Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (notifikata bid-dokument C(2013) 9186) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2014/9/UE)

In forceVersion 2013-12-18from 2013-12-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2014/9@2013-12-18/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi tad-Deċiżjoni 2010/2/UE
  3. Artikolu 2 Emendi tad-Deċiżjoni 2011/278/UE
  4. Artikolu 3 Destinatarji
  5. ANNEX
  6. ANNESS I
  7. 1.
  8. ANNESS II

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, u b’mod partikulari l-Artikoli 10a(1) u (13) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tiddetermina regoli tranżitorji fl-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE.

(3) Kull sena settur jew subsettur jista’ jiżdied mal-lista ta’ setturi u subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju wara li jkun ġie muri, f’rapport analitiku, li s-settur jew is-subsettur jissodisfa l-kriterji stipulati fil-paragrafi 14 sa 17 tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE, wara bidla li għandha impatt sostanzjali fuq l-attivitajiet tas-settur jew tas-subsettur.

(4) Xi setturi li ma nstabux li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju fil-livell NACE-4 fid-Deċiżjoni 2010/2/UE ġew diżaggregati u għadd ta’ subsetturi korrispondenti, li għalihom ċerti karatteristiċi speċifiċi u distintivi wasslu għal impatti differenti b’mod sinifikanti mill-bqija tas-settur, ġew ivvalutati.

(5) Għas-subsetturi Patata mqadda fl-għamla ta’ dqiq, ikliet, biċċiet irqaq, bċejjeċ u pritkuni, Patata friżata, ippreparata jew ippreservata (inkluż patata msajra jew nofs sajran fiż-żejt u mbagħad friżata; minbarra bil-ħall jew b’aċidu aċetiku), kif ukoll Xorrox u xorrox mibdul tat-trab, imrammel jew f’forom oħra solidi, kemm jekk konċentrat kif ukoll jekk iħaddan sustanza li tagħmlu iżjed ħelu, din il-valutazzjoni wriet li jistgħu jintgħarfu faċilment minn subsetturi oħra abbażi ta’ karatteristiċi speċifiċi u li jissodisfaw il-kriterji kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10a(15) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, dawk is-subsetturi għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ setturi jew subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(6) Għas-subsettur Partijiet tal-ħadid ifforġati ta’ dada miftuħa għal xaftijiet ta’ trasmissjoni, kamxafts, krankxafts u krankijiet, il-valutazzjoni wriet li jista’ jintgħaraf faċilment minn subsetturi oħra abbażi ta’ karatteristiċi speċifiċi u li jissodisfa l-kriterju kwantitattiv stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 10a(16) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għalhekk, dak is-subsettur għandu jiżdied mal-lista ta’ setturi jew subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(7) Is-setturi Manifattura ta’ ġibs u Manifattura ta’ prodotti tal-ġibs għall-għanijiet tal-kostruzzjoni (kodiċijiet NACE 2653 u 2662 rispettivament) ġew ivvalutati mill-ġdid fl-2012. Dik il-valutazzjoni kwalitattiva wriet karatteristiċi tas-suq li joffru sfida, bħall-kummerċ dejjem jikber, b’mod partikolari x-xejra dejjem tiżdied ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi li jimmanifatturaw bi prezz baxx, żieda fil-pressjoni tal-kompetizzjoni fuq livell internazzjonali, u marġni tal-profitt żgħir biss għas-snin evalwati, li jillimitaw il-kapaċità tal-installazzjonijiet li jinvestu u jnaqqsu l-emissjonijiet. Abbażi tal-impatt ikkombinat ta’ dawk il-fatturi, dawk is-setturi għandhom jitqiesu bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju u jistgħu jiżdiedu mal-lista ta’ setturi u subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju.

(8) Id-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Emendi tad-Deċiżjoni 2010/2/UE

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/2/UE huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Emendi tad-Deċiżjoni 2011/278/UE

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3 Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013. Għall-Kummissjoni Connie Hedegaard Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS I

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/2/UE huwa emendat kif ġej:

1. It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

1.

(a) L-entrati li ġejjin jiddaħħlu qabel l-entrata 15331427: Kodiċi Prodcom Deskrizzjoni 15311230 Patata mqadda fl-għamla ta’ dqiq, ikliet, biċċiet irqaq, bċejjeċ u pritkuni 15311250 Patata friżata, ippreparata jew ippreservata (inkluż patata msajra jew nofs sajran fiż-żejt u mbagħad friżata; minbarra bil-ħall jew b’aċidu aċetiku)

(b) L-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata 155154: Kodiċi Prodcom Deskrizzjoni 15515533 Xorrox u xorrox mibdul tat-trab, mrammel jew f’forom oħra solidi, kemm jekk konċentrat kif ukoll jekk iħaddan sustanza li tagħmlu iżjed ħelu)

(c) L-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata 26821620: Kodiċi Prodcom Deskrizzjoni 28401133 Partijiet tal-ħadid ifforġati ta’ dada miftuħa għal xaftijiet ta’ trasmissjoni, kamxafts, krankxafts u krankijiet

2. Fit-Taqsima 3, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata 2640: Kodiċi Prodcom Deskrizzjoni 2653 Manifattura ta’ ġibs 2662 Manifattura ta’ prodotti tal-ġibs għall-għanijiet tal-kostruzzjoni.

ANNESS II

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-entrati li jikkorrispondu għall-parametri referenzjarji tal-prodotti Kisi bil-ġibs, Ġibs sekondarju mnixxef u Plasterboard jinbidlu b’dan li ġej: Parametru referenzjarju ta’ prodott Definizzjoni tal-prodotti koperti Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (konfini tas-sistema) Espożizzjoni tat-tnixxija tal-karbonju kif stabbilita mid-Deċiżjoni 2010/2/UE għas-snin 2013 u 2014 Valur tal-parametru referenzjarju (kwoti/t) Kisi bil-ġibs Kisjiet bil-ġibs li jikkonsistu f’ġibs ikkalċinat jew sulfat ikkalċinat (bl-inklużjoni tal-użu fil-bini, tal-użu fit-tiswija ta’ drapp minsuġ jew karta tal-uċuħ, tal-użu fid-dentistrija, tal-użu fir-rimedjazzjoni tal-art), f’tunnellati metriċi ta’ stukko (Calcium Sulfate Hemihydrate). Il-kisi Alpha mhuwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju. Huma inklużi l-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni: it-tħin, it-tnixxif u l-ikkalċinar. iva 0,048, Ġibs sekondarju mnixxef Ġibs sekondarju mnixxef (ġibs sintetiku prodott bħala prodott sekondarju rriċiklat tal-industrija tal-enerġija jew materjal irriċiklat mill-iskart tal-bini u t-twaqqigħ tal-bini) muri f’tunnellati ta’ prodott. Huma inklużi l-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mat-tnixxif tal-ġibs sekondarju. iva 0,017, Plasterboard Il-parametru referenzjarju jkopri kavers, bords, folji, penils, madum, oġġetti simili tal-kisi bil-ġibs/kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-kisi bil-ġibs, (mhux) b’wiċċ/imsaħħa bil-karti/kartonċin biss, bl-esklużjoni ta’ oġġetti magħquda bil-kisi bil-ġibs, imżejna (f’tunnellati metriċi ta’ stukko). Twavel tal-fajber li huma tal-ġibs (gypsum fibreboards) ta’ densità għolja mhumiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott. Huma inklużi l-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-tħin, it-tnixxif, l-ikkalċinar u t-tnixxif tal-bords. Għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet indiretti, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-pompi tas-sħana applikati fl-istadju tat-tnixxif. iva 0,131.

Versions

  1. 2013-12-18