Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/185 tat-2 ta' Frar 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/185@2015-02-02/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.
(3) Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) tal-istess tabella.
(4) Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.
(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) tal-istess tabella.
Artikolu 2 L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2015. Għall-Kummissjoni, F'isem il-President, Heinz Zourek Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
ANNEX
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Prodott aħmar, viskuż li fih il-frawli (frott sħiħ jew biċċiet tiegħu), li jikkonsisti minn (% skont il-piż): 21039090 Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kodiċi tan-NM 2103, 210390 u 21039090. Il-prodott hu eskluż mill-klassifikazzjoni f'Kapitlu 20 għaliex huwa bbażat fuq frott li hu użat bħala zalza (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2103, ittra (A), tielet paragrafu). Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 21039090 bħala zalza. 38, 48, 13, u kwantitajiet żgħar ta' pektin u aċidu ċitriku. Waqt il-proċess tal-produzzjoni l-ingredjenti huma mħallta u mgħollija taħt pressjoni mnaqqsa sabiex jitnaqqas il-kontenut tal-ilma. Il-prodott huwa ppreżentat f'borża tal-plastik ta' 2 kg u huwa użat bħala zalza eż. għad-deżerti.
frawli
zokkor
ilma