Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/123 tat-22 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi projbizzoni tas-sajd għall-kavalli fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni ta' CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/123@2015-01-22/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014, jistabbilixxi l-kwoti għall-2014.
(2) Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2014.
(3) Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2 Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2015. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Lowri Evans Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNEX
ANNESS
Nru 83/TQ43 Stat Membru Il-Ġermanja Stokk MAC/8C3411 Speċi Kavalli (Scomber scombrus) Żona VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona tas-CECAF 34.1.1 Data tal-għeluq 20.12.2014