Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, tas-17 ta' Lulju 2014 li taħtar Membru tal-Kummissjoni Ewropea (2014/471/UE)

In forceVersion 2014-07-17
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/471@2014-07-17/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Fid-9 ta' Frar 2010, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2010/80/UE dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014.

(2) Fl-ittra bid-data tat-18 ta' Ġunju 2014, is-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, President tal-Kummissjoni, informa lill-Kunsill li s-Sinjura Viviane REDING kienet irriżenjat mill-kariga tagħha bħala Membru tal-Kummissjoni b'effett mit-30 ta' Ġunju 2014.

(3) F'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 246 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, post battal ikkawżat b'riżenja għandu jimtela għall-bqija tal-mandat tal-Membru minn Membru ġdid tal-istess nazzjonalità.

(4) Għalhekk, għandu jinħatar Membru ġdid tal-Kummissjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Bi qbil komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President tal-Kummissjoni, il-Kunsill jaħtar lis-Sinjura Martine REICHERTS bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-31 ta' Ottubru 2014.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014. Għall-Kunsill Il-President S. Gozi

Versions

  1. 2014-07-17