Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 436/2014 tat-23 ta' April 2014 li jniżżel denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Piranska sol (DPO))

In forceVersion 2014-04-23from 2014-05-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/436@2014-04-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Klassi 1.8 Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
  4. IS-SLOVENJA

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba tas-Slovenja biex id-denominazzjoni Piranska sol tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2) Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni Piranska sol għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-23 ta' April 2014. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Dacian Cioloș Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.8 Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar, eċċ.)

IS-SLOVENJA

Piranska sol (DPO)

Versions

  1. 2014-04-23