Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, Aċibenżolar-s-metil, Amitrol, Bentażon, Ċjalofop-butil, Dikwat, Esfenvalerat, Famoksadon, Flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), Glifosat, Iprovalikarb, Isoproturon, Lambda-Ċjalotrina, Metalaksil-M, Metsulfuron-metil, Pikolinafen, Prosulfuron, Pimetrożina, Piraflufen-etil, Tijabendażol, Tifensulfuron-metil u Triasulfuron (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2015-10-20from 2015-11-10
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2015/1885@2015-10-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2) L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi 2,4-D, aċibenżolar-s-metil, amitrol, bentażon, ċjalofop-butil, dikwat, esfenvalerat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), glifosat, iprovalikarb, isoproturon, lambda-ċjalotrina, metalaksil-M, metsulfuron-metil, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, piraflufen-etil, tijabendażol, tifensulfuron-metil u triasulfuron se jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2015. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-inklużjoni ta' dawk is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ġew sottomessi f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010.

(3) Minħabba l-evalwazzjoni ta' dawn is-sustanzi ġiet ittardjata għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikanti, l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi x'aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Jeħtieġ għalhekk li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(4) Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament mhix se tiġġedded minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data li kien hemm qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva mhix se tiġġedded, skont liema minnhom tkun l-aktar waħda tard.

(5) Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(6) Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2015. Għall-Kummissjoni Il-President Jean-Claude Juncker

ANNEX

ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 7, metsulfuron-metil, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(2) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 9, triasulfuron, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(3) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 10, esfenvalerat, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(4) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 11, bentażon, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(5) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 12, lambda-ċjalotrina, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(6) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 14, amitrol, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(7) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 15, dikwat, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(8) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 17, tijabendażol, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(9) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 19, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(10) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 20, aċibenżolar-s-metil, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(11) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 23, pimetrożina, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(12) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 24, piraflufen-etil, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(13) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 25, glifosat, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(14) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 26, it-tifensulfuron-metil, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(15) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 27, 2,4-D, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(16) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 28, isoproturon, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(17) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 30, iprovalikarb, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(18) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 31, prosulfuron, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(19) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 34, ċjalofop-butil, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(20) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 35, famoksadon, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(21) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 37, metalaksil-M, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(22) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 38, pikolinafen, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid-data 30 ta' Ġunju 2016;

(23) fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 39, flumjoksażina, id-data tal-31 ta' Diċembru 2015 tinbidel bid data 30 ta' Ġunju 2016.

Versions

  1. 2015-10-20