Gelex

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1516 tal-10 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rata fissa għal operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej fis-settur tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni

In forceVersion 2015-06-10from 2015-10-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/1516@2015-06-10/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, u b'mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 61(3) tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-dħul iġġenerat mill-operazzjonijiet irid jitqies meta tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni pubblika.

(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jipprovdi għall-applikazzjoni ta' perċentwali ta' dħul b'rata fissa għal operazzjonijiet fis-settur tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni mingħajr ma jiġi kkalkulat id-dħul nett skontat.

(3) Abbażi ta' dejta storika ir-rata fissa għal dħul nett iġġenerat fis-settur tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għandha tkun stabbilita għal 20 % sabiex jiġi evitat il-finanzjament eċċessiv u d-distorsjoni tas-suq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistabbilixxi rata fissa applikabbli għal operazzjonijiet fis-settur tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni sabiex jiġi ddeterminat id-dħul nett potenzjali ta' dawn l-operazzjonijiet minn qabel u biex jippermetti l-istabbiliment tan-nefqa eliġibbli tal-operazzjonijiet skont l-Artikolu 61(2) tar- Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 2 Għall-finijiet ta' applikazzjoni tal-perċentwali ta' dħul nett imsemmija fl-Artikolu 61(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, hi stabbilita rata fissa ta' 20 % għall-operazzjonijiet fis-settur tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2015. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

Versions

  1. 2015-06-10