal-Manwal tat-Titjira tal-Inġenju tal-Ajru għandu jintalab ħlas bl-istess rata ta’ bidla fil-prodott korrispondenti. Iġfna tal-ajru Żgħar tirreferi għall- Iġfna tal-ajru Medji tirreferi għal Iġfna tal-ajru li jaħdmu bil-Gass b’volum ta’ aktar minn 2000 m3 sa 15000 m3; Iġfna tal-ajru Kbar tirreferi għal Iġfna tal-ajru li jaħdmu bil-Gass b’volum ta’ aktar minn 15000 m3.
Iġfna tal-Ajru kollha li jaħdmu b’Arju irrispettivament mid-daqs tagħhom,
Iġfna tal-ajru li jaħdmu bil-Gass b’volum sa 2000 m3;