Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1752 tad-29 ta' Settembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (notifikata bid-dokument C(2015) 6519) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/1752@2015-09-29/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u b mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
(1) Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa infezzjoni li tittieħed ħafna u fatali tal-ħnieżer domestiċi u l-qżieqes selvaġġi, li għandha l-potenzjal tinfirex malajr, l-aktar minn prodotti miksuba minn annimali infettati u oġġetti mhux ħajjin ikkontaminati.
(2) Minħabba s-sitwazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Russja u fil-Bjelorussja, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/426/UE li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni li jipprevedu fost l-oħrajn tindif u disinfettar xieraq tal-vetturi tal-bhejjem wara li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u għalf u li jidħlu fl-Unjoni minn dawn iż-żewġ pajjiżi.
(3) Wara notifiki riċenti ta' tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ukrajna, il-miżuri eżistenti ta' tindif u disinfettar previsti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2013/426/UE għandha tiġi estiża wkoll għall-vetturi li jidħlu fl-Unjoni mill-Ukrajna.
(4) Lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi fejn il-preżenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija konfermata, kif previst fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/426/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE tapplika sal-31 ta' Diċembru 2015. Minħabba s-sitwazzjoni mhux favorevoli tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'pajjiżi ġirien mal-fruntieri tal-Unjoni, u filwaqt li titqies l-epidemjoloġija tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-miżuri applikabbli fl-Unjoni fir-rigward ta' dik il-marda, huwa xieraq li dan il-perjodu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2019.
(6) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/426/UE, il-kelma l-Ukrajna qed tiddaħħal wara l-kelma ir-Russja.
Artikolu 2 L-Artikolu 4a tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 2
Artikolu 4a Din id-deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2019.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015. Għall-Kummissjoni Vytenis Andriukaitis Membru tal-Kummissjoni