Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 761/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

In forceVersion 2014-07-10from 2014-08-04
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/761@2014-07-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3) Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4) Huwa xieraq li jiġi stipulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-oġġetti koperti minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92. Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2 L-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2014. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Algirdas Šemeta Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Preparazzjoni tensjoattiva għall-ħasil tal-ġilda u x-xagħar, ippreżentata fil-forma ta' ġel. Il-prodott fih bi proporzjonijiet simili komponenti speċifiċi għall-ħasil tal-ġilda u għall-ħasil tax-xagħar. Il-prodott huwa ppreżentat fi flixkun tal-plastik li fih 300 ml, ippreżentat għall-bejgħ bl-imnut. 34013000 Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-regoli ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3401 u 34013000. Il-prodott huwa preparazzjoni għall-ħasil kemm tax-xagħar (intestatura 3305) kif ukoll tal-ġilda (intestatura 3401). Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, mhuwiex possibbli li jiġi determinat liema komponent jagħti lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu. Konsegwentement, bis-saħħa tar-regola ġenerali 3(c), il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura li tinsab l-aħħar f'ordni numeriku, jiġifieri taħt l-intestatura 3401, bħala preparazzjoni għall-ħasil tal-ġilda, ippreżentata għall-bejgħ bl-imnut.

Versions

  1. 2014-07-10