Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1356 tal-4 ta' Awwissu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tar-Repubblika Ċeka, ta' Franza, ta' Ċipru, tal-Liechtenstein u tal-Iżvizzera (notifikata bid-dokument C(2015) 5379) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/1356@2015-08-04/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-Istati Membri, pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (il-pajjiżi jew ir-reġjuni) għandhom ikunu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'waħda minn tliet kategoriji: riskju ta' BSE negliġibbli, riskju ta' BSE kkontrollat, u riskju ta' BSE mhux stabbilit.
(2) L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE jelenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus tagħhom tal-BSE.
(3) L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni tal-pajjiżi jew ir-reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tqis ir-Riżoluzzjoni Nru 18 — Recognition of the Bovine Spongiform Encephalopathy Risk Status of Member Countries (Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tar-Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri) — adottata mill-OIE f'Mejju 2014.
(4) F'Mejju 2015, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 21 Recognition of the Bovine Spongiform Encephalopathy Risk Status of Member Countries (Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tar-Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri). Minbarra l-Istati Membri u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li diġà huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE, dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet ir-Repubblika Ċeka, Franza, Ċipru, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta' BSE.
(5) Għalhekk, il-lista tal-pajjiżi fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata biex issir konformi mar-Riżoluzzjoni Nru 21 adottata mill-OIE f'Mejju 2015.
(6) Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata skont dan.
(7) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2015. Għall-Kummissjoni Vytenis Andriukaitis Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
ANNESS
LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI A.
Pajjiżi jew reġjuni b'riskju negliġibbli ta' BSE
Il-Belġju
Il-Bulgarija
Ir-Repubblika Ċeka
Id-Danimarka
L-Estonja
Franza
Il-Kroazja
L-Italja
Ċipru
Il-Latvja
Il-Lussemburgu
L-Ungerija
Malta
In-Netherlands
L-Awstrija
Il-Portugall
Is-Slovenja
Is-Slovakkja
Il-Finlandja
L-Iżvezja
L-Iżlanda
Il-Liechtenstein
In-Norveġja
L-Iżvizzera
L-Arġentina
L-Awstralja
Il-Brażil
Iċ-Ċilì
Il-Kolombja
L-Indja
Iżrael
Il-Ġappun
In-New Zealand
Il-Panama
Il-Paragwaj
Il-Perù
Singapor
L-Istati Uniti
L-Urugwaj
B.
Pajjiżi jew reġjuni b'riskju kkontrollat ta' BSE
Il-Ġermanja
L-Irlanda
Il-Greċja
Spanja
Il-Litwanja
Il-Polonja
Ir-Rumanija
Ir-Renju Unit
Il-Kanada
Il-Costa Rica
Il-Messiku
In-Nikaragwa
Il-Korea t'Isfel
It-Tajwan
C.
Pajjiżi jew reġjuni b'riskju mhux determinat ta' BSE
Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.