Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2014 tat-30 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 fir-rigward ta' kwoti tariffarji ġodda tal-Unjoni għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd li joriġinaw fl-Islanda

In forceVersion 2014-06-30from 2014-07-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/725@2014-06-30/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 tad-19 ta' Marzu 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u tas-sajd li joriġinaw fl-Islanda, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/343/UE, l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda konsegwenti għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie approvat.

(2) Il-Protokoll Addizzjonali jipprovdi għal żewġ kwoti tariffarji ġodda għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea ta' awwisti tan-Norveġja ffriżati u ta' qatgħat friski jew imkessħa ta' redfish li joriġinaw fl-Islanda.

(3) Huwa neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 499/96 jiġi emendat sabiex jiġu implimentati l-kwoti tariffarji l-ġodda.

(4) Il-kwoti tariffarji l-ġodda għandhom japplikaw għal perjodu ta' 12-il xahar. Skont id-Deċiżjoni 2014/343/UE, dawn japplikaw mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Addizzjonali. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jibda japplika mill-istess data.

(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Mal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 499/96, jiżdiedu dawn il-paragrafi li ġejjin: 09.0813 03044950 Qatgħat tar-redfish (Sebastes spp), friski jew imkessħin Mill-1.8.2014 sa 31.7.2015 100 0 09.0814 03061590 Awwisti tan-Norveġja (Nephrops norvegicus), iffriżati Mill-1.8.2014 sa 31.7.2015 60 0

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Japplika mill-1 ta' Awwissu 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ġunju 2014. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

Versions

  1. 2014-06-30