Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1528 tal-11 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkin u r-raj fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni ta' VIId minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

In forceVersion 2015-09-11from 2015-09-17
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/1528@2015-09-11/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota
  3. Artikolu 2 Projbizzjonijiet
  4. Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
  5. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104, jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2) Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3) Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2 Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, huma pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, huwa ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Settembru 2015. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, João Aguiar Machado Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

ANNEX

ANNESS

Nru 21/TQ104 Stat Membru Il-Belġju Stokk SRX/07D. Speċi Rebekkini u raj (Rajiformes) Żona L-ilmijiet tal-Unjoni ta' VIId Data tal-għeluq 15.7.2015

Versions

  1. 2015-09-11