Gelex

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudell li jintuża għall-għoti ta' informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni b'rabta mat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa (notifikata bid-dokument C(2014) 5180) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2014/504/UE)

In forceVersion 2014-07-25from 2014-07-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/504@2014-07-25/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. I.
  4. II.————
  5. III.
  6. IV.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(6) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tistipula l-mekkaniżmi u l-istrutturi għall-koordinazzjoni ta' reazzjonijiet għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa, inklużi l-ippjanar tat-tħejjija u r-reazzjoni relatati ma' dawn ir-reazzjonijiet.

(2) Skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) b'rabta mal-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni bil-ħsieb li jaqsmu l-aħjar prattika u esperjenza, jippromwovu l-interoperabbiltà tal-ippjanar ta' tħejjija nazzjonali, jindirizzaw id-dimensjoni intersettorjali fil-livell tal-Unjoni u jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti tal-kapaċità ewlenija għas-sorveljanza u r-reazzjoni kif imsemmi fir-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa (2005) (IHR).

(3) L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE jistabbilixxi l-informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni fil-livell nazzjonali u jistipula li l-Istati Membri għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sas-7 ta' Novembru 2014 u kull tliet snin wara dan.

(4) Skont l-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-reviżjonijiet sostanzjali tal-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali.

(5) Skont l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri skont l-Artikolu 4(2) u (3) u biex tħejji rapport ta' progress tematiku jew ta' sinteżi. Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), il-Kummissjoni għandha tibda diskussjonijiet f'waqthom mal-HSC, u fejn xieraq, abbażi ta' dan ir-rapport.

(6) Skont l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta mudelli li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) u (3) sabiex tiġi żgurata r-rilevanza tagħha għall-objettivi identifikati fl-Artikolu 4(1) u l-komparabbiltà tagħha.

(7) Sabiex jiġi evitat ir-rappurtar doppju, l-informazzjoni diġà pprovduta mill-Istati Membri lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (il-WHO) b'rabta mal-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet prinċipali għall-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni għandha tintuża għall-finijiet tar-rappurtar skont l-Artikolu 4(2)(a) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE.

(8) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jistabbilixxi l-mudell li jrid jintuża mill-Istati Membri meta jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni tagħhom b'rabta mat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa skont l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014. Għall-Kummissjoni Tonio Borg Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS Mudell li jrid jintuża mill-Istati Membri għall-għoti ta' informazzjoni dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni b'rabta mat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa

Pajjiż: Isem u indirizz tal-punt ta' kuntatt: Data: Huwa fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jagħżlu l-punt ta' kuntatt xieraq biex iwieġbu l-mistoqsijiet imsemmija hawn taħt. Madankollu, ikun utli jekk it-tweġibiet jingħataw b'kollaborazzjoni mal-punt ta' kuntatt nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa (IHR). Għandhom jitwieġbu l-mistoqsijiet kollha. Għal kull mistoqsija, jekk jogħġbok immarka biss valur wieħed rilevanti (iva, le, mhux applikabbli jew mhux magħruf) jekk ikun possibbli, jew ikteb test qasir ta' spjegazzjoni jekk il-mistoqsija teħtieġ tweġiba miftuħa. Jekk mistoqsija ma tkunx rilevanti għall-kuntest ta' pajjiżek, jekk jogħġbok ikteb dan fil-kaxxa tal-kummenti li tinsab fl-aħħar ta' kull taqsima flimkien mar-raġuni għaliex mhijiex applikabbli. F'konformità mal-Artikolu 4(2)(b) u (c) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE l-obbligu tal-għoti ta' informazzjoni skont il-Kapitoli II (Interoperabbiltà) u III (Kontinwità tan-Negozju) għandu japplika biss jekk dawn il-miżuri jew arranġamenti huma fis-seħħ jew jingħataw bħala parti mill-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni nazzjonali.

I.

L-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet prinċipali tal-IHR kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(a) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE 1 Jekk jogħġbok agħti kopja tal-aħħar tweġiba tiegħek tal-Kwestjonarju tal-WHO għall-Monitoraġġ tal-Progress fl-Implimentazzjoni tal-Kapaċitajiet Prinċipali tal-IHR fl-Istati Partijiet, u jekk possibbli tar-rapport tal-profil tal-pajjiż magħmul mil-WHO. Barra minn hekk, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja: 2.1 Lestejt l-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet prinċipali tal-IHR? iva le 2.2 Jekk le, x'kienet ir-raġuni? 3 Jekk jogħġbok ippreżenta — fejn tqis xieraq — l-ideat tiegħek dwar x'azzjoni għandhom jieħdu l-Kummissjoni, l-aġenziji tal-UE jew l-Istati Membri biex jiżguraw li fil-futur jinżammu u jissaħħu l-kapaċitajiet prinċipali tal-WHO. 4 Jekk jogħġbok niżżel — fejn tqis xieraq — kwalunkwe kumment jew kjarifika għall-mistoqsijiet ta' hawn fuq u jekk tqis neċessarju niżżel kull attività rilevanti li wettaq pajjiżek u li mhix riflessa f'dan il-kwestjonarju (jekk ikun meħtieġ, jistgħu jinhemżu paġni addizzjonali).

II.————

L-interoperabbiltà bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE F'konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE l-obbligu tal-għoti ta' informazzjoni għandu japplika biss jekk dawn il-miżuri jew arranġamenti huma fis-seħħ jew jingħataw bħala parti mill-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni nazzjonali. L-istrutturi ta' koordinazzjoni nazzjonali għall-inċidenti transsettorjali kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(b)(i) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE jfissru l-istrutturi li għandhom funzjonijiet amministrattivi strateġiċi u ta' tfassil ta' politika, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-linja ta' kmand. Dan jista' jkun korp, kumitat jew task force. Iċ-ċentri operattivi ta' emerġenza nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(b)(ii) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE jfissru l-istrutturi u/jew l-arranġamenti operattivi bil-għan li jipprovdu funzjonijiet u għodod loġistiċi, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-komunikazzjoni, f'każ ta' theddid transkonfinali emerġenti serju għas-saħħa. 5.1 Hemm xi setturi oħra involuti fl-attivitajiet ta' ppjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni tas-settur tas-saħħa? iva le mhux applikabbli mhux magħruf 5.2 Jekk iva, għal liema tip ta' theddid li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 1082/2013/UE? 5.2.1 theddid ta' oriġini bijoloġika, li jikkonsisti minn: 5.2.1.1 mard li jittieħed, jekk jogħġbok speċifika aktar jekk dan huwa possibbli, bħal pereżempju mard li jittieħed mill-ikel mard żoonotiku mard li jittieħed mill-ilma mard ieħor li jittieħed, jekk jogħġbok speċifika 5.2.1.2 reżistenza għall-antimikrobiċi u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa relatati ma' mard li jittieħed 5.2.1.3 bijotossini jew aġenti bijoloġiċi dannużi oħra mhux relatati ma' mard li jittieħed 5.2.2 theddid ta' oriġini kimika 5.2.3 theddid ta' oriġini ambjentali 5.2.4 theddid ta' oriġini mhux magħrufa 5.2.5 avvenimenti li jistgħu jikkostitwixxu jew li ġew iddikjarati emerġenzi tas-saħħa pubblika ta' interess internazzjonali skont l-IHR, dejjem jekk jidħlu fil-kategoriji msemmija hawn fuq 6 Pajjiżek, liema jidentifika, minn dawn is-setturi li ġejjin, bħala kritiku f'każ ta' emerġenza assoċjata ma' theddid transkonfinali serju għas-saħħa? 7 Hemm Proċeduri Operattivi Standard (SOP) għall-koordinazzjoni tas-settur tas-saħħa ma' xi wieħed mis-setturi li ġejjin? iva le mhux applikabbli mhux magħruf iva le mhux magħruf l-enerġija 6.1 7.1 it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni 6.2 7.2 it-trasport 6.3 7.3 l-ilma għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, l-operazzjonijiet farmaċewtiċi u s-servizzi sanitarji 6.4 7.4 l-agrikoltura inkluż is-settur veterinarju 6.5 7.5 is-sikurezza tal-ikel 6.6 7.6 il-provvista tal-ikel 6.7 7.7 l-industrija kimika 6.8 7.8 l-industrija farmaċewtika u dik li tipprovdi oġġetti ta' konsum għas-settur tal-kura tas-saħħa 6.9 7.9 il-pulizija u s-servizzi ta' emerġenza, is-servizzi tat-tifi tan-nar u tal-ambulanza 6.10 7.10 is-servizzi tal-ambjent lokali 6.11 7.11 is-servizzi funebri 6.12 7.12 l-armata 6.13 7.13 il-protezzjoni ċivili 6.14 7.14 l-amministrazzjoni pubblika 6.15 7.15 il-faċilitajiet xjentifiċi 6.16 7.16 il-faċilitajiett kulturali u tal-midja 6.17 7.17 is-settur volontarju 6.18 7.18 setturi oħra, jekk jogħġbok speċifika 6.19 7.19 8.1 Liema huma s-setturi kritiċi li s-settur tas-saħħa f'pajjiżek ma għandux arranġamenti ta' koordinazzjoni għalihom? (tweġiba mhux obbligatorja) 8.2 Liema huma s-setturi ta' prijorità li fihom trid titjieb il-koordinazzjoni mas-settur tas-saħħa? Jekk jogħġbok niżżel skont l-ordni ta' prijorità. (tweġiba mhux obbligatorja) 9.1 Jekk jogħġbok iddeskrivi l-arranġamenti għall-istrutturi ta' koordinazzjoni strateġiċi (liġi nazzjonali jew SOPs) li huma fis-seħħ bħalissa mmirati biex jiżguraw l-interoperabbiltà bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra, inkluż is-settur veterinarju, li huma identifikati bħala kritiċi f'każ ta' emerġenza. Jekk jogħġbok niżżel is-setturi koperti b'dawn l-istrutturi ta' koordinazzjoni. 9.2 X'rabta hemm bejn ir-rappreżentazzjoni nazzjonali fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa u l-istrutturi? 10 Jekk jogħġbok iddeskrivi l-arranġamenti għaċ-ċentri operattivi(ċentri ta' kriżi) (liġi nazzjonali jew SOPs) li huma fis-seħħ bħalissa mmirati biex jiżguraw l-interoperabbiltà bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra, inkluż is-settur veterinarju, li huma identifikati bħala kritiċi f'każ ta' emerġenza. Jekk jogħġbok niżżel is-setturi koperti b'dawn l-istrutturi ta' koordinazzjoni. 11 L-interoperabbiltà bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra ġiet ittestjata fil-livell nazzjonali? iva le mhux magħruf 12 Jekk jogħġbok niżżel — fejn tqis xieraq — kwalunkwe kumment jew kjarifika għall-mistoqsijiet ta' hawn fuq u niżżel kull attività rilevanti li wettaq pajjiżek (pereżempju permezz ta' eżerċizzji jew xprunata minn avvenimenti reali) (jekk ikun meħtieġ, jistgħu jinhemżu paġni addizzjonali):

III.

L-ippjanar tal-kontinwità tan-negozju kif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(c) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE F'konformità mal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE l-obbligu tal-għoti ta' informazzjoni għandu japplika biss jekk dawn il-miżuri jew arranġamenti huma fis-seħħ jew jingħataw bħala parti mill-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni nazzjonali. L-ippjanar tal-kontinwità tan-negozju jirreferi għall-proċessi ta' ġestjoni u l-pjanijiet integrati li jżommu l-kontinwità tal-proċessi kritiċi tal-organizzazzjoni — dawk il-proċessi li jippermettu li negozju jipprovdi servizzi jew prodotti kritiċi — f'każ ta' avveniment li joħloq tfixkil. Il-kontinwità tan-negozju tinkludi l-aspetti kollha ta' organizzazzjoni li għandhom rwol importanti fis-sostenibbiltà ta' proċessi kritiċi, jiġifieri: in-nies, il-bini, il-fornituri, it-teknoloġiji, id-dejta, eċċ. Analiżi tal-impatt tan-negozju (BIA) tipprevedi l-konsegwenzi f'każ ta' tfixkil ta' funzjoni jew proċess ta' negozju u tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' rkupru. 13.1 Hemm pjanijiet nazzjonali tal-kontinwità tan-negozju li huma mmirati biex jiżguraw il-provvista kontinwa ta' servizzi u prodotti kritiċi fl-avveniment ta' emerġenza assoċjata mat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa kif iddefinit fid-Deċiżjoni 1082/2013/UE? iva le mhux magħruf 13.2 Dawn il-pjanijiet nazzjonali tal-kontinwità tan-negozju huma ġeneriċi (ara l-mistoqsija 14) jew speċifiċi (ara l-mistoqsija 15)? 14.1 Liema huma s-servizzi tas-saħħa li jindirizzaw il-pjanijiet ġeneriċi? Jekk jogħġbok niżżilhom hawnhekk. iva le mhux magħruf 14.1.1 is-servizz tas-saħħa primarja 14.1.2 l-isptarijiet 14.1.3 servizzi oħra, jekk jogħġbok speċifika 14.2 Jekk iva, liema huma s-servizzi l-oħra meqjusa bħala kritiċi, għajr dak tas-saħħa, li jindirizzaw dawn il-pjanijiet? 14.2.1 l-enerġija 14.2.2 it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni 14.2.3 it-trasport 14.2.4 l-ilma għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, l-operazzjonijiet farmaċewtiċi u s-servizzi sanitarji 14.2.5 l-agrikoltura, inkluż is-settur veterinarju 14.2.6 is-sikurezza tal-ikel 14.2.7 il-provvista tal-ikel 14.2.8 l-industrija kimika 14.2.9 l-industrija farmaċewtika u dik li tipprovdi oġġetti ta' konsum għas-settur tal-kura tas-saħħa 14.2.10 il-pulizija u s-servizzi ta' emerġenza, is-servizzi tat-tifi tan-nar u tal-ambulanza 14.2.11 is-servizzi tal-ambjent lokali 14.2.12 is-servizzi funebri 14.2.13 l-armata 14.2.14 il-protezzjoni ċivili 14.2.15 l-amministrazzjoni pubblika 14.2.16 il-faċilitajiet xjentifiċi 14.2.17 il-faċilitajiett kulturali u tal-midja 14.2.18 is-settur volontarju 14.2.19 setturi oħra, jekk jogħġbok speċifika 14.3 Jekk iva, liema minn dawn l-elementi li ġejjin huma inklużi? iva Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi le mhux magħruf 14.3.1 analiżi tal-impatt tan-negozju 14.3.2 prijoritizzazzjoni tas-servizzi u l-funzjonijiet kritiċi permezz ta' valutazzjoni tal-impatt biex isir benefiċċju mill-interventi mediċi 14.3.3 taħriġ, eżerċiżżju, evalwazzjoni, aġġornament, validazzjoni 14.3.4 identifikazzjoni tal-persunal fundamentali biex jinżammu l-funzjonijiet kritiċi, il-ġestjoni tal-assenteiżmu tal-persunal biex jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq funzjonijiet kritiċi 14.3.5 ċarezza fir-rigward ta' strutturi ta' kmand, delegazzjonijiet ta' awtorità u ordnijiet ta' suċċessjoni 14.3.6 valutazzjoni tal-bżonn li jinħażnu riżervi strateġiċi ta' provvisti, materjal u tagħmir 14.3.7 identifikazzjoni ta' unitajiet, dipartimenti jew servizzi li fihom jistgħu jitnaqqsu l-impjegati jew li jistgħu jingħalqu 14.3.8 reklutaġġ u taħriġ ta' persunal alternattiv għar-rwoli kritiċi 14.3.9 valutazzjoni u ttestjar ta' modi biex jitnaqqas it-tfixkil soċjetali (eż. permezz tat-telekomunikazzjoni jew il-ħidma mid-dar u t-tnaqqis tal-għadd ta' laqgħat jew vjaġġi li jeħtieġu l-preżenza fiżika tal-ħaddiema) 14.3.10 l-ippjanar għal appoġġ tas-servizzi soċjali għall-ħaddiema essenzjali 14.3.11 l-ippjanar għal appoġġ tas-servizzi psikoloġiċi għall-ħaddiema sabiex jibqgħu effiċjenti 14.3.12 l-ippjanar għall-fażi ta' rkupru 14.3.13 elementi oħra, jekk jogħġbok speċifika 15.1 Liema theddid transkonfinali serju speċifiku għas-saħħa jindirizzaw il-pjanijiet speċifiċi? Jekk jogħġbok niżżel hawnhek skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 1082/2013/UE. 15.2 Liema huma s-servizzi tas-saħħa li jindirizzaw dawn il-pjanijiet? Jekk jogħġbok niżżilhom hawnhekk iva le mhux magħruf 15.2.1 is-servizz tas-saħħa primarja 15.2.2 l-isptarijiet 15.2.3 servizzi oħra, jekk jogħġbok speċifika 15.3 Jekk iva, liema huma s-servizzi l-oħra li huma meqjusa bħala kritiċi, għajr dak tas-saħħa, li jindirizzaw dawn il-pjanijiet? 15.3.1 l-enerġija 15.3.2 it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni 15.3.3 it-trasport 15.3.4 l-ilma għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, l-operazzjonijiet farmaċewtiċi u s-servizzi sanitarji 15.3.5 l-agrikoltura, inkluż is-settur veterinarju 15.3.6 is-sikurezza tal-ikel 15.3.7 il-provvista tal-ikel 15.3.8 l-industrija kimika 15.3.9 l-industrija farmaċewtika u dik li tipprovdi oġġetti ta' konsum għas-settur tal-kura tas-saħħa 15.3.10 il-pulizija u s-servizzi ta' emerġenza, is-servizzi tat-tifi tan-nar u tal-ambulanza 15.3.11 is-servizzi tal-ambjent lokali 15.3.12 is-servizzi funebri 15.3.13 l-armata 15.3.14 il-protezzjoni ċivili 15.3.15 l-amministrazzjoni pubblika 15.3.16 il-faċilitajiet xjentifiċi 15.3.17 il-faċilitajiett kulturali u tal-midja 15.3.18 is-settur volontarju 15.3.19 setturi oħra, jekk jogħġbok speċifika 15.4 Jekk iva, liema minn dawn l-elementi li ġejjin huma inklużi? iva Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi le mhux magħruf 15.4.1 analiżi tal-impatt tan-negozju 15.4.2 prijoritizzazzjoni tas-servizzi u l-funzjonijiet kritiċi permezz ta' valutazzjoni tal-impatt biex isir benefiċċju mill-interventi mediċi 15.4.3 taħriġ, eżerċiżżju, evalwazzjoni, aġġornament, validazzjoni 15.4.4 identifikazzjoni tal-persunal essenzjali biex jinżammu l-funzjonijiet kritiċi, il-ġestjoni tal-assenteiżmu tal-persunal biex jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq funzjonijiet kritiċi 15.4.5 ċarezza fir-rigward ta' strutturi ta' kmand, delegazzjonijiet ta' awtorità u ordnijiet ta' suċċessjoni 15.4.6 valutazzjoni tal-bżonn li jinħażnu riżervi strateġiċi ta' provvisti, materjal u tagħmir 15.4.7 identifikazzjoni ta' unitajiet, dipartimenti jew servizzi li fihom jistgħu jitnaqqsu l-impjegati jew li jistgħu jingħalqu 15.4.8 reklutaġġ u taħriġ ta' persunal alternattiv għall-karigi kritiċi 15.4.9 valutazzjoni u ttestjar ta' modi biex jitnaqqas it-tfixkil soċjetali (eż. permezz tat-telekomunikazzjoni, jew il-ħidma mid-dar u t-tnaqqis tal-għadd ta' laqgħat jew vjaġġi li jeħtieġu l-preżenza fiżika tal-ħaddiema) 15.4.10 l-ippjanar għal appoġġ tas-servizzi soċjali għall-ħaddiema essenzjali 15.4.11 l-ippjanar għal appoġġ tas-servizzi psikoloġiċi għall-ħaddiema sabiex jibqgħu effiċjenti 15.4.12 l-ippjanar għall-fażi ta' rkupru 15.4.13 elementi oħra, jekk jogħġbok speċifika 16 Jeżistu pjanijiet tal-kontinwità tan-negozju għall-Punti tad-Dħul kif imsemmija fl-IHR? iva le mhux magħruf 17 Jekk jogħġbok niżżel — fejn tqis xieraq — kwalunkwe kumment jew kjarifika għall-mistoqsijiet ta' hawn fuq u niżżel kull attività rilevanti li wettaq pajjiżek (jekk ikun meħtieġ, jistgħu jinhemżu paġni addizzjonali):

IV.

Ir-reviżjoni tal-pjanijiet ta' tħejjija nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE L-għan prinċipali ta' dan il-kapitolu huwa li tinkiseb informazzjoni dwar l-istat attwali fl-Istati Membri. Madankollu, skont l-Artikolu 4(3), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni bl-użu ta' dan il-mudell meta jirrevedu sostanzjalment l-ippjanar ta' tħejjija nazzjonali fuq inizjattiva tagħhom u indipendentament minn kull talba tal-Kummissjoni. 18.1 Meta saru r-reviżjonijiet sostanzjali għall-ippjanar ta' tħejjija nazzjonali tiegħek? Jekk jogħġbok niżżel id-dettalji tal-bidliet sostanzjali fil-format ipprovdut taħt il-Kapitoli I, II u III ta' dan l-Anness.

Versions

  1. 2014-07-25