Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 fir-rigward ta' miżuri ġodda skont il-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/612@2014-03-11/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1
- (1)
- (i)
- Taqsima 1 Promozzjoni;
- (ii)
- Sottotaqsima 1 Promozzjoni fil-pajjiżi terzi;
- (iv)
- Sottotaqsima 2 Promozzjoni fl-Istati Membri
- Artikolu 5b Operazzjonijiet eliġibbli
- 1.
- 3.
- Artikolu 5c Karatteristiċi tal-informazzjoni
- Artikolu 5d It-tul taż-żmien tal-appoġġ
- Artikolu 5e Pagamenti bil-quddiem
- Artikolu 5f Demarkazzjoni mal-iżvilupp rurali u l-promozzjoni ta' prodotti agrikoli
- Sottotaqsima 3 Regoli komuni
- Artikolu 5g Spejjeż eliġibbli
- 2.
- Artikolu 6a Taħwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji
- 1.
- Taqsima 6a Innovazzjoni
- Artikolu 20a Operazzjonijiet eliġibbli
- 1.
- Artikolu 20b Demarkazzjoni mal-iżvilupp rurali u reġimi legali u strumenti finanzjarji oħra
- Artikolu 2 Dħul fis-seħħ
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikulari il-punti (b), (c), (e), (f) u (h) tal-Artikolu 53 tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 irrevoka u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 u jinkludi, fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II tal-Parti II tat-Titolu I, ir-regoli dwar il-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid. Filwaqt li l-parti l-kbira tar-regoli stabbiliti f'dik it-Taqsima jiżguraw il-kontinwazzjoni tar-regoli applikabbli għall-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid skont ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ġew stabbiliti wkoll ċerti regoli ġodda. Dawk ir-regoli ġodda jintroduċu tliet elementi ġodda, jiġifieri, il-promozzjoni tal-inbid fl-Istati Membri bħala miżura sekondarja parallella mal-promozzjoni li diġà teżisti dwar l-inbid fis-swieq ta' pajjiżi terzi, miżura ta' innovazzjoni fis-settur tal-inbid, kif ukoll estensjoni tal-miżura dwar ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji biex tkopri t-tħawwil mill-ġdid tal-vinji wara l-qlugħ obbligatorju tad-dwieli għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontenut ta' dawk l-elementi ġodda.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 jistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-programmi nazzjonali ta' appoġġ fis-settur tal-inbid stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għas-supplimentazzjoni tar-regoli l-ġodda stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom jiġu introdotti d-dispożizzjonijiet xierqa fir-Regolament (KE) Nru 555/2008.
(3) L-Artikolu 45(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula l-appoġġ speċifiku għall-promozzjoni tal-inbid fl-Istati Membri. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ta' eliġibbiltà skont din il-miżura sekondarja sabiex tkun tista' tiġi inkluża fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ. Dawn il-kriterji għandhom ikunu konsistenti ma' miżuri simili fi skemi oħra, u b'mod partikolari dawk dwar l-informazzjoni u l-promozzjoni tal-prodotti agrikoli fis-suq intern stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008.
(4) Sabiex jiżguraw li l-implikazzjoni tas-settur tal-inbid ikollha l-istruttura u l-kompetenzi meħtieġa, huwa neċessarju li jiġi speċifikat li korp pubbliku ma jistax ikun l-uniku benefiċjarju tal-miżura sekondarja għall-promozzjoni tal-inbid fl-Istati Membri.
(5) Il-promozzjoni tal-inbid fl-Istati Membri għandha tikkonforma mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Għaldaqstant, għandu jkun speċifikat li l-informazzjoni mgħoddija permezz tal-miżura sekondarja għall-promozzjoni tal-inbid ma tistax tkun orjentata favur xi marki kummerċjali u lanqas tħajjar il-konsum ta' xi nbejjed speċifiċi.
(6) Sabiex jiġu informati u protetti l-konsumaturi, għandu jkun speċifikat li kull informazzjoni għall-konsumaturi fir-rigward tal-impatt fuq is-saħħa ta' prodott promoss fl-Istati Membri jeħtieġ li jkollha bażi xjentifika rikonoxxuta u jeħtieġ li tiġi aċċettata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għas-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn iseħħu l-operazzjonijiet.
(7) Għandu wkoll jiġi stabbilit it-tul ta' żmien tal-operazzjonijiet imwettqa fl-Istati Membri u dan għandu jkun konformi mat-tul ta' żmien tal-programmi ta' informazzjoni u promozzjoni iffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 3/2008.
(8) Filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-miżura għall-promozzjoni tal-inbid fl-Istati Membri u fid-dawl tal-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni tal-promozzjoni tal-inbid f'pajjiżi terzi skont il-programmi nazzjonali ta' appoġġ u fid-dawl tal-iskema tal-informazzjoni u l-promozzjoni ta' prodotti agrikoli fis-suq intern, għandhom jiġu stabbiliti regoli għall-eliġibbiltà tal-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż ġenerali li jkunu saru mill-benefiċjarju fit-twettiq ta' dawn il-miżuri.
(9) Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet appoġġjati skont il-miżura sekondarja għall-promozzjoni tal-inbid fl-Istati Membri u meta jitqies it-tul ta' dawk l-operazzjonijiet, għandu jkun possibbli li l-ħlasijiet isiru qabel l-esekuzzjoni tal-operazzjoni sħiħa jew ta' parti minnha, bil-kundizzjoni li tkun depożitata garanzija biex ikun żgurat li l-operazzjoni tkun esegwita.
(10) Sabiex jiġi evitat finanzjament doppju ta' operazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 u l-miżuri ta' promozzjoni ffinanzjati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jintroduċu kriterji ta' demarkazzjoni ċari fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ.
(11) Il-punt (c) tal-Artikolu 46(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula l-estensjoni ta' miżura ta' sostenn marbuta mar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tal-vinji mat-tħawwil mill-ġdid tal-vinji wara l-qlugħ mill-għeruq obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu l-inklużjoni ta' attività bħal din fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ u li jiġi stabbilit limitu għall-infiq. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma' leġiżlazzjoni fitosanitarja tal-Unjoni, l-appoġġ għandu jkun possibbli biss meta miżuri bħal dawn ikunu konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE. Barra minn hekk, in-nefqa għat-tħawwil mill-ġdid ta' vinji għandha tkun limitata għal 15 % tan-nefqa totali annwali f'kull Stat Membru sabiex ikun żgurat li l-parti l-kbira tal-fondi li jintefqu fuq il-miżura ta' ristrutturar u konverżjoni jintużaw biex tittejjeb il-kompetittività tal-produtturi tal-inbid.
(12) Sabiex jiġi evitat finanzjament doppju ta' operazzjonijiet ta' tħawwil mill-ġdid ta' vinji għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji eliġibbli skont l-Artikolu 46(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 l-operazzjoni sostnuta skont l-Artikolu 22, 23 u 24 tad-Direttiva 2000/29/KE u skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 l-Istati Membri għandhom jintroduċu kriterji ta' demarkazzjoni ċari fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ.
(13) L-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistiplula l-miżura speċifika ta' appoġġ għall-innovazzjoni fis-settur tal-inbid sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda rigward il-prodotti li hemm referenza għalihom fil-Parti II tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament u sabiex tiżdied il-kummerċjabbiltà u l-kompetittività tal-prodotti tad-dwieli tal-Unjoni. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw l-operazzjonijiet eliġibbli skont il-miżura l-ġdida sabiex din tkun tista' tiġi inkluża fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ.
(14) Sabiex ikunu żgurati l-kwalità tal-proġetti ppreżentati u t-trasferiment tal-għarfien mir-riċerka fis-settur tal-inbid, iċ-ċentri ta' riċerka u l-iżvilupp għandhom jipparteċipaw fil-proġett appoġġjat mill-benefiċjarji tal-miżura tal-innovazzjoni.
(15) Għandhom jiġu stabbiliti t-tipi ta' investimenti eliġibbli skont il-miżura tal-innovazzjoni. Għandu jiġi speċifikat b'mod partikolari li investimenti sempliċi ta' sostituzzjoni ma għandhomx ikunu spejjeż eliġibbli biex ikun żgurat li l-għan tal-miżura, jiġifieri l-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda, jintlaħaq minn dan l-appoġġ.
(16) Sabiex jiġi evitat finanzjament doppju ta' operazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Artikoli 36, 61, 62 u 63 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jintroduċu kriterji ta' demarkazzjoni ċari fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ.
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) Fit-Titolu II, il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:
(1)
(a) It-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:
(a)
(i) it-Titolu tat-Taqsima B jinbidel b'dan li ġej:
(i)
Taqsima 1 Promozzjoni;
(ii) l-intestatura li ġejja tiddaħħal qabel l-Artikolu 4:
(ii)
Sottotaqsima 1 Promozzjoni fil-pajjiżi terzi;
(iii) L-Artikolu 5a jitħassar;
(iv) Jiżdiedu s-sottotaqsimiet 2 u 3 li ġejjin:
(iv)
Sottotaqsima 2 Promozzjoni fl-Istati Membri
Artikolu 5b Operazzjonijiet eliġibbli
1. Is-sottomiżura tal-promozzjoni tal-inbejjed tal-Unjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 45(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tkun tikkonsisti f'informazzjoni għall-konsumaturi fir-rigward ta':
1.
(a) il-konsum responsabbli tal-inbid u r-riskju assoċjat mal-konsum tal-alkoħol;
(b) l-iskema tal-Unjoni ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, b'mod partikulari il-kundizzjonijiet u l-effetti, b'rabta mal-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-inbid minħabba l-ambjent ġeografiku jew l-oriġini partikolari tiegħu.
2. L-attivitajiet ta' informazzjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u permezz ta' parteċipazzjoni f'avvenimenti, fieri u wirjiet ta' importanza nazzjonali jew għall-Unjoni.
3. L-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli skont il-miżura ta' promozzjoni sakemm:
3.
(a) huma definiti b'mod ċar, jiddeskrivu l-attivitajiet ta' informazzjoni u jinkludu l-istima tal-ispiża;
(b) huma konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Istat Membru fejn jitwettqu;
(c) il-benefiċjarji għandhom riżorsi li jiżguraw li l-miżura tiġi implimentata effettivament.
4. Il-benefiċjarji għandhom ikunu organizzazzjonijiet professjonali, organizzazzjonijiet ta' produtturi, assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi, organizzazzjonijiet intersettorjali jew korpi pubbliċi. Madankollu, korp pubbliku ma għandux ikun l-uniku benefiċjarju ta' miżura ta' promozzjoni.
Artikolu 5c Karatteristiċi tal-informazzjoni
1. L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5b(1) għandha tkun ibbażata fuq il-kwalitajiet intrinsiċi tal-inbid jew il-karatteristiċi tiegħu u ma għandhiex tkun orjentata favur xi marki kummerċjali u lanqas għandha tħajjar il-konsum tal-inbid fuq il-bażi tal-oriġini speċifiku tiegħu. Madankollu, fejn l-informazzjoni tixxerred għall-fini tal-Artikolu 5b(1)(b), l-oriġini ta' nbid tista' tkun indikata bħala parti mill-operazzjoni ta' informazzjoni.
2. L-informazzjoni kollha dwar l-effetti tal-konsum tal-inbid fuq is-saħħa u l-imġiba għandha tkun ibbażata fuq dejta xjentifika aċċettata b'mod ġenerali u għandha tiġi aċċettata mill-awtorità nazzjonali responsabbli mis-saħħa pubblika fl-Istat Membru fejn jitwettqu l-operazzjonijiet.
Artikolu 5d It-tul taż-żmien tal-appoġġ
L-appoġġ għall-operazzjonijiet ta' promozzjoni ma għandux idum aktar minn tliet snin.
Artikolu 5e Pagamenti bil-quddiem
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-appoġġ jingħata bil-quddiem qabel ma tkun implimentata xi operazzjoni, sakemm il-benefiċjarju jkun iddepożita garanzija.
Artikolu 5f Demarkazzjoni mal-iżvilupp rurali u l-promozzjoni ta' prodotti agrikoli
L-Istati Membri għandhom jintroduċu kriterji ta' demarkazzjoni ċari fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ tagħhom biex jiżguraw li ma jingħata l-ebda appoġġ skont l-Artikolu 45(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal operazzjonijiet appoġġjati skont strumenti oħra tal-Unjoni.
Sottotaqsima 3 Regoli komuni
Artikolu 5g Spejjeż eliġibbli
1. L-ispejjeż tal-persunal tal-benefiċjarju li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 u 5b għandhom jitqiesu bħala eliġibbli jekk dawn jiġġarrbu f'rabta mat-tħejjija, l-implimentazzjoni jew is-segwitu tal-proġett ta' promozzjoni partikolari appoġġjat, inkluża l-evalwazzjoni. Dan jinkludi l-ispejjeż tal-persunal kkuntrattat mill-benefiċjarju speċifikament fl-okkażjoni tal-proġett ta' promozzjoni u l-ispejjeż tal-proġett li jikkorrispondu mas-sehem tas-sigħat tax-xogħol investiti fil-proġett ta' promozzjoni minn persunal permanenti tal-benefiċjarju. L-Istati Membri għandhom jaċċettaw biss l-ispejjeż tal-persunal bħala eliġibbli jekk il-benefiċjarji jipprovdi dokumenti ta' prova li jistabbilixxu d-dettalji tax-xogħol attwalment imwettqa fir-rigward ta' proġett ta' promozzjoni partikolari appoġġjat.
2. L-ispejjeż ġenerali mġarrba mill-benefiċjarju għandhom jiġu meqjusa eliġibbli jekk: L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk dawk l-ispejjeż ġenerali humiex eliġibbli abbażi ta' rata fissa jew abbażi tal-preżentazzjoni ta' dokumenti ta' sostenn. Fil-każ tal-aħħar, il-kalkolu ta' dawk l-ispejjeż għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi tal-kontabbiltà użati fil-pajjiż tal-benefiċjarju.
2.
(a) ikunu relatati mat-tħejjija, l-implimentazzjoni jew is-segwitu tal-proġett; u;
(b) ma jkunux jaqbżu 4 % tal-ispejjeż attwali tal-implimentazzjoni tal-proġetti.
(b) Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:
(b)
Artikolu 6a Taħwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji
1. It-tħawwil mill-ġdid ta' vinja wara l-qlugħ mill-għeruq obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji fuq l-istruzzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru kif hemm referenza fl-Artikolu 46(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jkun eliġibbli sakemm l-Istat Membru:
1.
(a) jistipula dan fil-programm nazzjonali ta' appoġġ tiegħu;
(b) jikkomunika lill-Kummissjoni fil-qafas tas-sottomissjoni tal-programm nazzjonali ta' appoġġ jew tal-modifikazzjoni tiegħu, il-lista ta' organiżmi ta' ħsara koperti minn dik il-miżura kif ukoll sommarju ta' pjan strateġiku relatati stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat;
(c) huwa konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE.
2. In-nefqa għat-tħawwil mill-ġdid għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji ma għandhiex taqbeż il-15 % tan-nefqa totali annwali dwar ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji fl-Istat Membru kkonċernat.
3. L-Istati Membri għandhom jintroduċu kriterji ta' demarkazzjoni ċari fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ tagħhom biex jiżguraw li ma jingħata l-ebda l-appoġġ skont l-Artikolu 46(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal operazzjonijiet appoġġjati skont strumenti oħrajn tal-Unjoni.
(c) Tiddaħħal it-Taqsima 6a li ġejja:
(c)
Taqsima 6a Innovazzjoni
Artikolu 20a Operazzjonijiet eliġibbli
1. L-innovazzjoni fis-settur tal-inbid li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tikkonsisti fl-iżvilupp ta' dan li ġej:
1.
(a) prodotti ġodda marbuta mas-settur tal-inbid jew il-prodotti sekondarji tal-inbid,
(b) proċessi u teknoloġiji ġodda meħtieġa għall-iżvilupp tal-prodotti tal-inbid mill-għeneb.
2. L-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonċernaw investimenti tanġibbli u mhux tanġibbli għat-trasferiment ta' għarfien, operazzjonijiet preparatorji u studji pilota.
3. Il-benefiċjarji ta' appoġġ għall-innovazzjoni għandhom ikunu produtturi tal-prodotti li hemm referenza għalihom fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-inbid. Ċentri ta' riċerka u żvilupp għandhom jipparteċipaw fil-proġett appoġġjat mill-benefiċjarji. Organizzazzjonijiet intersettorjali jistgħu jkunu assoċjati mal-proġett.
4. Benefiċjarji ta' appoġġ għall-innovazzjoni jistgħu jitolbu ħlas bil-quddiem mill-aġenzija tal-ħlas meta din l-għażla tkun inkluża fil-programm nazzjonali ta' appoġġ. Il-ħlas bil-quddiem għandu jkun soġġett għal rekwiżit biex tiġi sottomessa garanzija.
5. Investimenti ta' sostituzzjoni sempliċi ma għandhomx jiġu meqjusa bħala spejjeż eliġibbli.
Artikolu 20b Demarkazzjoni mal-iżvilupp rurali u reġimi legali u strumenti finanzjarji oħra
L-Istati Membri għandhom jintroduċu kriterji ta' demarkazzjoni ċari fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ tagħhom biex jiżguraw li ma jingħata l-ebda appoġġ skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal operazzjonijiet appoġġjati skont strumenti oħra tal-Unjoni.
Artikolu 2 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2014. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso