Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2014 li taħtar lill-Kummissjoni Ewropea (2014/749/UE)

In forceVersion 2014-10-23from 2014-11-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/749@2014-10-23/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

(1) Il-mandat tal-Kummissjoni maħtura bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/80/UE jintemm fil-31 ta' Ottubru 2014.

(2) F'konformità mal-Artikolu 17(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2013/272/UE dwar in-numru ta' membri tal-Kummissjoni.

(3) Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tagħha, għandha tinħatar għall-perijodu mit-tmiem tal-mandat attwali tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2019.

(4) Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sur Jean-Claude JUNCKER bħala l-persuna ppreżentata lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropew eleġġieh bħala l-President tal-Kummissjoni fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tal-15 ta' Lulju 2014.

(5) Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom, adotta, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, il-lista ta' persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru bħala Membri tal-Kummissjoni. Permezz tad-Deċiżjoni 2014/716/UE, Euratom, li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2014/648/UE, Euratom, il-Kunsill adotta, permezz ta' ftehim komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, lista ġdida tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni.

(6) Permezz tal-votazzjoni li saret fit-22 ta' Ottubru 2014, il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-ħatra, bħala korp, tal-President, tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-membri l-oħrajn tal-Kummissjoni.

(7) Għalhekk il-Kummissjoni għandha tinħatar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Dawn li ġejjin inħatru għall-Kummissjoni Ewropea, għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2014 sal-31 ta' Ottubru 2019:

bħala President: Is-Sur Jean-Claude JUNCKER

bħala Membri:

Is-Sur Vytenis Povilas ANDRIUKAITIS

Is-Sur Andrus ANSIP

Is-Sur Miguel ARIAS CAÑETE

Is-Sur Dimitris AVRAMOPOULOS

Is-Sinjura Elżbieta BIEŃKOWSKA

Is-Sinjura Violeta BULC

Is-Sinjura Corina CREȚU

Is-Sur Valdis DOMBROVSKIS

Is-Sinjura Kristalina GEORGIEVA

Is-Sur Johannes HAHN

Is-Sur Jonathan HILL

Is-Sur Phil HOGAN

Is-Sinjura Věra JOUROVÁ

Is-Sur Jyrki KATAINEN

Is-Sinjura Cecilia MALMSTRÖM

Is-Sur Neven MIMICA

Is-Sur Carlos MOEDAS

Is-Sur Pierre MOSCOVICI

Is-Sur Tibor NAVRACSICS

Is-Sur Günther OETTINGER

Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ

Is-Sur Christos STYLIANIDES

Is-Sinjura Marianne THYSSEN

Is-Sur Frans TIMMERMANS

Is-Sur Karmenu VELLA

Is-Sinjura Margrethe VESTAGER

Is-Sinjura Federica MOGHERINI, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2014. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ottubru 2014. Għall-Kunsill Ewropew Il-President H. Van Rompuy

Versions

  1. 2014-10-23