Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, fir-rigward tal-emenda tal-Anness II għal dan il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni ta' skemi ta'sigurtà soċjali (2014/790/UE)

In forceVersion 2014-11-10
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/790@2014-11-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT KONĠUNT stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni ta'… li temenda l-Anness II għal dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali
  3. ANNEX
  4. (5)(22)(23)(24)(25)(26)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (il-Ftehim) ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2) L-Artikolu 18 tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 14 tal-Ftehim (il-Kumitat Konġunt) jista', b'deċiżjoni, jadotta emendi għall-Anness II għall-Ftehim dwar il-koordinazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali.

(3) Biex tinżamm l-applikazzjoni konsistenti tal-atti legali tal-Unjoni u biex jiġu evitati diffikultajiet amministrattivi u dawk legali possibbli, jeħtieġ li l-Anness II għall-Ftehim jiġi emendat biex jinkludi atti legali ġodda tal-Unjoni li bħalissal-Ftehim ma jagħmilx referenza għalihom.

(4) Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendar tal-Anness II għall-Ftehim.

(5) Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (il-Kumitat Konġunt) għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Tibdiliet tekniċi minuri fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt mingħajr il-bżonn ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ulterjuri.

Artikolu 2 Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2014. Għall-Kunsill Il-President M. Martina

DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT KONĠUNT stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni ta'… li temenda l-Anness II għal dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

ABBOZZ TA' IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (il-Ftehim), u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2) L-Anness II għall-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali ġie sostitwit bid-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt tal-31 ta' Marzu 2012.

(3) L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi aġġornat biex jieħu inkunsiderazzjoni l-atti legali l-ġodda tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ sadanittant, b'mod partikolari emendi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill miġjuba mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010, ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill and r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012.

(4) Għandhom ikunu kkunsidrati wkoll id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali biex jiġu implimentati r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt.

(5) L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi aġġornat skont it-tibdiliet fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1 L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (il-Ftehim) huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni ġiet stabbilita fil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, u t-testi f'kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt.

Magħmul fi Brussell Għall-Kumitat Konġunt Il-President Is-Segretarji

ANNEX

ANNESS

L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif ġej:

(1) F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 1, il-kliem kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu jiġi sostitwit minn dan li ġej: kif emendat permezz ta': .

Ir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(2) F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 1, taħt l-intestatura Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jiġi adatt kif ġej:, l-entrata fl-ittra h, punt 1 il-kliem Att Federali dwar il-Benefiċċji Supplimentari tad-19 ta' Marzu 1965) jiġi sostitwit minn dan li ġej: L-Att Federali dwar il-Benefiċċji Supplimentari tas-6 ta' Ottubru 2006.

(3) F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 2, dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kliem Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali: kif emendat bir- .

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(4) F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 2, taħt l-intestatura Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 jiġi adatt kif ġej:, il-kliem li ġej jitneħħa: Arranġament bejn l-Isvizzera u l-Italja tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-proċeduri speċjali għar-rimborż tal-benefiċċji tal-kura tas-saħħa .

(5)(22)(23)(24)(25)(26)

F'Taqsima B: Atti legali li l-Partijiet Kontraenti għandhom iqisu bir-reqqa, dan li ġej jiġi miżjud wara l-Punt 21: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E2 tat-3 ta' Marzu 2010 dwar l-istabbiliment ta' proċedura tal-ġestjoni tat-tibdil li tapplika għad-dettalji tal-korpi definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma elenkati fid-direttorju elettroniku li hu parti inerenti tal-EESSI, Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E3 tad-19 ta' Ottubru 2011 dwar il-perjodu tranżitorju kif definit fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H6 tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti prinċipji fir-rigward tal-aggregazzjoni ta' perjodi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali, Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S8 tal-15 ta' Ġunju 2011 dwar l-għoti ta' proteżi, apparat maġġuri u benefiċċji sostanzjali oħrajn in natura previsti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali, Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U4 tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proċeduri ta' rimborż skont l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) No 987/2009. .

(6)(3) F'Taqsima C: Atti legali li l-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tagħhom, dan li ġej jiġi miżjud wara l-Punt 2: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S1 tal-15 ta' Marzu 2012 dwar l-aspetti finanzjarji ta' donazzjonijiet transfruntieri ta' organi ħajjin. .

Versions

  1. 2014-11-10