Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/137 tas-26 ta' Jannar 2015 li ġġedded il-mandat tal-Viċi President tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinji) u dak ta' żewġ Presidenti tal-Bordijiet ta' Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinji)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/137@2015-01-26/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark tal-Komunità, u b'mod partikolari l-Artikolu 125 u l-Artikolu 136 tiegħu,
Billi:
(1) Fit-18 ta' Novembru 2014, il-Bord Amministrattiv tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinji) (l-Uffiċċju) ippreżenta lill-Kunsill il-proposti tiegħu dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Viċi President tal-Uffiċċju u dak ta' żewġ Presidenti tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju.
(2) Il-mandati tas-Sur Christian ARCHAMBEAU bħala Viċi President tal-Uffiċċju u tas-Sur Tomás DE LAS HERAS, u tas-Sur Detlef SCHENNEN bħala Presidenti tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju għandhom jiġġeddu għal perijodu ta' 5 snin jew sal-età tal-irtirar jekk l-età tal-irtirar tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-mandat tas-Sur Christian ARCHAMBEAU bħala Viċi President tal-Uffiċċju huwa b'dan imġedded għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2015 sat-30 ta' Novembru 2020 jew sal-età tal-irtirar jekk l-età tal-irtirar tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid.
Artikolu 2 Il-mandat tas-Sur Tomás DE LAS HERAS bħala President tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju huwa b'dan imġedded għall-perijodu mill-1 ta' Marzu 2016 sat-28 ta' Frar 2021 jew sal-età tal-irtirar jekk l-età tal-irtirar tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid.
Artikolu 3 Il-mandat tas-Sur Detlef SCHENNEN bħala President tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju huwa b'dan imġedded għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2015 sal-31 ta' Ottubru 2020 jew sal-età tal-irtirar jekk l-età tal-irtirar tintlaħaq matul il-mandat il-ġdid.
Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Jannar 2015. Għall-Kunsill Il-President J. Dūklavs