Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal- Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2014/320/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/320@2014-05-12/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(i) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att dwar l-Adeżjoni tal-Kroazja u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/316/UE, il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (il-Protokoll), ġie ffirmat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
(2) I l-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.
(3) Il-Protokoll għandu jiġi approvat.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem l-Unjoni, u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa tad-depożitu, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-istrumenti ta' approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 9(2) tal-Protokoll.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2014. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton