Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 834/2014 tat-22 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-politika agrikola komuni

In forceVersion 2014-07-22from 2014-08-08
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/834@2014-07-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Indikaturi
  3. (b)
  4. Artikolu 2 Għoti ta' tagħrif
  5. 2.
  6. ANNEX
  7. 1.
  8. 2.
  9. 3. Żvilupp Rurali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, u b'mod partikulari l-Artikolu 110(2) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni biex titkejjel il-prestazzjoni tal-politika agrikola komuni (il-PAK). Jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għall-applikazzjoni ta' dan il-qafas li jiżguraw valutazzjoni komprensiva u regolari tal-progress, tal-effettività u tal-effiċjenza tal-PAK meta mqabbla mal-għanijiet tagħha. Sabiex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jdaħħlu fis-seħħ qafas konsistenti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, għandu jiġi stabbilit sett ta' indikaturi komuni kif imsemmi fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(2) Dawk l-indikaturi għandhom ikunu marbutin mal-istruttura u l-għanijiet tal-PAK u għandhom jissejsu fuq elementi li jistgħu jitkejlu. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi ta' tipi differenti sabiex il-PAK tkun tista' tiġi vvalutata fil-livelli kollha. L-indikaturi tal-impatt għandhom jirriflettu l-għanijiet ewlenin komuni tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għal kull wieħed minn dawn l-għanijiet ewlenin komuni jistgħu jiġu identifikati għanijiet aktar speċifiċi, li għalihom jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-indikaturi tar-riżultati. Dawn l-għanijiet speċifiċi jinkludu l-introjtu tal-azjendi agrikoli u l-varjabbiltà f'dan l-introjtu, it-titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu, l-istabbiltà tas-swieq, l-aspettattivi tal-konsumaturi, il-provvediment ta' beni pubbliċi u l-preservazzjoni tal-ambjent, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għaliha, u ż-żamma ta' agrikoltura varjata, kif ukoll l-għanijiet speċifiċi ddefiniti għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR), jiġifieri l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni prattika tal-istrumenti tal-PAK għandha tiġi mmonitorjata abbażi ta' indikaturi tal-produzzjoni (output) li jkunu kapaċi jirriflettu dan il-livell operattiv tal-PAK.

(3) Huwa importanti li jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jużaw il-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni b'mod effiċjenti u fil-ħin dovut. Għalhekk, għandu jkun previst li l-Istati Membri jibagħtu t-tagħrif meħtieġ għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK sad-dati ta' skadenza stabbiliti mir-Regolamenti rilevanti. Sabiex jiġi evitat kull piż amministrattiv bla bżonn, safejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża t-tagħrif li diġà għandha għad-dispożizzjoni tagħha.

(4) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Indikaturi

L-indikaturi li jippermettu li jiġu vvalutati l-progress, l-effettività u l-effiċjenza tal-politika agrikola komuni (il-PAK) meta mqabbla mal-għanijiet tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandhom ikunu jistgħu jitkejlu. Dawn l-indikaturi għandhom jinkludu: L-indikaturi tar-riżultati, l-indikaturi tal-produzzjoni u l-indikaturi tal-kuntest li huma rilevanti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014.

(a) indikaturi tal-impatt, kif speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu oqsma li l-PAK mistennija tinfluwenzahom;

(b) indikaturi tar-riżultati, kif speċifikat fit-Taqsima 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu l-kisbiet ewlenin:

(b)

(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; u

(iv) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(c) indikaturi tal-produzzjoni, kif speċifikat fit-Taqsima 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu l-implimentazzjoni tal-istrumenti relatati mal-PAK;

(d) indikaturi tal-kuntest, kif imsemmi fit-Taqsima 4 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, li jirriflettu l-aspetti rilevanti tax-xejriet kuntestwali ġenerali li x'aktarx jinfluwenzaw l-implimentazzjoni tal-PAK u l-kisbiet u l-prestazzjoni tagħha.

Artikolu 2 Għoti ta' tagħrif

1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu t-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-PAK lill-Kummissjoni sad-dati ta' skadenza għar-rappurtar u għan-notifiki tat-tagħrif dwar it-tħaddim tal-istrumenti tal-PAK, kif previst fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013. Dan it-tagħrif għandu jkun preċiż u affidabbli.

2. Għall-għanijiet tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, safejn ikun possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża t-tagħrif li ġej li l-Istati Membri jkunu diġà bagħtulha permezz tal-għodod eżistenti għall-iskambju tat-tagħrif:

2.

(a) it-tagħrif, in-notifiki u r-rapporti mibgħuta lill-Kummissjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-istrumenti li jitħaddmu fil-kuntest tal-PAK u mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-Unjoni;

(b) it-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni għall-għanijiet tal-approvazzjoni tal-kontijiet;

(c) it-tagħrif mibgħut lill-Eurostat.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2014. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS Indikaturi tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK

1. L-indikaturi tal-impatt imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1

1.

1. L-introjtu intraprenditorjali agrikolu

2. L-introjtu tal-fattur agrikolu

3. Il-produttività totali tal-fatturi fl-agrikoltura

4. Il-varjabbiltà fil-prezzijiet tal-prodotti bażiċi fl-UE

5. L-evoluzzjoni tal-prezzijiet għall-konsumatur tal-prodotti tal-ikel

6. Il-bilanċ tal-kummerċ agrikolu

7. L-emissjonijiet mill-agrikoltura

8. L-indiċi tal-għasafar tal-art agrikola

9. Il-biedja ta' valur naturali għoli (HNV)

10. L-astrazzjoni tal-ilma fl-agrikoltura

11. Il-kwalità tal-ilma

12. Il-materja organika fil-ħamrija fir-raba' li jinħarat

13. L-erożjoni tal-ħamrija mill-ilma

14. Ir-rata ta' impjiegi fiż-żoni rurali

15. Il-livell ta' faqar fiż-żoni rurali

16. Il-PDG għal kull persuna fiż-żoni rurali

2. L-indikaturi tar-riżultati msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1

2.

1. Is-sehem tal-appoġġ dirett fl-introjtu agrikolu

2. Il-varjabbiltà fl-introjtu tal-azjendi agrikoli

skont it-tip ta' azjenda agrikola

skont id-daqs ekonomiku

3. Il-valur miżjud għall-produtturi primarji fil-katina alimentari

4. L-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE

is-sehem tal-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE mill-esportazzjonijiet dinjin

is-sehem tal-prodotti aħħarin mill-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE

5. L-intervent pubbliku: il-volum ta' prodotti mixtrija fl-intervent f'forma ta' ħżin bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-UE

6. Il-ħżin privat: il-volum ta' prodotti li jinsabu fil-ħżin privat bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-UE

7. Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni: il-volum ta' prodotti esportati bir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni bħala perċentwal tal-produzzjoni totali tal-UE

8. Il-prezzijiet tal-prodotti bażiċi fl-UE meta mqabblin mal-prezzijiet dinjin (imqassmin skont il-prodotti)

9. Il-valur tal-produzzjoni li taqa' taħt l-iskemi tal-kwalità tal-UE meta mqabbel mal-valur totali tal-produzzjoni agrikola u tal-ikel

10. L-importanza tal-biedja organika

il-proporzjon taż-żona organika mill-erja agrikola kollha użata (EAU);

il-proporzjon ta' bhejjem imrobbijin b'mod organiku mill-għadd totali ta' bhejjem imrobbijin

11. Id-diversità tal-għelejjel

fl-azjenda agrikola (l-għadd ta' azjendi agrikoli skont l-għadd ta' għelejjel u d-daqs tagħhom)

f'reġjun

12. Is-sehem tal-bur mill-erja agrikola kollha użata (EAU)

13. Is-sehem taż-żona ta' interess ekoloġiku (ŻIE) mill-art agrikola

14. Is-sehem taż-żona maħduma skont prattiki aktar ekoloġiċi

15. L-emissjonijiet netti tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-ħamrija agrikola

16. Id-diversità strutturali

f'termini assoluti

f'termini relattivi

17. Indikaturi tar-riżultati oħrajn speċifikati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014.

3. L-indikaturi tal-produzzjoni (output) imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' unitajiet li għalihom tingħata t-TNA (f'ettari/annimali/unitajiet oħrajn)

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-għadd totali ta' bdiewa li għandhom japplikaw tal-inqas obbligu wieħed marbut mal-ekoloġizzazzjoni

L-għadd totali ta' ettari li jkunu ddikjaraw dawk il-bdiewa

L-għadd ta' bdiewa li ngħataw eżenzjoni, imqassmin fil-kategoriji li ġejjin: il-bdiewa tal-biedja organika, il-bdiewa eżentati mid-diversifikazzjoni tal-għelejjel u l-bdiewa eżentati mill-obbligu taż-żona ta' interess ekoloġiku (ŻIE)

L-għadd ta' ettari li jkunu ddikjaraw dawk il-bdiewa (imqassmin fil-kategoriji li ġejjin: il-bdiewa tal-biedja organika, il-bdiewa eżentati mid-diversifikazzjoni tal-għelejjel u l-bdiewa eżentati mill-obbligu taż-żona ta' interess ekoloġiku (ŻIE))

L-għadd ta' bdiewa li jridu jagħmlu diversifikazzjoni tal-għelejjel (b'żewġ għelejjel jew bi tliet għelejjel)

L-għadd ta' ettari ta' raba' li jinħarat li jkunu ddikjaraw il-bdiewa li jridu jagħmlu diversifikazzjoni tal-għelejjel (b'żewġ għelejjel jew bi tliet għelejjel)

L-għadd ta' bdiewa li għandhom bwar permanenti li jgħoddu għall-proporzjon

L-għadd ta' ettari koperti mill-bwar permanenti li jkunu ddikjaraw il-bdiewa u li jgħoddu għall-proporzjon

L-għadd ta' bdiewa li għandhom bwar permanenti f'żoni magħżulin bħala ambjentalment sensittivi

L-għadd ta' ettari koperti minn bwar permanenti magħżulin bħala ambjentalment sensittivi li jkunu ddikjaraw dawn il-bdiewa

L-għadd ta' ettari ta' bwar permanenti (totali) magħżulin bħala ambjentalment sensittivi

L-għadd ta' bdiewa li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE)

L-għadd ta' ettari ta' raba' li jinħarat li jkunu ddikjaraw il-bdiewa li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE)

L-għadd ta' ettari li jkunu ddikjaraw il-bdiewa bħala żoni ta' interess ekoloġiku (ŻIE), imqassmin skont it-tip ta' żona ta' interess ekoloġiku

L-għadd ta' bdiewa li jkunu qed japplikaw miżuri ekwivalenti (skemi ta' ċertifikazzjoni jew miżuri agroambjentali u klimatiċi)

L-għadd ta' ettari li jkunu ddikjaraw il-bdiewa li jkunu qed jimplimentaw miżuri ekwivalenti (skemi ta' ċertifikazzjoni jew miżuri agroambjentali u klimatiċi)

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-għadd ta' benefiċjarji tal-appoġġ akkoppjat volontarju (imqassmin skont is-settur)

Il-kwantitajiet eliġibbli (l-għadd ta' ettari jew l-għadd ta' annimali mqassmin skont is-settur)

L-għadd ta' ettari

L-għadd ta' annimali

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

L-għadd ta' bdiewa

L-għadd ta' ettari

Il-volum

It-tul ta' żmien

Il-volum

It-tul ta' żmien

Il-volum ta' prodotti esportati bir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni

[skont kif ikun xieraq]

Il-perċentwal tal-produzzjoni kkummerċjalizzata mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

L-għadd ta' benefiċjarji aħħarin tal-iskema tal-ħalib għall-iskejjel

L-għadd ta' benefiċjarji aħħarin tal-iskema tal-frott għall-iskejjel

L-għadd ta' ettari għat-tħawwil ta' dwieli ġodda

L-għadd ta' ettari ta' vinji ristrutturati

L-għadd ta' proġetti ta' promozzjoni fis-settur tal-inbid

L-għadd ta' proġetti ta' investiment u ta' miżuri innovattivi

L-għadd ta' ettari li huma suġġetti għall-kundizzjonalità

Is-sehem tal-pagamenti tal-PAK li huma suġġetti għall-kundizzjonalità

L-indikazzjonijiet ġeografiċi fis-settur tal-inbid

L-għadd ta' denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali garantiti ġodda skont is-settur

L-għadd ta' ettari (totali u li għaddejjin minn konverżjoni)

L-għadd ta' operaturi organiċi ċċertifikati rreġistrati

L-għadd ta' programmi (fl-UE u 'l barra minnha)

L-għadd ta' organizzazzjonijiet proponenti ġodda

L-għadd ta' bdiewa li ngħataw pariri

3. Żvilupp Rurali

L-indikaturi tal-produzzjoni speċifikati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014.

4. L-indikaturi tal-kuntest imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 L-indikaturi speċifikati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014.

Versions

  1. 2014-07-22