Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 706/2014 tal-25 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 972/2006 fir-rigward tad-dazju tal-importazzjoni applikabbli għar-ross Basmati

In forceVersion 2014-06-25from 2014-06-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/706@2014-06-25/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 183 tiegħu,

Billi:

(1) Skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja dwar ir-ross, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/617/KE, id-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet tar-ross imfesdaq ta' ċerti varjetajiet Basmati li joriġinaw mill-Indja huwa ffissat bħala żero.

(2) Skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pakistan dwar ir-ross, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/618/KE, id-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet tar-ross imfesdaq ta' ċerti varjetajiet Basmati li joriġinaw mill-Pakistan huwa ffissat bħala żero.

(3) Biex jimplimenta dawk il-Ftehimiet, l-Artikolu 138 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 jistipula li r-ross imfesdaq tal-varjetajiet Basmati koperti minn dawk il-ftehimiet kellu jikkwalifika għal rata żero ta' dazju tal-importazzjoni skont il-kundizzjonijiet iffissati mill-Kummissjoni. Dawk il-kundizzjonijiet ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006.

(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jħassar u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma jinkludix dispożizzjoni simili għall- Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Rigward id-dazju tal-importazzjoni, l-Artikolu 183 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-livell tad-dazju tal-importazzjoni applikat skont ir-regoli stipulati, fost l-oħrajn, fi ftehim internazzjonali konkluż skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(5) Sabiex jibqa' jkun hemm konformità mal- Ftehim bejn l-Unjoni u l-Indja u mal-Ftehim bejn l-Unjoni u l-Pakistan, għandu jiġi stipulat fir-Regolament (KE) Nru 972/2006 li r-ross imfesdaq tal-varjetajiet Basmati koperti minn dawk il-ftehimiet għandu jikkwalifika għal rata żero ta' dazju tal-importazzjoni skont il-kundizzjonijiet ffissati f'dak ir-Regolament.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 972/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 972/2006 huwa sostitwit b'li ġej:

Artikolu 1

Artikolu 1 Dan ir-Regolament għandu japplika għar-ross imfesdaq Basmati li jaqa' taħt il-kodiċi NM 10062017 u taħt il-kodiċi NM 10062098, tal-varjetajiet li ġejjin: Minkejja r-rati tad-dazju tal-importazzjoni ffissati fit-Tariffa Doganali Komuni, ir-ross imfesdaq tal-varjetajiet Basmati msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jikkwalifika għal rata żero ta' dazju tal-importazzjoni skont il-kundizzjonijiet iffissati b'dan ir-Regolament.

Basmati 217

Basmati 370

Basmati 386

Kernel (Basmati)

Pusa Basmati

Ranbir Basmati

Super Basmati

Taraori Basmati (HBC-19)

Type-3 (Dehradun)

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2014. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

Versions

  1. 2014-06-25