Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/165 tat-3 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għall-aċidu lattiku, Lecanicillium muscarium razzaVe6, il-kitosan kloridrat u Equisetum arvense L. f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2015-02-03from 2015-02-24
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/165@2015-02-03/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1) Għall-aċidu lattiku, Lecanicillium muscarium razza Ve6, il-kitosan kloridrat u Equisetum arvense L., ma ġew stabbiliti l-ebda MRLs speċifiċi u s-sustanzi ma ġewx inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005; għalhekk japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg stabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) ta' dak ir-Regolament.

(2) Il-kitosan kloridrat huwa approvat bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 563/2014, il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' tali sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija xierqa.

(3) L-Equisetum arvense L hija approvata bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 462/2014, il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' tali sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija xierqa.

(4) L-aċidu lattiku huwa approvat bħala addittiv tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Fid-dawl tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni tal-aċidu lattiku fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija xierqa.

(5) Fir-rigward tal-Lecanicillium muscarium razza Ve6, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ikkonkludiet li l-inklużjoni tagħha fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija xierqa.

(6) Abbażi tal-konklużjoni tal-Awtorità u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Artikolu 5(1) u tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(7) Għaldqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(8) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fl-Anness IV, l-entrati: aċidu lattiku (2), Lecanicillium muscarium razza Ve6, kitosan kloridrat, u Equisetum arvense L. huma miżjuda, f'ordni alfabetiku.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2015. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

Versions

  1. 2015-02-03