Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/115 tas-26 ta' Jannar 2015 li jiddetermina l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1384/2007 għal-laħam tat-tjur li joriġina fl-Iżrael
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/115@2015-01-26/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b'mod partikolari l-Artikolu 188(2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1384/2007 fetaħ il-kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw fl-Iżrael.
(2) Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta' importazzjoni mressqa mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2014 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, biex dawn jiżdiedu mal-kwantità stipulata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.
(3) Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1384/2007, li għandhom jiżdiedu għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2015. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Jerzy Plewa Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS
Numru tal-ordni Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 (f'kg) 09.4091 140000 09.4092 830000